B'referenza għad-distributuri tal-ilma permezz tal-water bowsers, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk humiex se jitħallew jkomplu jtellgħu l-ilma mill-
boreholes
;
b) jekk hux se jiġu imposti kwoti fuq kemm jittella ilma mill-boreholes;
ċ) il-prezz li ħa jkun stabbilit għal kulll metru kubu tal-istess ilma;
d) jekk huwiex minnu li se tkun imposta sistema ta' e-tracking għal kull vettura li għandhom is-sidien tal-water bowsers u xi ħlasijiet se jintalbu għal din l-istess e-tracking;
e) Jekk humiex se jkunu kostreti jirriklamaw fuq il-vetturi tagħhom it-tip ta' ilma li jkunu qed iġorru; u
f) x'inhuma li skali stabbiliti mil-gvern għar-rigward first class water u l-kontenut ta' nitrates?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li huwa kkontemplat li d-distributuri tal-ilma permezz tal-water bowsers se jitħallew itellgħu l-ilma mill-boreholes, iżda meħtieġ li jkun hemm kontroll kemm il-darba jinstab li mhux sostenibbli li jibqa jkun estratt ilma minn dak is-sors f’dak il-post. Il-kwoti imsemmija mill-Onorevoli Interpellant se jkunu stabbiliti skont il-kwalità tal-ilma li jkun qiegħed jittella mill-borehole; dan wara testijiet / analiżi kimiċi. It-tariffi jistgħu jkunu stabbiliti biss wara sena moniteraġġ minn meta jkunu twaħħlu l-meters kollha.
L-Avviż Leġali 252 ta’ l-2004 jeżiġi li kull water bowsers irid ikunu speċifikament liċenzjati għalhekk bil-ħieġa li fost l-oħrajn jkollhom e-tracking system u l-ħlas ta’ dan se jkun ta’ €50 fis-sena.
L-istess Avviż jitlob li sid il-bowzer irid jindika fuq kull bowser it-tip ta' ilma li jkun qed jinġarr. Ilma klassifikat bħal ‘First class water’ irid jissodisfa l-livelli mandatorji kollha kif elenkati fid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-ilma għall konsum tal-bniedem (Drinking Water Directive). Wieħed mill-parametri mandatorji elenkati f’din id-Direttiva huwa l-livell ta’ nitrat, fejn id-Direttiva tirrikjedi li l-livell ikun anqas minn 50mg/l.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħarġu skemi sabiex residenti fil-bini tal-gvern ġewwa Ħal Lija jkunu jistgħu jixtru l-fond residenzjali tagħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa mahsub li fil-futur qrib, l-inkwilini ta’ din l-lokalita’ ikollhom din l-opporunita’ li jixtru.
Santa Venera — boundary wall bejn Triq il-Karmelitani u Triq il-Ferrovija
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbena l-boundary wall bejn Triq il-Karmelitani f'Santa Venera kantuniera ma' Triq il-Ferrovija liema art kienet espropjata mill-gvern sabiex nisġet Triq il-Karmelitani? Huwa minnu li dan iċ-ċint kin twaqqa'? Minn min? Min hu responsabbli għal bini ta' dan il-boundary wall?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita m'għandhiex informazzjoni min kien waqqa' il-ħajt oriġinali tal-għalqa. Fir-ritratti tal-1988 li għandha l-MEPA, jidher li Triq il-Karmelitani kienet diġa` ffurmata bil-bini magħha, jiġifieri jidher li l-ħajt kien twaqqa' żmien qabel sabiex infetħet it-triq u li ġiet iffurmata sa nofs il-wisgħa tagħha skond l-liġi. In-nofs l-ieħor (tat-triq) għad irid jiġi ffurmat meta eventwalment tiġi żviluppata bil-bini l-għalqa adjaċenti u li fejn riċentament inbnew serer bil-permess PA 4401/06. Allura il-MEPA f'dan l-istadju ma tista' tobbliga lil ħadd jibni l-ħajt tat-triq pero` tesiġi li jekk għandu jsir irid jinbena skond l-linja uffiċċjali kif stabbilita fil-Pjan Lokali.
