Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23103 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk huwiex minnu li t-tilqima tat-TB ma ngħatatx fl-iskejjel tal-gvern kollha kif dejjem sar fil-passat? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u meta se terġa' tibda tingħata din it-tilqima?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tilqima tat-TB ma ngħatatx matul is-sena skolastika 2009/2010 minħabba li f’dak iż-żmien ingħatat prijorità lill-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-pandemija A H1N1. Din it-tilqima reġgħet bdiet tingħata bħas-soltu minn Ottubru 2010 lit-tfal kollha li jattendu Form 2 fl-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u skejjel indipendenti. Din is-sena t-tilqima qed tingħata ukoll lit-tfal tal-Form 3 billi dawn ma ħaduwhiex is-sena l-oħra. Il-kampanja ta’ tilqim fl-iskejjel għadha għaddejja bħalissa.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk huwiex minnu li t-tilqima tat-TB ma ngħatatx fl-iskejjel tal-gvern kollha kif dejjem sar fil-passat? Tista' tgħid x'inhi r-raġuni għal dan u meta se terġa' tibda tingħata din it-tilqima?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Sotocol (80mg) humiex qed jingħataw lill-pazjenti li jeħtieġilhom jeħduha kuljum? Jikkonferma li dawn il-pilloli mhumiex fis-suq u għaldaqstant jridu jinxtraw jew jingħataw mill-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk kienx hemm tender għax-xiri u distribuzzjoni ta' dawn il-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement kellu kuntratt u ordni għal din il-mediċina iżda l-kuntrattur abbanduna dan il-kuntratt u ma onorax l-ordni pendenti li kellu. Għalhekk id-dipartiment ħareġ sejħa oħra għall-offerti, liema sejħa ġiet aġġudikata u ħarġet ordni ġdida a spejjeż tal-kuntrattur oriġinali. Huwa mistenni li din il-mediċina tkun disponibbli fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Bħalissa fadal ammont żgħir ta’ Sotocol (80mg) fl-ispiżeriji fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara, Raħal Ġdid u Ħal-Luqa. Hemm ukoll stokk limitat ħafna ta’ din il-mediċina fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei li qiegħed jinżamm għall-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar.
Ġeneralment pazjenti li ma jsibux din il-mediċina fuq is-suq lokali jirrikorru għall-Ispiżerija tal-Isptar Mater Dei biex jixtru din il-mediċina.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema li applikaw biex jaħdmu bis-sistema ta' reduced hours kif miftiehem bejn l-Malta Union of Teachers u l-gvern f'Awwissu 2010? Kemm minnhom ġew aċċettati, kemm fis-settur primarji kif ukoll fis-settur sekondarji? X'inhuma s-suġġetti li qed jgħallmu dawn l-għalliema fis-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kien hemm 3 għalliema li applikaw sabiex jaħdmu bir-
Reduced Hours
.
Ġew aċċettati żewġ għalliema fis-Sekondarja fis-suġġetti tal-Matematika u tal-Bioloġija.
Applikazzjoni oħra fil-Matematika ma ġietx aċċettata għaliex bħalissa m’hemmx bżonn ta’ għalliema f’dan is-suġġett.
Ma kien hemm ebda applikazzjoni fis-settur Primarju.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex il-gradi kollha tal-għalliema ma ħadux l-allowance kif miftiehem bejn il-gvern u l-Malta Union of Teachers f'Awwissu 2010 mal-paga t'Ottubru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wara li ġie iffirmat il-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers f’Awwissu 2010, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja għadda l-informazzjoni dwar l-allowances li għandhom jieħdu l-gradi kollha tal-għalliema lit-Taqsima li tieħu ħsieb is-salarji.
Peress li l-għadd ta’ ħaddiema li se jibbenefikaw minn dawn l-
allowances
jlaħħaq madwar 5,000 persuna, il-proċess irrikjeda ż-żmien biex jiġi konkluż.
Jiena infurmata li dawn l-
allowances
se jitħallsu mas-salarju li jmiss.
Skejjel primarji u sekondarji — għalliema - supply
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema supply fl-iskejjel sekondarji u primarji matul din is-sena skolastika preżentament? Tista' tindika x'suġġetti qed jgħallmu dawn l-għalliema fl-iskejjel sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir fis-snin li ġejjin mill-iskejjel sekondarji tal-Imtarfa, Żebbuġ, Gżira, u Birkirakara li huma tas-subien kif ukoll Rabat u Pembroke li huma tal-bniet? Se jibqgħu jintużaw bħala skejjel? Jekk le, x'se jsir minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fi snin li ġejjin l-iskejjel sekondarji ta’ Mtarfa, Ħaż-Żebbuġ, Gżira, B’Kara, Rabat u Pembroke se jibqgħu jintużaw bħala skejjel. Inżid ngħid li skejjel fejn il-popolazzjoni qegħda gradwalment tonqos jista’ jkun li jilqgħu servizzi edukattivi oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-informazzjoni li tidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-strategy document 2008-2010 dwar il-politika tal-Gvern dwar l-ICT? Jista' jgħid liema kienu l-miri milħuqa? Liema ma ntlaħqux?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura sal-15 t'April 2010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-MITA? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhuma l-pagi rispettivi ta' l-istess impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mal-MITA hemm tliet mija u erbgħa u erbgħin (344) impjegat. Aktar dettalji dwar ix-xogħol tagħhom u l-pagi rispettivi tagħhom jinsabu fit-tabella mehmuża.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18745, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-gvern kellu pjanat li jkollu faċilità ġdida ta' riabilitazzjoni fl-Isptar Mater Dei? jekk le, jista' jispjega għalfejn ħalla din il-faċilità barra minn dan l-isptar? B'referenza għall-aħħar sentenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18745, jista' jgħid min huma l-uffiċjali fil-Ministeru tal-Finanzi u fil-Ministeru tas-Saħħa li jiffurmaw parti minn dan it-team?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed f'negozjati mal-Golden Shepherd Company Limited jew xi soċjetà sussidjarja tagħha sabiex jixtri l-Isptar Saint Philip? X'inhi l-intenzjoni tal-Gvern għal dan l-isptar? F'liema fażi waslu n-negozjati? X'inhi t-talba tas-sidien għal dan l-isptar? X'inhuma d-djun u min huma l-kredituri li għandhom is-sidien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li fit-3 ta’ Marzu 2010, fuq t-Times of Malta dehret Expression of Interest for the acquisition of property suitable for the Hospitality or Health Sector, maħruġa min Galea Salamone & Associates.
