Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Żabbar u Fgura — road humps

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policmen) f'Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Fgura? Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Mir-records tal-ADT ma jirriżultax li kien hemm approvazzjoni għal road humps fil-Birgu u l-Isla.
Leg 11 PQ #8962 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Ġnien Santa Margerita - Latrina pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8715 u jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-arranġament mal-Kunsill Lokali fuq dan il-proġett inbidel sabiex il-proċess tal-ippjanar u ħruġ ta’ offerti għall-bini jsir mill-Kunsill Lokali nnifsu. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ser iżżomm biss ir-rwol li tiffinanzja u tissorvelja l-proċess u t-twettieq tax-xogħol.
Leg 11 PQ #8980 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq San Ġwann - ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8718 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu u cioè: Wara li nbnew l-appartamenti ġodda fi Triq San Ġwann Bormla, li issa huma abitati wkoll, u wara li ġnien żgħir li kien jitgawda mill-ġirien li jinsab quddiem il-club ta’ Cospicua Rangers tkisser sabiex setgħu jsiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jerga’ jinbena dan il-ġnien, li kien iservi ta’ żvog għar-residenti tal-akkwati ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi il-Kunsill Lokali Bormla daħal fi ftehim mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar sabiex isir xogħol ta’ landscaping fil-ġnien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Ġew sottomessi l-applikazzjonijiet meħtieġa għall-permessi ta’ l-iżvilupp lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar inkluż l-estenzjoni tal-Club ta’ Cospicua Rangers. Billi jidher li hemm xi probelmi dwar l-applikazzjoni ta’ l-estenzjoni tal- Club , ġie deċiż illi din l-applikazzjoni tkun mifruda mill-proġett tal-ġnien sabiex ma jkunx hemm dewmien fil-ħruġ tal-permess ħalli x-xogħol fuq il-ġnien ikun jista’ jibda fl-iqsar żmien possibbli.

Isla — Dock 1 - asbestos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5504 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestos intradam f'dan il-post ħafna snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #8101 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilliera li rriżenjaw — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsillieri li rriżenjaw mill-kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-perijodi li servew ta' kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8101, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 11 PQ #5479 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-post magħruf bħala x-Xgħajra jew Pjazza Santa Margerita Bormla, liema proġett kien ilu jiġi mwiegħed minn leġislatura għall-oħra u hawn qed nitkellmu fuq wegħda ta' xi 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Santa Margerita qiegħed jiġi kkunsidrat bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Dock numru 1.
Leg 11 PQ #8948 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — CCTV Cameras għat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn CCTV Cameras istallati mill-kunsilli lokali sabiex jikkontrollaw it-traffiku u l-ħarsien tar-regolamenti tal-istess traffiku? F'liema lokalità (bl-isem tat-triq) qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' permess, u minn liema awtorità hu meħtieġ, biex tiġi mwaħħla camera ta' dan it-tip?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Ġnien Kottonera - ħaxix ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8717 u jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tal-Ġnien Kottonera f’Bormla? Jista’ l-Ministru jara li minn dan il-ġnien jinqata’ il-kwantità kbira ta’ ħaxix ħażin li kiber matul ix-xhur tax-xitwa ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Baċir Nru. 1 - marina temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8713 u jgħid meta ser tibda topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla. ? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif ser ikunu mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-marina temporanja fl-area tal-Baċir Nru. 1 f'Bormla mistennija tibda topera f'Lulju . Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta' din il-marina.
Leg 11 PQ #8962 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Ġnien Santa Margerita - Latrina pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8715 u jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8980 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq San Ġwann - ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8718 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu u cioè: Wara li nbnew l-appartamenti ġodda fi Triq San Ġwann Bormla, li issa huma abitati wkoll, u wara li ġnien żgħir li kien jitgawda mill-ġirien li jinsab quddiem il-club ta’ Cospicua Rangers tkisser sabiex setgħu jsiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jerga’ jinbena dan il-ġnien, li kien iservi ta’ żvog għar-residenti tal-akkwati ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8943 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — skemi għal-djar tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux beħsiebha terġa' toħroġ skemi sabiex jinxtraw proprjetajiet tal-Gvern okkupati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-politika li ser tkun qed thaddan l-Awtorita' tad-Djar ghas-snin li gejjin hija li tibni stokk ta' appartamenti li jigu mikrija lil dawk l-individwi li verament ghandhom bzonn akkomodazzjoni socjali. F'dan il-kuntest, l-Awtorita' thoss li m'ghandux ikun hemm aktar bejgh ta' propjeta' lsill-inkwilini li jabitaw f'dawn il-postijiet.
Leg 11 PQ #8944 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proprjetà mibnija fuq art possession and use

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex proprjetà mibnija fuq art possession and use tkun tista' tinxtara?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.

Proprjetà mibnija fuq art possession and use

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex proprjetà mibnija fuq art possession and use tkun tista' tinxtara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi biex proprjetà mibnija fuq art li ttieħdet mill-Gvern taħt titlu ta’ Possession and Use, tkun tista’ tinxtara, l-Gvern jeħtieġlu jakkwista l-art mingħand is-sidien tagħha. Wara l-akkwist, l-art tiġi trasferita lil Awtorita’ tad-Djar biex il-proprjetà mibnija fuqha tkun tista’ tinbiegħ. Id-Dipartiment tal-Artijiet beda jieħu azzjoni biex l-artijiet in kwistjoni jiġu mixtrija billi tiġi kkapitalizzata l-kera ta’ akkwist skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar Akkwist ta’ Artijiet.
Leg 11 PQ #8947 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cottonera Waterfront — proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti approvati għall-Cottonera Waterfront, liema tlestew sal-lum? Liema huma dawk li għadhom ma tlestewx u dawk li għadhom lanqas biss beda x-xogħol fihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Primarja ta' Bormla — studenti illitterati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta' Bormla li huma identifikati bħala illitterati jew għandhom problema fil-qari u l-kitba? X'qed isir sabiex dawn il-problemi jittaffew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.