Santa Venera — boundary wall bejn Triq il-Karmelitani u Triq il-Ferrovija
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbena l-boundary wall bejn Triq il-Karmelitani f'Santa Venera kantuniera ma' Triq il-Ferrovija liema art kienet espropjata mill-Gvern sabiex nisġet Triq il-Karmelitani? Huwa minnu li dan iċ-ċint kin twaqqa? Minn min? Min hu responsabbli għal bini ta' dan il-boundary wall?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Kap tal-Infection Control Unit - kuntratt ta' konsulent
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kap tal-Infection Control Unit fi ħdan l-Isptar Mater Dei għandux il-kuntratt tal-konsulent? X'tip ta' kuntratt hu u x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kap tal-Infection Contol fl-Isptar Mater Dei hu Konsulent Mediku li qiegħed fuq Kuntratt A. Il-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt huma dawk stipulati fil-ftehim bejn il-Medical Association of Malta (MAM) u l-Gvern f’Novembru tat-2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħallsitx l-National Insurance Contribution tal-2005 u tal-2009? X'inhuma l-ħlasijiet li se jitnaqqsu mill-salarju? Meta se jibda dan l-istess tnaqqis?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dettalji tal-persuna kif mogħtija m’humiex biżżejjed biex tkun identifikata l-persuna konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li għandu l-gvern għal bypass li se tgħaddi minn ġewwa r-raħal tal-Iklin? Huma minnu li qabel l-Elezzjonijiet Lokali tal-2012 ingħatat lura plot ta' art lis-sidien u li qabel kienet maħsuba għall-istess proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Transport Malta m'għandhiex fil-pjan tagħha proġett għall-bypass li tgħaddi minn ġewwa r-raħal tal-Iklin.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rilaxx ta' art ma' jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħareġ iċ-children allowance ta' tliet ulied min tal-konjugi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex eleġibbli sabiex jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li huma jħallsu lis-sid tar-residenza fejn jabitaw?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni msemmija kienu diġà bbenefikaw minn skema maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk, huma ma jistgħux jerġgħu jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li għandu l-gvern għal bypass li se tgħaddi minn ġewwa r-raħal tal-Iklin? Huma minnu li qabel l-Elezzjonijiet Lokali tal-2012 ingħatat lura plot ta' art lis-sidien u li qabel kienet maħsuba għall-istess proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) xi ftehim intlaħaq mas-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bejn il-gvern u/jew l-Malta Enterprise sabiex joperaw ġewwa Malta;
b) x'inhuma l-obbligazzjonijiet u kontribuzzjonijiet ta' din is-soċjetà;
ċ) għal kemm żmien u x'inhuma l-prezzijiet tal-kirja minn fejn qed joperaw;
d) kemm għandhom impjegati lokalment; u
e) sar xi tip ta' assessment fuq l-impatt ta' din is-soċjetà fuq in-negozji li joperaw u li ilhom joperaw lokalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett propost mis-soċjetà riferita mill-Onor. Interpellant ġie approvat mill-Bord tal-Malta Enterprise fil-11 ta’ Jannar 2011 u ingħata spazju ġewwa l-Business Incubation Centre ta’ Kordin għal 3 snin. Il-‘Letter of Intent’, għal dan il-proġett inħarġet fi Frar tal-2011.
Ninsab infurmat ukoll illi fost affarijiet oħrajn, il-kumpanija hija marbuta li tuża l-ispazju allokat għall-manutenzjoni ta’ elettroniċi tal-baħar ta’ bastimenti kummerċjali kif ukoll li timpjega 4 persuni fi żmien 3 snin. Skont l-aħħar records tal-ETC, il-kumpanija kienet qed timpjega 5 persuni f’Marzu 2012. Ir-rata tal-kera applikabbli hija ta’ €70 għal kull metru kwadru.
Peress li l-kumpanija hija ta’ daqs mikro, ma sar l-ebda assessment fuq l-impatti ta’ din is-soċjetà.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33243 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn meta bdiet tiġi infurzata Regulation 7 tal-Avviż Legali 315 tal-2004? Iħoss il-Ministru li din il-proċedura ġdida qed tkun ta' xkiel għall-importaturi lokali? Jista' jgħid jekk din il-prattika hijiex addottata f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-Regolamenti tal-2004 dwar l-ikkummerċjar (A.L. 315 tal-2004) kienu irrevokaw lir-Regolamenti tal-2003 dwar Dikjarazzjoni ta’ Importazzjoni (A.L. 133 tal-2003). Ir-Regolament numru 7 kien l-istess fiż-żewġ regolamenti. Għaldaqstant ir-regolament numru 7 beda jiġi infurzat ftit wara li ħareġ l-Avviż Legali 133 tal-2003, jiġifieri f’Gunju tal-2003.
Il-proċedura msemmija mhijiex ġdida. L-istqarrija għall-istampa numru 1531 tat-13 t’Awwissu 2011 kienet intenzjonata biex tfakkar lill-kummerċjanti bir-responsabiltajiet li huma għandhom skont ir-Regolamenti msemmija kif ukoll skont Regolamenti oħra.
Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-
welfare
tal-annimali, Artiklu 3 para 6 jgħid
‘
...Sal-limitu strettament meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċċjali, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi li jkollhom merkanzija mwassla minn stat membru ieħor biex jirrapportaw il-wasla ta' dik il-merkanzija.
