Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10848 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Droga — nies il-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga u x’tip kienet matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu 2009 separatament ? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fl-istess perijodu fuq droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ droga maqbuda matul Lulju u Awwissu ta’ din is-sena kienet kif ġej: Lulju Awwissu Cocaine 3kgs463.3gr 909.193gr Heroin 1kgs742.35gr 975.84gr Cannabis grass 17.4gr 138.1gr Cannabis resin 1kgs761.8gr 12.61gr Ecstacy Nil 12 tablets Khat Nil 4kgs100gr Infurmat ukoll illi f’Lulju ta’ din is-sena il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 37 persuna fuq akkużi relatati ma' droga, filwaqt matul Awwissu tressqu 44 persuna.

Bajjiet — umbrelel u deckchairs

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk il-bajjiet fejn hemm concession fejn il-privat jista’ ipoġġi umbrelel u deckchairs? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx limitu ta’ kemm jistgħu jitpoġġew umbrellel u deckchairs għal kull każ, u jekk hemmx min jikkontrolla li ma jkunx hemm abbużi ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bajjiet li hemm concession fejn il-privat jista’ jpoġġi umbrellel u deckchairs huma murija fit-tabella:. Bajjiet Konċessjoni Birżebbugia 2 Buġibba 2 Marfa 1 Ċirkewwa 1 Għadira Bay 4 Armier 3 San Ġorġ l/o San Ġiljan 1 Għajn Tuffieħa 1 Hemm sit wieħed f’B’Bugia fejn l-ammont massimu ta’ kemm jistgħu jitpoġġew umbrellel u deckchairs huwa ta’ ħamsin (50). Fil-każ tas-siti l-oħra m’hemm l-ebda ammont stipulat peress li dawn jingħataw allokazzjoni ta’ art f’metri kwadri u l-umbrellel u d-deckchairs jitpoġġew biss fil-konfini ta’ dan is-sit allokat. Il-kontroll tal-kundizzjonijiet sabiex ħadd ma jaqbeż il-limitu tas-sit allokat isiru kemm mill-impjegati fis-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan id-Dipartiment tal-Artijiet flimkien ma’ uffiċċjali tal-Pulizija u l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu.

Bormla — Kulleġġ Santa Margerita - ilqugħ mix-xita

Question

Issa li daqt tibda sena skolastika ġdida, tista' l-Ministru tara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-Kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita, u dan kif fil-fatt ġara ftit ilu fl-ewwel xita lejn l-aħħar ta’ Awwissu ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-problema tal-ilma qegħda ‘l barra mill-periferiji tal-iskola, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Birgu — Area ta' Cafe Riche - Zebra Crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir controlled pedestrian crossing fl-area magħrufa bħala ħdejn il-Cafe Riche Bormla/Birgu u dan peress li fuq iż-zebra crossing li hemm qed ikun hemm ħafna periklu għal min ikun ser jużaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Leg 11 PQ #8948 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — CCTV Cameras għat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn CCTV Cameras istallati mill-kunsilli lokali sabiex jikkontrollaw it-traffiku u l-ħarsien tar-regolamenti tal-istess traffiku? F'liema lokalità (bl-isem tat-triq) qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' permess, u minn liema awtorità hu meħtieġ, biex tiġi mwaħħla camera ta' dan it-tip?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bormla — Baċir Nru. 1 - marina temporanja

Question

Issa li f’dan is-sajf bdiet topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri mil-lum il-quddiem fix-xhur tax-xitwa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif inhuma mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birgu — Restawr fuq l-Istatwa ta' San Duminku

Question

Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li wara li s-sena l-oħra kien sar xogħol ta’ tindif fuq l-istatwa, din kienet ġiet ivvandalizzata u ntefgħet iż-żebgħa fuqha. Għalissa mhux ippjanat xogħol ta’ restawr ieħor għax hemm xogħol ieħor ipprogrammat f’lokalitajiet oħra.

