Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċirkulari tal-OPM numru 3/2001 tesiġi li kull email li tidħol trid tiġi rrisposta (parzjalment jew definittivament) fi żmien jumejn.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — emails
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (DALLI, JOHN)
Kull uffiċjal għandu jagħti risposta fl-iqsar ħin possili skond iċ-ċirkostanzi. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji ta’ ‘xi emails’ riferuti għal din il-Mistoqsija biex wieħed ikun jista’ jagħti risposta aktar preċiża.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Tajjeb jingħad li skont Ċirkulari numru 7 tal-2006, maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-korrispondenza li tasal permezz tal-email għandha tiġi acknowledged fi żmien ġurnata tax-xogħol. Tweġiba jew informazzjoni għal korrispondenza aktar kumplessa għandha tingħata fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun intbgħat acknowledgement, iżda meta risposta tirrekjedi li jsiru xi riċerki, dawn ir-risposti jieħdu aktar żmien.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — emails
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-policy dwar l-emails hija dik kif annessa maċ-Ċirkulari nru 3/2000 maħruġa mill-uffiċju tal-Prim Ministru. M’hemm l-ebda raġuni għalfejn l-emails m’għandomx jiġu mwieġba f’dan il-perjodu
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta waqaf li jsir użu tal-kumpless White Rocks? Fiex wasal il-proġett tal-White Rocks li kien ilu jiġi mwiegħed u minħabba fi prospetti ta’ żvilupp kien ingħalaq dan il-kumpless?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet ta' manutenzjoni straordinarja għall-Sports Complex t'Għawdex? X'inhi l-ispiża involuta? Tista' tgħid ukoll kif qed jintuża u minn min dan l-istess Sports Complex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta' tiswija fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa fi stadju ta' adjudication mill-board. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa €230,000.
Il-Kumpless Sportiv t'Għawdex matul is-sena jintuża għal bosta avvenimenti sportivi, kulturali, edukattivi kif ukoll reliġjużi. Jiġu organizzati tournaments u seminars fuq livell lokali u nternazzjonali. Bejn Novembru u Mejju, kull sena tiġi organizzata Skola Sport fejn tfal bejn il-Year 1 (Primarja) u l-Form 5 (Sekondarja) jiġu mħarġa f'14 il-dixxiplina sportiva. Matul is-sena jsiru wkoll fitness classes, u jiġu pprattikati dixxiplini fil-Martial Arts. Dixxiplini sportivi oħra li jiġu pprattikati fil-Kumpless Sportiv t'Għawdex fuq bażi ndividwali jinkludu Basketball, Volleyball, Handball, Badminton, 5-a-side Futsal, fost oħrajn. Il-Kumpless Sportiv t'Għawdex jintuża wkoll għall-klassijiet ta' żfin, Aerobics, u Yoga fost oħrajn.
Kull min jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex, irid ikun membru jew iħallas it-tariffa skond kif applikabbli.
Bormla — Kulleġġ Santa Margerita Junior Lyceum - area tal-madwar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11169 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10852 li ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-Kulleġġ Santa Margerita Junior Lyceum, Bormla ma tibqax tegħreq ma' kull ħalba xita u dik l-area tispiċċa periklu kbir għat-tfal u anke għas-sewwieqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li, peress li jidher li l-problema, kawżata minn għeruq tas-siġar, tirrikjedi intervent pjuttost konsiderevoli, qed tiġi mistħarrġa mill-ADT u għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Cruiseliners Terminal f'Boiler Wharf — Club tar-Regatta tal-Isla
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10874 u jgħid jekk il-club tar-Regatta tal-Isla hux ser ikun milqut minħabba x-xogħol marbut mal-Cruiseliners Terminal f’Boiler Wharf ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Isla Regatta Club jinsab ‘il barra miż-żona tal-cruise liner terminal f’Boiler Wharf u għaldaqstant mhux se jiġi milqut mill-proġett għalkemm ma nistax neskludi li jkun hemm bżonn xi koordinament mal-club fuq l-aċċess.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mill-istudenti li applikaw l-MCAST u għadhom qed jistennew biex jibdew it-taħriġ tagħhom fl-ICT huma disabled? Kemm minn dawn huma b'diżabilità u jużaw wheelchair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-istudenti li applikaw biex jibdew isegwu programmi ta’ studju fl-ICT u li għadhom qed jistennew biex jiġu msejħa, hemm sittax li għandhom xi forma ta’ diżabilità. Din l-istatistika hija bbażata fuq dawk l-istudenti li għamlu t-talba tagħhom għal xi forma ta’ għajnuna minn-naħa tal-Kulleġġ. Dawn is-sittax jitqassmu hekk:
ADD 1
ADHD 2
Aperts Syndrome 1
Asperger Syndrome 2
Dopamine Responsive Dystonia 1
Dyslexia 3
Hearing Impaired 2
Learning Difficulties 1
Muscular Dystrophy 1
Slow Learner 2
Mill-istatistika li għandu l-Kulleġġ jirriżulta li ħadd minnhom ma juża
wheelchair
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 8077 u jgħid meta ser isiru l-kumplament tat-testijiet tal-instructors tal-karozzi, fejn hemm individwi li ilhom jistennew ħafna xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-fatt issa m'hemmx dewmien biex wieħed jitla' għat-test ta' driving instructor. Dawn it-testijiet jingħataw regolarment tliet ġimgħat wara li tkun depożitata l-applikazzjoni.
Peress li ftit ilu ntqal li l-Villaġġ tas-Snajja' kellu jiġi trasferit lejn il-Baċir Nru 1 Bormla, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan il-pjan u jekk għadx hemm il-ħsieb li dan iseħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-PQ 4999 kif ukoll għall-intervent li għamilt il-ġimgħa l-oħra l-Parlament biex jaċċerta ruħu x'inhuma sew il-pjani tal-Gvern għall-Baċir nru 1.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li hemm mal-istazzjon televiżiv Education 22? Tista' tgħid x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom? X'inhu l-budget sabiex jitmexxa dan l-istazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati li hemm mal-istazzjon televiżiv Education 22 huwa ta’ 13. Li huma:
Kap 1
Għalliema 1
Għalliema Supply 6 (4 minnhom fuq
leave
mingħajr ħlas, u oħra talbet biex taħdem
siegħat inqas)
B’kuntratt definit 1
Presentation Officer 1
Producer 1
Uffiċjal Eżekuttiv 1
General Hand 1
Il-
budget
allokat għall-2009 huwa ta’ €233,000.
Dipartiment tat-Tiswija tad-Djar — transfers tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min kien magħmul d-Dipartiment tat-Tiswija tad-Djar fi ħdan l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kif ġie deċiż fejn jiġu trasferiti l-ħaddiema? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema kellhomx l-opportunità li jagħżlu/jirrifjutaw fejn intbagħtu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Tiswijiet kien magħmul minn numru ta’ periti, survoyers, skilled labourers u handymen.
Informat li l-Ministeru ma kienx involut fit-trasferiment tal-ħaddiema
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti, sena b'sena, li qed jistudjaw l-IT fl-MCAST? Kemm hemm minnhom li għadhom ma bdewx u meta taħseb li kull student ikun beda s-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-immigranti matul is-sena 2008 u din is-sena? X'ikunu d-drittijiet (jekk jinbidlu) tal-ġenituri u l-wild li jkun twieled Malta?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali li wettqu proġett ta' bini ta' xi faċilità sportiv matul l-aħħar sentejn? X'kien l-impenn finanzjarju ta' kull kunsill lokali għal kull proġett?