’
Ir-Regolament 7 tal-Avviż Legali 315 tal-2004 qiegħed konformi ma’ dan l-artiklu.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet tiġi infurzata Regulation 7 tal-Avviż Legali 315 tal-2004? Iħoss il-Ministru li din il-proċedura ġdida qed tkun ta' xkiel għall-importaturi lokali? Jista' jgħid jekk din il-prattika hijiex addottata f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dik l-area ta' art li hemm biswit il-fabbirka Jet Class fl-Industrial Estate San Ġwann u fejn fuq parti minnha hemm xi parking space għall-vetturi, hijiex tal-Malta Industrial Parks u/jew amministrata minnha? F'każ li din l-art hija tal-Malta Industrial Park u/jew amministrata minnha, jista' l-Ministru jgħid:
a) x'arranġamenti hemm mal-propretarju tal-kjosk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex dan jitħalla jarma kuljum fuq din l-art;
b) għall-ħabta ta' Ġunju/Lulju 2010 l-Malta Industrial Park ordnat lil din il-kjosk biex ma jibqax jarma f'din l-area u wara li waqaf jarma għal xi tliet ġimgħat, reġa' beda jarma u għadu jarma hemmhekk sal-lum? X'ċirkustanzi hemm illum bejn l-Malta Industrial Park u dan il-proprjetarju li qabel Ġunju 2010 ma kenux jeżistu;
ċ) indipendentement minn jekk hemmx arranġament bejn l-Malta Industrial Park u l-proprjetarju tal-kjosk, x'inhi r-raġuni li dan il-kjosk jarma kuljum mingħajr tfixkil u kjosks oħra (wieħed tal-imqaret u ieħor tal-ħaxix li ukoll huma hawkers bħalu) ma tħallewx jarmaw u twaqqfu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sit imsemmi huwa effettivament amministrat mill-Malta Industrial Parks Limited (MIP). Il-propjetarju tal-kjosk in kwistjoni għandu fil-pussess tiegħu liċenzja ta’ street hawker u allura m’hemm bżonn ta’ ebda arranġament mal-MIP. Huwa minnu illi fl-2010 l-MIP kienet harġet ordni amministrattiva fil-konfront tal-kjosks kollha illi kienu qed jarmaw fuq art amministrata mill-MIP. In segwitu ta’ tali azzjoni xi sidien ipproduċew il-liċenzja fuq imsemmija u b’hekk komplew jarmaw. Sidien oħrajn ma pproduċew ebda liċenzja.
Pembroke — Triq Pietro Darmanin - Provista ta' dawl
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11619, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti r-raġuni li wasslet biex tinqata' l-provista tad-dawl fi Triq Pietro Darmanin, Pembroke? Jaf li din l-azzjoni ilha ġimgħatejn, partikolarment fil-pjazza ta' quddiem il-bini tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tad-Djar qed tħejji programm ta’ xogħlijiet sabiex l-problemi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jissolvew b’mod permanenti.
Jirriżulta li l-problema mhux sempliċiment kwistjoni ta’ bdil ta’ bozoz maqtugħin iżda tirrekjedi investiment kapitali sostanzjali. L-Awtorità qiegħda fil-fażi li tikkonkludi r-rapport tagħha sabiex tidentifika l-problemi kollha preżenti fis-siti kollha f’Pembroke sabiex dawn jiġu indirizzati b’mod kordinat u effettiv.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għar-rikjesta għall-privatizzazzjoni tal-Lotterija Nazzjonali (15 ta' Mejju 2001)? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni relattiva għall-Information Memorandum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra, Kopja tat-Talba għall-Proposti u l-Information Memorandum li kienu nħarġu fil-15 ta’ Mejju, 2011 għall-Privatizzazzjoni tal-Lottu Pubbliku.
Għalliema li għamlu interview biex jgħallmu fi skola tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' għalliema li għamlu interview biex jidħlu jgħallmu f'xi skola tal-gvern iżda s'issa għadhom ma sabux xogħol? X'suġġett jgħallem kull għalliem li s'issa għadu ma sabx xogħol fl-ebda skola tal-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema mis-settur primarju u sekondarju li kienu qegħdin bil-parental leave u li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours għas-sena skolastika li għandha kif bdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li kienu fuq parental/responsibility leave u li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours għas-sena skolastika 2011/12 kien ta’ 12 (tnax). Minn dawn 3 (tlieta) eventwalment irtiraw l-applikazzjoni tagħhom u daħlu fuq bażi full time.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-għalliema li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours ġew aċċettati u rifjutati? X'suġġett jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li qed jaħdmu bir-reduced hours huwa ta’ 9 (disgħa). Kien hemm tnax-il applikazzjoni li tlieta minnhom ġew irtirati mill-impjegati. Is-suġġetti li qed jgħallmu huma: Xjenza, Storja, Personal and Social Development (PSD), Edukazzjoni Fiżika, Ingliż, Health & Safety (Peripatetic – catch ‘em young), Taljan, Home Economics u Ġeografija.