Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għalliema — mhux aċċettati bir-reduced hours

Question

Wara li saret tant pubbliċità biex inħajru ommijiet biex jirritornaw lura għax-xogħol, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm għalliema li ma ġewx aċċettati li jaħdmu bir-reduced hours?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kien f’pożizzjoni li jilqa’ t-talbiet kollha li rċieva bil-miktub. Kien hemm tnax-il applikazzjoni , disgħa ġew aċċettati filwaqt li tlett applikazzjonijiet ġew irtirati mill-applikanti.

Phasing out schools

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir fil-futur mill-bini tal-phasing out schools fosthom tal-Imtarfa, Rabat, Marsa u Gżira, wara li jingħalqu dawn l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa dawn l-iskejjel qed jiġu phased out. Għas-snin li ġejjin se jibqgħu jiffunzjonaw bħala skejjel. Wara hemm xi skejjel li se jibqgħu fis-settur edukattiv għal servizzi diversi. Dawk li ma jibqgħux jintużaw jingħataw lura d-dipartiment tal-artijiet.

Learning Support Assistant — każijiet ta' studenti - waiting lists

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fil-waiting list biex jiġi deċiż il-każ tagħhom dwar jekk għandhomx bżonn learning support assistant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru tal-learning support assistants li għandna jaħdmu bħalissa fl-iskejjel tal-gvern? Kemm minnhom huma minn Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ learning support assistants bħalissa fl-iskejjel tal-istat huwa 1487 u minn dawn 374 huma Għawdxin.
Leg 11 PQ #9155 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fuq direct order li ngħataw skont Artiklu 20 (4) tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Publiċi.

San Ġwann — Malta Industrial Park - kjosk

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dik l-area ta' art li hemm biswit il-fabbirka Jet Class fl-Industrial Estate San Ġwann u fejn fuq parti minnha hemm xi parking space għall-vetturi, hijiex tal-Malta Industrial Parks u/jew amministrata minnha? F'każ li din l-art hija tal-Malta Industrial Park u/jew amministrata minnha, jista' l-Ministru jgħid: a) x'arranġamenti hemm mal-propretarju tal-kjosk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex dan jitħalla jarma kuljum fuq din l-art; b) għall-ħabta ta' Ġunju/Lulju 2010 l-Malta Industrial Park ordnat lil din il-kjosk biex ma jibqax jarma f'din l-area u wara li waqaf jarma għal xi tliet ġimgħat, reġa' beda jarma u għadu jarma hemmhekk sal-lum? X'ċirkustanzi hemm illum bejn l-Malta Industrial Park u dan il-proprjetarju li qabel Ġunju 2010 ma kenux jeżistu; ċ) indipendentement minn jekk hemmx arranġament bejn l-Malta Industrial Park u l-proprjetarju tal-kjosk, x'inhi r-raġuni li dan il-kjosk jarma kuljum mingħajr tfixkil u kjosks oħra (wieħed tal-imqaret u ieħor tal-ħaxix li ukoll huma hawkers bħalu) ma tħallewx jarmaw u twaqqfu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #27074 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin — Zgumbrament ta' tined

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26901, jista' l-Prim Ministru jgħid hux minnu li ntbagħtu ittri lis-sidien ta' tined li joperaw ġewwa Kordin sabiex sal-aħħar ta' Lulju 2011 huma jikkonsenjaw iċ-ċwievet tal-istess tined lura lill-Gvern u li għaldaqstant fin-nuqqas li jagħmlu dan, huma jiġu żgumbrati permezz ta' proċeduri legali minn dawn il-fondi li huma okkupaw? Fil-każ li l-Prim Ministru jikkonferma dan kollu, jista' jgħid ukoll jekk f'dan il-każ hemmx il-ħsieb li l-istess sidien jingħataw post alternattiv sabiex ikunu jistgħu joperaw in-negozju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi dawk l-okkupanti ta’ tined ġewwa Kordin illi jew abbandunaw t-tinda allokata lilhom jew qed jiksru il-kundizzjonijiet illi abbażi tagħhom ġew allokati t-tined intbagħtitilhom ittra li permezz tagħha ġew mitluba jivvakaw it-tined in kwistjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011. Dawn mhumiex ser jiġu rrelokati. Mill-banda l-oħra, dawk l-okkupanti illi għadhom jaħdmu mit-tined u li qegħdin in regola mal-kundizzjonijiet ta’ okkupazzjoni relattivi tagħhom ukoll intalbu sabiex jivvakaw it-tined sal-31 ta’ Lulju 2011, iżda ma dawn hemm għaddejjin taħdidiet dwar relokazzjoni.
Leg 11 PQ #27020 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-kuntratturi li ħadmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-sena 2010 u li għadhom ma tħallsux? Jista' jispjega jew jagħti raġuni għal dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-kuntratturi li ħadmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li għadhom ma tħallsux huma Andrew Vassallo General Trading Limited, Gramm Plant Hire and Waste Serv Limited u CAS Colombo Plant Hire. Infurmat ukoll illi d-dokumenti qegħdin fil-proċess li jinħadmu sabiex jitħallsu l-kuntratturi msemmija.
Leg 11 PQ #27074 Sitting 373 2011-06-27 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin — Zgumbrament ta' tined

