Bormla — Skola primarja u skejjel tal-Kottonera - persuni maħtura fil-kumitat
Question
Peress li ftit tax-xhur ilu kien inħatar kumitat sabiex jistudja x’għandu jsir fl-iskola Primarja ta’ Bormla u l-iskejjel tal-Kottonera, tista’ l-Ministru tgħid minn kienu l-persuni maħtura f’dan il-kumitat, kemm-il darba ltaqgħu, u jekk sarux xi rakkmandazzjonijiet, u jekk fl-affermattiv tista' tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumitat ta’ Azzjoni għat-tiġdid edukattiv tal-iskola primarja ta’ Bormla kien magħmul minn żewġ sotto-kumitati li t-tnejn tmexxew mill-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margerita.
a) Sotto-kumitat soċjali
li ħares lejn x’attivitatijiet jistgħu isiru fil-komunità u wara l-ħin biex jitkattar ambjent b’risq l-edukazzjoni. Dan is-sotto-kumitat kellu fih rappreżentanti ta’:
· it-tmexxija ta’ l-iskola
· il-Kunsill Skolastiku
· il-Kunsill Lokali
· Aċċess
· Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.
b) Sotto-kumitat kurrikulari
li ħares lejn it-tisħiħ u t-tibdil li hemm bżonn iseħħ fl-edukazzjoni formali fl-iskola. Dan is-sotto-kumitat kellu fih rappreżentanti ta’
· it-tmexxija ta’ l-iskola
· l-għalliema fl-iskola
· LSAs fl-iskola
· id-Dipartment Servizzi għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi
· id-Dipartment tal-Kurriklu fi ħdan id-Direttorat għal Kwalità u Standards
· l-Aġenzija Appoġġ
Iż-żewġ sotto-kumitati bejniethom iltaqgħu 13-il darba.
Ir-rakkomandazzjonijiet li ġew approvati qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk b’kitba skura diġa qed iseħħu.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu ta’ min jgħid li ma saru l-ebda safriet fuq xogħol mid-Dipartiment tal-Lottu, mid-Dipartiment tan-Nutar tal-Gvern, il-Privatisation Unit u l-Malta Industrial Parks.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7821 li oriġinirjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tliet itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar informazzjoni mitluba hija dik li tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tad-Djar — Dipartiment għal Bini - azzjoni fuq saqaf t'appartament tal-gvern
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8178 u 7832 fejn staqsejt meta ser tittieħed azzjoni f'leak tal-ilma li hemm f'saqaf f'appartament tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta ser tissewwa l-ħsara u dan meta sar rapport minn perit tad-Dipartiment għal Bini u Tiswija fi ħdan l-Awtorità tad-Djar, u meta dan l-istess perit qal x'azzjoni għandha tittieħed? Kopja tar-rapport tal-Perit qed tintbagħat separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 u jgħid min għandu raġun jekk hux il-gwardjani lokali li jħarrek sid ta' vettura li ma jkunx bogħod aktar minn ħames metri minn kantuniera jew liwja (fejn m'hemmx parking bays) jew inkella dawk il-kunsilli lokali li għandhom parking bays lanqas żewġ metri bogħod minn kantuniera jew liwja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'formula qed tintuża sabiex tinħadem il-kera ġdida għall-inkwilini ta' postijiet tal-gvern u dan peress li kien hemm kirjiet ġodda li jaqbżu l-€2000 fis-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li inkwilini ġodda li qed jikru postijiet ġodda qed jintalbu kirja kummerċjali li tiġi maħduma fuq l-arja ta’ l-appartament u s-sena ta’ meta l-post ġie mibni. F’każ li l-inkwilin, wara means testing, ma jkunx jista’ jħallas il-kirja mitluba, l-Awtorita’ għandha skema ta’ sussidju fuq il-kera u taħt din l-iskema toħroġ sussidju lil inkwilin konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmentari 8083 u jgħid kemm ħarġu passaporti matul is-sena 2007 u 2008 sena b'sena? Jista' jaqsamhomm skont mnejn ħarġu, cioè Malta, Għawdex u l-ambaxxati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7998 u ċioè: Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz, Birgu ilu s-snin biex isir u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti ta' din it-triq qed ikollhom jgħixu fi trabijiet u għadajjar ma' kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq xi darba ssir? Jekk fl-affermattiv, jista' allura jgħid meta jaħseb li jista' jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7996 u jgħid kemm hawn CCTV cameras tal-kunsilli lokali? F'liema lokalità qegħdin? Kemm-il ċitazzjoni ħarġet għal kull każ matul l-aħħar tliet xhur? Minn min jiġu vverifikati dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 8077 u jgħid meta ser isiru l-kumplament tat-testijiet tal-instructors tal-karozzi, fejn hemm individwi li ilhom jistennew ħafna xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8079 u tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lil uliedhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 8080 u tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità Marittima ta' Malta — Applikazzjonijiet Pendenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8081 u jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Marittima ta' Malta relatati ma' proġetti f'Kemmuna? X'tip ta' applikazzjonijiet huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemmx applikazzjonijiet pendenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7821 li oriġinirjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tlett itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-Għaqdiet Volontarji li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea mid-dħul ta' pajjiżna sal-lum? Kemm kien l-ammont li minnu bbenefikaw u għal liema raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onervoli Interpellant li jirreferri l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat peress li l-Ministru tiegħi ma jamministrax fondi għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol sar fil-parti tal-Marsa tal-Malta Shipyards matul din is-sena? Jista' jgħid ukoll kemm daħlu vapuri għat-tiswija fit-Tarzna matul din is-sena xahar b'xahar? Kemm dam kull vapur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul din is-sena sa l-aħħar t’April fil-parti tal-Marsa tal-Malta Shipyards sar xogħol fuq vapur wieħed. Min-naħa l-oħra fil-parti ta’ Bormla sa l-aħħar t’April sar xogħol fuq 21 vapur.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi xahar b’xahar kemm dam kull vapur.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li xi soqfa fil-Kulleġġ Santa Margerita Verdala, bdew iqattru kull meta tagħmel ix-xita? Tista' tgħid ukoll xi ħsarat oħra ġew rapportati minn Jannar 2009 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat mhux informat li kien hemm xi soqfa jqattru fil-Kulleġġ Santa Margerita, Verdala.
Pero’ kien hemm żewġ problemi żgħar fil-binja l-qadima li issa ġew riżolti.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu raġun jekk hux il-gwardjani lokali li jħarrek sid ta' vettura li ma jkunx bogħod aktar minn ħames metri minn kantuniera jew liwja (fejn m'hemmx parking bays) jew inkella dawk il-kunsilli lokali li għandhom parking bays lanqas żewġ metri bogħod minn kantuniera jew liwja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tad-Djar — Dipartiment għal Bini - azzjoni fuq saqaf t'appartament tal-gvern
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7823 fejn staqsejt meta ser tittieħed azzjoni f'leak tal-ilma li hemm f'saqaf f'appartament tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta ser tissewwa l-ħsara u dan meta sar rapport minn perit tad-Dipartiment għal Bini u Tiswija fi ħdan l-Awtorità tad-Djar, u meta dan l-istess perit qal x'azzjoni għandha tittieħed?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi l-indirizz tal-persuna inkonċernata biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba, għax għat-tieni darba ir-referenza dwar din il-mistoqsija mhix tajba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li nqabdu jaħdmu illegalment matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalità kienu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.