Cottonera — Triq quddiem De La Salle College - xogħlijiet

Question

Peress li t-triq ta' quddiem De La Salle College, Cottonera tkun mgħarqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li saru diversi mistoqsijiet dwar din il-problem, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir issa li reggħet ser tibda l-iskola u magħha jibda wkoll l-istaġun xitwi ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Bieb Santa Liena - restawr tal-bieb

Question

Peress li l-Bieb ta’ Santa Liena Bormla kien ġie restawrat għal stat tajjeb ħafna, u peress li l-istess mina tan-nofs għadha miftuħa u esposta għal kull abbuz, jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru l-bollards dekorattivi madwar Bieb Santa Liena, Bormla, liema proġett kien approvat mic-CRC?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi ser jittieħdu l-passi neċċesarji biex il-bollards imsemmija jitwaħħlu mill-aktar fis possibli.

Birgu — Triq San Lawrenz - stat ħażin

Question

Peress li Triq San Lawrenz Birgu, ilha s-snin fi stat ħazin, u peress li kemm il-darba kien gie mwiegħed li din it-triq ser issir, jista’ l-Ministru jgħid meta jaħseb li din it-triq fl-aħħar ser issir ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT lestiet is-servizzi u l-bażi meħtieġa u li l-materjal beda wkoll jasal Malta. Peress li x-xogħol ta' pavimentar ser isir mit-Taqsima tax-xogħolijiet, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-pavimentar lill-Ministru konċernat.

AIP permits

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu acquisition immovable property permits għax-xiri ta' proprjetà mill-barranin bejn l-2004 u din is-sena ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi maħruġa taħt l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjeta’ Immobbli minn Persuni mhux Residenti (Kap. 246) għax-xiri ta’ proprjeta’ mill-barranin bejn l-2004 u din is-sena (sat-23 ta’ Settembru) hu kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Year Numru ta’ Permessi 2004 695 2005 400 2006 398 2007 476 2008 390 2009 (sat-23 ta’ Settembru) 157
Leg 11 PQ #10831 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Pulizija — Spetturi inkarigati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex li għandhom għassa tal-Pulizija fejn hemm spettur inkarigat mill-għassa u li din l-għassa tkun miftuħa l-ħin kollu? Jista’ jgħid minn hu l-Ispettur għal kull għassa? Kemm hemm pulizija f’kull għassa, waħda waħda ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija Parlamentari numru 9918. Għar-rigward l-aħħar żewġ mistoqsijiet, ma nħoss li hi l-prassi li jiġi ppubblikat tagħrif dettaljat dwar l-operat tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #10832 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2008 u 2009 fuq kemm-il persuna intuża l-breathalyser? Kemm inqabdu li kienu 'l fuq mil-limiti permessi mil-liġi? Kien hemm min inqabad aktar minn darba?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 u l-2009 in-numru ta' persuni li fuqhom sar il-breathalyzer test kien ta' 68 u 72 rispettivament. Infurmat ukoll illi n-numru ta' persuni li nqabdu li kienu 'l fuq mil-limiti permessi mil-Liġi fl-2008 u fl-2009 kien ta' 47 u 46 rispettivament. Rigward l-aħħar domanda tal-mistoqsija l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ground tal-Football s-C Ground — Kordin

Question

Tista l-Ministru tgħid hemmx xi pjanijiet għall-ground tal-football s-C ground ġewwa Kordin? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dan il-ground, illum użat minn Senglea Athletics, jingħata ftit attenzjoni sabiex ikun fi stat xieraq ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ground tal-football ġewwa Kordin, magħruf bhala ‘C’ Ground, mhuwiex proprjetà tal-Kunsill Malti għall-iSport (KMS). Fil-preżent qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment konċernat dwar il-possibilità ta’ trasferiment tal-imsemmi ground lill-KMS.
Leg 11 PQ #10834 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gradi tal-Pulizija — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fil-gradi differenti fil-Korp tal-Pulizija? Kemm suppost ikun in-numru ta' pulizija f'kull grad ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10835 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Latrina pubblika fil-Ġnien Santa Margerita Bormla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li l-permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5485 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Club Regatta ta' Bormla — ranġar tal-art/triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata l-art/it-triq li hemm mill-monument tal-31 ta' Marzu sal-Club tar-Regatta ta' Bormla, issa li anke f'din il-parti qed ikun hemm irmiġġati jottijiet ta' ċertu daqs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsieb huwa li jsir l-embellishment tax-xatt kollu, minn Xatt ir-Risq sa Dock Nr 1, inklużi Pjazza Paolino Vassallo u Gavino Gulia