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 26901, jista' l-Prim Ministru jgħid hux minnu li ntbagħtu ittri lis-sidien ta' tined li joperaw ġewwa Kordin sabiex sal-aħħar ta' Lulju 2011 huma jikkonsenjaw iċ-ċwievet tal-istess tined lura lill-Gvern u li għaldaqstant fin-nuqqas li jagħmlu dan, huma jiġu żgumbrati permezz ta' proċeduri legali minn dawn il-fondi li huma okkupaw? Fil-każ li l-Prim Ministru jikkonferma dan kollu, jista' jgħid ukoll jekk f'dan il-każ hemmx il-ħsieb li l-istess sidien jingħataw post alternattiv sabiex ikunu jistgħu joperaw in-negozju tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #26901 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kordin — żgumbrament ta' tined

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26767 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk intbagħtux ittri lis-sidien ta' tined li joperaw ġewwa Kordin sabiex jiżgumbraw sal-aħħar ta' Lulju 2011? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw post alternattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jagħtini iktar dettalji sabiex inkun nista' nagħtih l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #26767 Sitting 366 2011-06-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kordin — żgumbrament ta' tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtux ittri lis-sidien ta' tined li joperaw ġewwa Kordin sabiex jiżgumbraw sal-aħħar ta' Lulju 2011? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw post alternattiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Assi tal-Gvern Libjan f'Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26382, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u dan b'referenza għal-lista ta' soċjetajiet li qed tingħata separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26382.
Leg 11 PQ #26538 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħlas għal servizzi u xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pendenzi/ħlasijiet li għandu jħallas lill-gvern għan-nom tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal servizzi u xogħlijiet li saru fl-istess faċilità? X'inhuma dawk il-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fil-fondi allokati lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandha kontijiet pendenti li jammontaw għall-€39,239 li jkopru servizzi u provvisti li se jitħallsu mill-Vot tad-Dipartiment.
Leg 11 PQ #26538 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħlas għal servizzi u xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pendenzi/ħlasijiet li għandu jħallas lill-gvern għan-nom tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal servizzi u xogħlijiet li saru fl-istess faċilità? X'inhuma dawk il-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fil-fondi allokati lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandha kontijiet pendenti li jammontaw għall-€39,239 li jkopru servizzi u provvisti li se jitħallsu mill-Vot tad-Dipartiment.

faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-regolamenti li għandhom jaddottaw dawk il-faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball? Min huma dawk l-għaqdiet jew soċjetajiet li għandhom permess joperaw f'dan is-settur? Jista' jgħid x'tip ta' permessi jeħtieġu sabiex ikunu konformi mal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport m’għandu ebda entita’ tal- Paint Ball reġistrata miegħu bħala għaqda sportiva.

faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-regolamenti li għandhom jaddottaw dawk il-faċilitajiet li joffru l-isport imsejjaħ paint ball? Min huma dawk l-għaqdiet jew soċjetajiet li għandhom permess joperaw f'dan is-settur? Jista' jgħid x'tip ta' permessi jeħtieġu sabiex ikunu konformi mal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport m’għandu ebda entita’ tal- Paint Ball reġistrata miegħu bħala għaqda sportiva.

