Peress li fix-xhur tas-sajf id-dawra minn Bormla għall-Isla setgħet issir minn Dock 1 għax kien miftuħ, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux ser jibqa’ possibbli li jsir ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-dawra minn Bormla għall-Isla ser tibqa’ miftuħa sakemm jibdew ix-xogħlijiet fuq il-proġett.
Jista' l- Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' clamping u towing matul din is-sena skond l-lokalità? Kemm inġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar clamping u towing li sar direttament mill-ADT.
Rigward clamping u towing minn entitajiet oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-Pulizija matul din is-sena u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, l-Pulizija għamlet 611 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Waqt dawn ir-roadblocks, minbarra 2191 persuna li nstabu bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku, kien hemm ukoll 16 il-kaz fejn instabet d-droga.
Bormla — Ħamiem fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża
Question
Jista' l-Ministru jara tistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża f'Bormla, li minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom ħafna minn dan il-ħamiem emigra lejn dawn in-naħat wara li naqas l-uzu tal-Sptar San Luqa, u dan peress li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ħamiem mhux faċli li jiġi eliminat f’daqqa minn postijiet abitabbli. Però, hu magħruf li hawn Malta l-ħamiem, anki dak li jidher li jkun tal-post, idur minn post għall-ieħor ifittex postijiet tajbin għall-ikel bħal p.eż silos tal-ġwież jew qamħ u rziezet. Hu hawnhekk fejn din il-problema ta’ infestazzjoni qed tiġi ndirizzata billi dawn jiġu eliminati ftit ftit mingħajr ebda periklu. Hu ttamat li b’hekk il-popolazzjoni ta’ dawn l-għasafar titnaqqas konsiderevolment anki minn postijiet imferrxin ma' Malta kollha fejn normalment ipoġġi l-ħamiem.
Proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq — Club tar-Regatta ta' Bormla
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-club tar-Regatta ta’ Bormla hux ser ikun milqut meta jsir xogħol marbut mal-proġett ta’ Dock 1 u Xatt ir-Risq ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bini tal-Club tar-Regatta ta' Bormla ser ikun inkorporat fil-proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq b'mod li ma jintilfu xejn mid-drittijiet enfitewtiċi li għandu l-club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu, fi flus, mill-anzjani matul is-sena 2008 sabiex jgħixu fil-
a)
Home
ta' Bormla
b)
Home
taż-Żejtun
ċ) Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-ammonti ta' flus imħallsa mill-anzjani fir-Residenzi msemmija mill-Onor. Interpellant għas-sena 2008 huma hekk :-
Residenza Ammont għas-Sena 2008
€
Home ta' Bormla 468,268
Home taż-Żejtun 342,779
Żejtun Extension 377,454
Residenza San Vinċenz de Paule 4,728,005
Peress li kien hemm applikazzjoni sabiex isir embellishment fl-area ta' madwar Dock 1, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni? Jekk diġà giet approvata, jista’ jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet sabiex isir embellishment fl-area ta’ madwar Dock 1 qegħdin jiġu pproċessati mill-MEPA (PA 02287/09 u PA 02002/09). Dawn għadhom ma ġewx approvati
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gradwati (fiex huma gradwati) li kienu qed jirreġistraw mill-1 ta' Jannar, 2009 sal-lum, maqsuma xahar, xahar?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sensji li ngħataw mill-1 ta' Jannar, 2009 sal-lum, maqsuma xahar, xahar u minn liema settur kienu ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta waqaf li jsir użu tal-kumpless White Rocks? Fiex wasal il-proġett tal-White Rocks li kien ilu jiġi mwiegħed u minħabba fi prospetti ta’ żvilupp kien ingħalaq dan il-kumpless?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità tad-Djar — slum clearance - Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark
Question
Peress li f’Bormla, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanat proġett ta’ slum clearance ta’ żewġ blokki mdawra minn Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark li jikkonsisti fit-twaqqigħ ta’ bini eżistenti u l-bini ta’ 56 appartament u 56 garaxx ġdid, jista’ l-Ministru jinforma jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar allokazzjoni ta’ postijiet alternattivi għar-residenti tal-istess postijiet? Jista' jinforma wkoll meta jaħseb li jistgħu jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li hemm mal-Gozo Channel ? Jista’ jgħid ukoll minn kemm membri tal-crew ikun magħmul kull vjaġġ mill-vapuri tal-istess kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm il-vjaġġ sar minn kull vapar tal-Gozo Channel matul ix-xahar ta’ Awwissu 2009 ? Tista’ tgħid ukoll kemm inġarru vetturi u passiġieri kull vapur għall-istess perijodu ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.