Billi l-Ministeru qiegħed f’fazi ta’ ippjannar ta’ faċilità ġdida ta’ riabilitazzjoni, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ippropona lill-
Cabinet
li l-Gvern jesplora il-faċilità li qed tiġi proposta u li jekk finanzjarjament toffrix soluzzjoni aktar vantaġġuza milli tinbena faċilità ġdida kompletament.
Wara li l-Gvern esprima formalment interess ġejna mgħarrfa li l-proprjetà inkwestjoni hija s-St Philips Hospital.
F’dan l-istadju l-Gvern qed jagħmel evalwazzjoni teknika tal-propjetà inkwestjoni, l-istat tal-faċilita’ nfisa, il-potenzjal ta’ espansjoni billi l-Isptar St Philips hu sptar ta’ madwar 100 sodda, u l-ispiża biex tagħmel dan. Wieħed irid jikkonsidra wkoll il-valur tal-art inkwestjoni, biex la darba l-Gvern jidħol f’xi forma ta’ negozjati, il-gvern ikun f’pożizzjoni li jqabbel bejn il-konsiderazzjoni li tinbena faċilita’ ta’ riabilitazzjoni mill-ġdid u li tinxtara faċilità li tkun tista tigi konvertita għal dan il-għan u li tista toffri soluzzjoni finanzjarja aktar vantaġġuza.
Il-Gvern waqqaf
team
magħmul minn uffiċjali fil-Ministeru tal-Finanzi u u oħrajn mill-Ministeru tas-Saħħa biex imexxu dan il-proċess.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-garaxx indikat fuq is-site plan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għaliha hemm ukoll korrispondenza, huwiex proprjeta' tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proprjetà li qegħda ssir referenza għaliha mhix proprjetà ta’ l-Awtorità tad-Djar. Fuq dan is-sit inbena garaxx li ġie mibjugħ f’April 2009.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li n-numru ta' mobile phones li ntużaw fid-dekasateru tiegħi fl-2009 kien ta' 553. L-ispiża fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2009 kienet ta' €131,783 li tħallset kollha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-sena 2009. Bħalissa għaddej ukoll proċess biex tinxtara karozza għall-MEUSAC biex tissostitwixxi karozza li bħalissa qed tintuża.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji u kundizzjonijiet li jintitolaw lil dawk il-persuni li huma eliġibbli għall-karta r-roża?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-kriterji u kundizzjonijiet sabiex persuna jkollha dritt ghall-karta r-roza huma :
1. L-applikant irid ikun ta’ cittadinanza Maltija u residenti f’Malta
2. Isir test tal-Kapital li jinkludi l-investimanti kollha li jista jkollu l-applikant
3. Isir ukoll test tad-dħul kollu tal-applikant li jinkludi kemm l-ammont ta’ paga jew pensjoni u jew benefiċċji li jista jkun qed jirċievi l-applikant kif ukoll kull dħul ieħor li jista jkun ġej minn imgħaxijet, dividenti eċċ.
Informat ukoll illi jekk l-applikant ikun ibgħati bid-diabete, polio, tuberkulosi jew lebbra, dan jikwalifika għall-kart r-roża billi jipproduċi dokument mill-Isptar u allura it-testijiet tal-kapital u tal-mezzi ma jsirux.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11620 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-kumpless White Rocks ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq li ilu fi stat ta' abbandun għal diversi snin? Jekk hemm pjanijiet, jista' jispjega x'inhu jsir dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern qed jevalwa numru ta’ possibilitajiet għar-rigward ta’ dan il-kumpless.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat sabiex jirċievi l-mediċinali Faverin u Guastic permezz tal-kartuna s-safra ? Jikkonferma li qabel kienu jittieħdu bil-kartuna r-roża?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12440 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inħolqu impjiegi relatati mal-ICT matul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'impjiegi kienu sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-differenza li kien hemm fis-settur tal-Computer and Related Activities bejn Ġunju 2007 u Ġunju 2009 kienet żieda ta’ 295 persuna.
Is-settur
Computer and Related Activities
jinkludi:
Hardware Consultancy; Publishing of software; Other software consultncy & supply; Data Processing; Database activities; Maintenance and Repair of Office, accounting and computing machinery; Other computer related activies.
Nixtieq niġbed l-attenzioni tal-Onorevoli Interpellant li dan huma numru ta’ nies
full-time
kif ukoll
part-time
u mhux numru ta’ impjiegi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw iċ-ċwievet lis-sidien tal-fond li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, allokat jumejn qabel l-elezzjoni tal-2008?