Assi tal-Gvern Libjan f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-assi li għandu l-Gvern Libjan hawn Malta? Jista' jgħid kif intlaqtu dawn l-assi bis-sanzjonijiet imposti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Malta qed tosserva d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #12322 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzji għal spiżeriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal licenzja sabiex jinfetħu spiżeriji fl-Imtarfa ? Minn min saru? Jista' jagħti lista dettaljata ta’ kull applikant inkluż id-dati ta l-applikazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid lil min imiss fil-prijorità għal għoti ta’ l-istess liċenzja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li sa’ Novembru 2009 kien hemm tliet applikazzjonijiet għal liċenzja li kienu għadhom jidhru pendenti għall-Imtarfa mressqa minn dawn il-persuni: 1. Is-Sur Carmel Cassar fis-27 ta’ Jannar 1995 2. Is-Sur Franco Borg Millo fis-27 ta’ Mejju 1997 3. Is-Snra Colette Schembri fit-2 ta’ Settembru 1998 Applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati skont l-ordni tad-data tal-applikazzjoni. L-applikazzjoni mressqa mis-Sur Carmel Cassar ma kenitx tonora r-rekwiżiti kollha mitluba, u għaldaqstant kienet invalida. Għalhekk, wara bdiet tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni tas-Sur Franco Borg Millo, Xi żmien wara, din l-applikazzjoni ġiet irtirata wara li l-applikant iddeċieda li jwaqqaf il-proċeduri. Għalhekk fil-preżent qed tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni mressqa mis-Snra Colette Schembri.

żieda tas-service charge fuq il-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru, b'referenza għar-rapporti li ġew diskussi fil-media lokali, jikkonferma jekk is-service charge imposta fuq il-fabbriki hijiex se togħla minn 42c kull metru kwadru għal €7? Jista' jispjega x'wassal għal din iż-żieda u jgħid jekk iħossx li tali żieda hija waħda esaġerata? Jista' jgħid jekk jafx li tali żieda se xxekkel il-kompetittività tal-industrija lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi is-service charge riveduta li jħallsu l-fabbriki li jagħmlu użu mill-art pprovduta mil-Malta Industrial Parks ġiet applikata biss fil-każ ta’ fabbriki ġodda li ġew allokati wara 1 ta’ Ottobru 2009. Din ilha tiġi implimentata minn dakinhar. Fl-istess waqt, kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Bugdet 2011, hija l-intenzjoni tal-Gvern li jistabbilixxi service charge ekwa fuq kull min jokkupa fond f’qasam industrijali. Kif kelli l-okkażjoni nispjega drabi oħra f’din il-Kamra, is-service charge ser tkun qed tmur f’fond apposta li tmur għaż-żamma u l-manteniment taż-żona industrijali relattiva. Tajjeb li wieħed jinnota li l-Malta Industrial Parks ma tirċievi l-ebda sovvenzjoni mingħand il-Gvern u għaldaqstant trid issostni l-attivitajiet fiż-żoni industrijali sabiex dawn ikunu jistgħu iservu l-inkwilini u l-klijenti tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Il-kompetittivita’ tal-pajjiż ma’ tiżdiedx biss bit-tnaqqis tal-ispejjeż imma ukoll bl-investiment fil-prodott infrastutturali. Għal dan il-għan, l-Gvern permezz tal-MIP, matul din is-sena qed jinvesti mas-16-il miljun ewro fit-titjib ta’ ħames żoni industrijali. Dan minbarra t-titjib li diġa sar fis-snin li għaddew. Tajjeb li ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll, li fil-każ tal-Mosta Technopark per eżempju, is- service charge hija ta’ madwar €3 u tiġi stabbilita mill-kumitat tal-inkwilini. Fl-istess waqt, hemm diversi inkwilini li ma jħallsu l-ebda service charge għalkemm jagħmlu użu mill-infrastruttura komuni taż-żona industrijali. Qed ngħid dan kollu sabiex nagħti spjegazzjoni għal miżura li ser tiddaħħal u li minnha la l-Gvern u lanqas l-MIP ma huma ser jiggwadanjaw, imma huma l-inkwilini stess li ser igawdu minn dan kollu.

żieda tas-service charge fuq il-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru, b'referenza għar-rapporti li ġew diskussi fil-media lokali, jikkonferma jekk is-service charge imposta fuq il-fabbriki hijiex se togħla minn 42c kull metru kwadru għal €7? Jista' jispjega x'wassal għal din iż-żieda u jgħid jekk iħossx li tali żieda hija waħda esaġerata? Jista' jgħid jekk jafx li tali żieda se xxekkel il-kompetittività tal-industrija lokali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.