Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet mogħtija direct tender fil-MITTS sabiex kuntrattur ikun jista' jistalla apparat sabiex il-MITTS jittrasmettu wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema VPN? X'inhuma l-pjanijiet għal dan il-proġett? Kemm se jkun jiswa dan l-istess proġett? Minn min se jkun iffinanzjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITA (li qabel kienet il-MITTS) ma ħarġet l-ebda direct order għall-apparat sabiex titrasmetti wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema ta' VPN.
settur turistiku — dħul tal-gvern minn taxxi diretti u indiretti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien jammonta d-dħul tal-Gvern minn taxxi diretti u indiretti mis-settur turistiku matul is-sena 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward il-VAT ħafna attivitajiet ma tistax tirrelathom biss ma’ turiżmu. Per eżempju jekk nieħu r-restaurants ma tistax tkun taf mill-VAT li tinġabar hiex ġejja minn servizzi lill-Maltin jew lit-turisti.
Fir-rigward tat-Taxxa tad-Dħul m’hemmx mod kif tkun taf kemm iddikjaraw il-persuni involuti fit-turiżmu fl-2008 qabel ma jintbagħtu l-formoli tat-taxxa. Ħafna minn dawn hum kumpanniji li l-formola jibgħatuha f’Ottubru li ġej.
Sezzjoni ta' Kontra l-Frodi — tħaddim tal-airconditioning
Question
Jista' l-Ministru jara li jibda jitħaddem il-unit tal-airconditioning fis-Sezzjoni ta' Kontra l-Frodi fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ttieħdet l-azzjoni meħtieġa sabiex ikun stabbilit x’ikkawża din il-ħsara sabiex is-sistema ta’ l-arja kondizzjonata imsemmija tiġi lura għan-normal kemm jista jkun malajr.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi użati mid-dipartimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi użati mid-dipartimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm minn dawn huwa government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet mogħtija direct tender fil-MITTS sabiex kuntrattur ikun jista' jistalla apparat sabiex il-MITTS jittrasmettu wireless aktar minn 30 kilometru fuq sistema VPN? X'inhuma l-pjanijiet għal dan il-proġett? Kemm se jkun jiswa dan l-istess proġett? Minn min se jkun iffinanzjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu sabiex jkun żgurat li performance bonus li jingħata mid-Direttur Ġenerali ta' CCD lid-diretturi, assistenti diretturi u gradi oħra huwa wieħed ġust? Kemm hu l-perċentaġġ massimu li jista' jingħata? X'inhuma l-kriterji li fuqhom jingħata l-bonus? Jista' jassigura li l-kriterji huma ġusti u li qed jitħaddmu fuq kulħadd l-istess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Performance Reviews u l-bonsuses proposti kollha jiġu diskussi u kkunsidrati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri rispettivi. Wara li jsir dan il-proċess, il-performance bonuses proposti mill-Ministeri jintagħtu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jekk uffiċjal ma jaqbilx mal-assessment jew il-
performance bonus
li jkun ingħatalu mir-
Reviewing Officer
tiegħu u l-kwistjoni ma tiġix risolta bejniethom, l-uffiċjal għandu d-dritt li jappella billi jikteb lis-
Senior Reviewing Officer
tiegħu.
Il-persentaġġ massimu tal-
performance bonus
huwa ta’ 15%.
Il-
performance bonuses
jingħataw fuq kriterji stabbilit (Anness ‘A’) u a bażi ta’ riżultati miksuba skond kif provdut fil-kuntratt li l-uffiċjali għandhom fil-pożizzjoni li jokkupaw. Barra minn hekk is-Segretarju Permanenti Ewlieni kull sena joħroġ ċirkolari b’liji gwida u struzzjonijiet għall-
performance review
tas-sena u għall-
performance planning
tas-sena li tkun tmiss.
Divizjoni tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sick leave meħud xahar b'xahar mill-2007 sal-lum mill-Ħaddiema tad-Divizjoni tal-Konsumaturi u l-Kompetizzjoni? F'dan l-istess perijodu kemm kien hemm ħaddiema f'din it-taqsima (full time u part-time)? Kemm suppost huwa l-complement tal-istaff f'dan id-dipartiment? Qatt sar xi rapport dwar kemm għandu jkun il-full complement f'dan id-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ sick leave fid-Diviżjoni tal-Konsumtaur u tal-Kompetizzjoni matul 2007, 2008, 2009 kien kif muri fit-tabella li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni miġbura hija sa 3 ta’ Lulju 2009.
Fil-preżent id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qiegħda taħdem fuq ristrutturar u għaldaqstant il-
full complement
qed jiġi maħdum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9214 u jgħid jekk (u meta) saret expropiation ta' proprjetà privata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal liema skop saret l-esproprjazzjoni? Meta ser jinbeda x-xogħol? Meta se jkunu kompensati s-sidien li tteħditilhom l-art privata? (il-kunsens qed jingħata separatament)
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mir-records tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet ma jirriżultax li saret xi esproprijazzjoni fuq il-proprjeta’ privata indikata, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li tul l-aħħar sena l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, t-Trasport u l-Komunikazzjoni, ikkummissjona, taħt l-"Alliance Agreement for the Provision of e-Government Services", l-website tal-"Energy Performance of Buildings Certificates" lill-Alert Communications Limited.
