Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-istat — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-iskejjel tal-Istat huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Liema kriterji/standards qed jiġu użati biex jitkejjel jekk post huwiex aċċessibbli jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kriterji/standards li jiġu wżati biex jitkejjel jekk post huwiex aċċessibli jew le huma mniżżlin fil-Linji Gwida li nħareġ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita’, dokument ippubblikat f’Settembru 2001. L-iskejjel il-ġodda kollha huma kompletament aċċessibli skont il-kriterji li għalihom qed issir riferenza. L-iskejjel kollha li fihom qed isir refurbishment qed isirilhom it-titjib meħtieġ biex nilħqu kemm nistgħu mill-kriterji kollha tad-dokument, inkluż stallazzjoni ta’ lifts fejn il-bini jippermetti, kif ukoll toilets għall-persuni b’diżabilita’. Fejn l-aċċessibilita’ mhux kompleta fis-sulari kollha, isiru arranġamenti interni biex persuna b’diżabilita’ tingħata s-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilita’ kompleta.

Ħaż-Żabbar — Triq Girdle Road - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li Girdle Road, Żabbar, li llum hi triq użata ħafna, tingħata ftit attenzjoni peress li l-istat tagħha huwa diżastruż u ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti minn network ta' toroq fejn ser isir xogħol estensiv bħala parti mill-aċċess ġdid għall-proġett ta' Smart City.

Kunsill Malti għall-Isport — programmi ta' taħriġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-programmi ta' taħriġ organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isports jew għadhom ser jibdew? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #11743 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — financial instruments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Malta ma eskludiet il-parteċipazzjoni fl-ebda strument finanzjarju tal-Bank Ewropew għall-Investiment għall-perjodu finanzjarju 2007-2013. Deċiżjoni bħal din tittieħed fuq bażi ta’ bżonn, iżda nassikura lill-Onorevoli Interpellant li anke kieku wieħed kellu jeskludi totalment tali parteċipazzjoni, dan ma jfissirx li jkunu ntilfu xi flus.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — financial instruments

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — financial instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.
Leg 11 PQ #11746 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Minsteru għall-Politika Soċjali — financial instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li Malta ma eskludiet il-parteċipazzjoni fl-ebda strument finanzjarju tal-Bank Ewropew għall-Investiment għall-perjodu finanzjarju 2007-2013. Deċiżjoni bħal din tittieħed fuq bażi ta’ bżonn, iżda nassikura lill-Onor. Interpellant li anke kieku wieħed kellu jeskludi totalment tali parteċipazzjoni, dan ma jfissirx li jkunu ntilfu xi flus.
Leg 11 PQ #11747 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — financial instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari numru 11743.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — financia instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li ta l-Onor. Prim Ministru f'Mistoqsija Parlamentari Nru 11743.
Leg 11 PQ #11737 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Minsteru għall-Politika Soċjali — Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarji Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarji Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11738 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Uffiċċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru hija kif ġej:- Head of Secretariat 1 Private Secretary 1 Asst. Private Secretary 1 Communications Co-ordinator 1 Office Co-ordinator 1 Secretariat Officers 4 Secretariat Pool 3 Secretariat Messengers 2

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Uffiċċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru ? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tiegħi hu ffurmat skond il-guidelines ta' "Engagement of Staff in Private Secretariat".

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11742 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — uffiċċju tal-Ministru

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru ? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — emails

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’referenza għaċ-ċirkulari mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nru. 3/2001, l-e-mails għandhom ikunu mwieġba, parzjalment jew kollha, fi żmien jumejn ta’ xogħol.
Leg 11 PQ #11733 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — emails

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa fejn hu possibbli il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu jimxu ma' l-Standards skond l-Annex taċ-Ċirkulari tal-OPM numru 3/2001.
Leg 11 PQ #11734 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-persuni li ġejjin huma ingaġġati b’secretariat contract fis-Segretarjat tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: · 1 Head of the Minister’s Secretariat · 1 Private Secretary to Minister · 1 Deputy Head of the Minister’s Secretariat · 1 Communications Co-ordinator · 2 Policy Co-ordinators · 7 Secretariat Officer · 3 Secretariat Pool · 1 Messenger · 2 Personal Driver/Security Officer L-uffiċjali ingaġġati b ’secretariat contract fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari huma: · 1 Head of the Parliamentary Secretary Secretariat · 1 Private Secretary to the Parliamentary Secretary · 1 Communications Coordinator · 2 Secretariat Officers · 1 Secretariat Pool · 1 Messenger/Charwoman · 2 Personal Drivers/Security Officers