Minbarra hekk, il-Kunsill Malta għax-Xjenza u għat-Teknoloġija bena
website
meħtieġa għall-proġett CIA4OPM iffinanzjat mill-fondi tal-UE FP7. Din saret permezz ta’
tender
MCST04/2009 li għalaq fid-29 ta’ Mejju 2009 u ngħatat li JCMWebs Ltd fil-11 ta’ Ġunju 2009 bi spiża ta’ € 3,233.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif gej::
Fil-Ministeru intgħażlet il-kumpanija
General Informatix
wara sejħa għall-offerti għall-Baġit 2009
website
u l-ispiża kienet ta’ €26,668. Dan is-sit kien iddisinjat b’mod prattiku u user friendly, u biex isaħħaħ il-kommunikazjoni bejn il-pubbliku in-ġenerali u l-Ministeru.
Il-Features ewlenin ta’ dan is-sit jinkludu:
· Żvilupp u mmaniġjar ta’ real time forum għal perjodu ta’ sitt xhur,
· Reġistrar u moniteraġġ tal-kummenti, sottomissjonijiet u mistoqsijiet mill-pubbliku in-ġeneral ta’ kuljum,
· Aġġornar tal-Kalendarju ta’ Attivitajiet,
· Produzzjoni ta’ filmat introduttorju, inkluż formazzjoni tal-iscript, editjar, u uploading għal fuq is-sit.
· Aġġornar kontinwu b’numru t’artikli, ritratti, dokumenti u proposti għall-baġit fuq bażi regolari.
Fil-Mimcol/MGI intgħażlet il-kumpanija 2 i Limited sabiex jinbnew websites u l-ispiża kienet ta’ €3,953. L-ebda sejħa ma ħarġet għall-offerti.
Fil-Malta Enterprise saret website għall-proġett ‘Enterprise Europe Network’ u l-ispiża kienet ta’ Euro 2,360 (VAT inkluż). Il-kumpanija ntagħżlet fuq bażi ta’ xi xogħol ieħor simili li kien sar minn din il-kumpanija - liema xogħol u servizz kien ta’ kwalita tajba ħafna. Is-sejħa saret skont il-proċedura tal-‘Procurement’ tal-Malta Enterprise li tapplika għal spejjeż anqas minn Euro 2,500.
Website oħra kienet għall-proġett ta’ l-iskemi ta’ l-ERDF (20 million for Industry) u l-ispiża kienet ta’ Euro 2,855 (VAT inkluż). Minħabba l-urġenza biex jinbeda dan il-proġett, ġie approvat Direct Order fuq bażi ta’ xogħol li kien diġà sar.
Fl-2008 l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob tat dehra ġdida u xtrat software aktar modern għall-website uffiċjali tagħha. Dan ix-xogħol sar minn Icon Studios, l-istess kumpanija li kienet ġiet maħtura fl-2004 mill-Awtorità wara sejħa għall-offerti sabiex tibni l-website uffiċjali tal-Awtorità. Is-sejħa għall-offerti kienet titlob għal aġenzija ta’ reklamar li toffri servizzi ta’ marketing inkluż reklamar, PR u l-website.
L-ispiża għax-xogħol li sar matul is-sena 2008 fuq il-website kien ta’ €7906. Dan kien jikkonsisti:
· Żvilupp ta' software modern (SNAP)
· Disinn ġdid għal website
· Ittestjar tal-website ġdida
· U fi trasferit ta’ data mill-website primarja għal dik ġdida.
Matul l-aħħar xhur, l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards ibbenefikat mill-proġett ippilotat mill-MITC bl-isem
“E-alliance”
biex tkun tista’ ttejjeb is-servizzi eżistenti (bħal xiri ta’
standards
,
bookings
ta’ korsijiet,
bookings
ta’ servizzi ta’ kalibrazzjoni, eċċ… direttament minn fuq l-
internet
) u saħansitra tkun tista’ toffri oħrajn ġodda permezz tal-
website
uffiċċjali tagħha: www.msa.org.mt. Għaldaqstant, l-Awtorità ma kinitx direttament hi li qabdet xi kumpannija sabiex tipprovdi dawn is-servizzi ta’ bini ta’
websites
iżda kien kollox immaniġġjat mill-MITC, mgħejjun mit-tekniċi tal-MITA.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Bini ta' websites
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-dekasteru tagħha, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Mobile Phones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-Ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-Ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk (u meta) saret expropiation ta' proprjetà privata li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal liema skop saret l-esproprjazzjoni? Meta ser jinbeda x-xogħol? Meta se jkunu kompensati s-sidien li tteħditilhom l-art privata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha bil-miktub.