Legislature:
Category:
Reset
Active:

Identity Cards — Tiġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' identity cards li huma skaduti? Meta jaħseb li jista' jibda t-tiġdid tal-istess identity cards? Xi ħsieb hemm ta' kif dawn ser isiru u xi proċess ser jintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemm ebda ID Card skaduta għaliex il-validità ta' kull karta ta' identità hi estiża b'Avviż Legali. Is-sistema l-ġdida tal-ħruġ ta' karti ta' identita elettroniċi tibda wara li tiġi approvata t-talba li saret għall-fondi tal-UE.

Dock 1 — berths għall-yatchs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm berths temporanji għall-yatchs fid-daħla ta' Dock 1? Kemm hu l-ħlas li qed jintalab għal dawn l-irmiġġi? X'Servizzi qed ikunu offruti lil minn jiddeċiedi li jorbot hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rmiġġi disponibbli għall-yachts f’Dock 1 huwa ta’ 55. Il-ħlas dovut għal dawn l-irmiġġi huwa skont l-iskeda ta’ tariffi fir-Regolamenti dwar il-Yachting Centres (L.S. 352.10). Is-servizzi li jiġu provduti għall-irmiġġi f’Dock 1 huma servizzi ta’ sigurtà (fuq 24 siegħa), rimi ta’ skart u servizz ta’ ilma.
Leg 11 PQ #12973 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina Lyrica

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica - 150mgs tinstabx mill-Ispiżeriji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, min hu intitolat li joħodha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, il-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa football ground

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8318, fejn il-Ministru qalet li l-football ground tal-Mellieħa sar minn Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, tista' l-Ministru tgħid x'kien is-sehem li nħareġ mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u min jamministra dan il-ground? Ta' min hi l-art li fuqha nbena dan il-ground?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien ħa ħsieb il-bażi tal-concrete u d-dawl artifiċjali fil-proġett tal-ground tal-football tal-Mellieħa, b’nefqa ta’ €103,626. Dan il-ground huwa amministrat mill-Mellieħa Sports Club wara li kien ġie mogħti b'titolu legali lill-istess klabb b'riżoluzzjoni Parlamentarui mgħoddija fil-21 t'Ottubru 1997.
Leg 11 PQ #11725 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — emails

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħala regola, iż-żmien stipulat biex tintbagħat acknowledgement għal xi korrispondenza, inklużi e-mails jew kommunikazzjoni mill-websites, huwa ta’ ġurnata minn meta din tasal. Risposta definittiva jew xi forma ta’ risposta temporanja tingħata fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Ta’ min japprezza li e-mails li jkunu indirizzati dirett fuq l- e-mail ta’ xi uffiċjal partikolari jistgħu jinfetħu biss mill-uffiċjal konċernat. Għalhekk jista’ jagħti l-każ li, jekk l-uffiċjal ikun indispost jew ikun assenti mix-xogħol għal xi raġuni oħra, l- e-mails ma jinfetħux mill-ewwel. Fuq kollox, ta’ min iżid li, għalkemm l-uffiċjali pubbliċi huma mistennija jagħmlu l-almu tagħhom biex jipproċessaw korrispondenza fit- time frames stipulati, ikun hemm ċirkostanzi fejn din tkun ta’ natura aktar komplessa u tkun tirrikjedi aktar żmien biex tiġi investigata u tingħata risposta aktar komprensiva.
Leg 11 PQ #11734 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tas-Segretarji Parlamentari? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarjati Privati fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huma kif indikat fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Reġistru taż-Żweġijiet — żweġijiet bejn barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet fir-Reġistru taż-Żweġijiet bejn persuna li ġejja minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea (mhux Malta) u l-parti l-oħra ġejja minn pajjiż li mhux membru tal-Unjoni Ewropea minn meta Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid minn liema pajjiżi kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qegħda tintalab ma tinstabx reġistrata b'dan il-mod fir-Reġistru Pubbliku u għalhekk din it-tip ta' statistika mhux possibli li tingħata.

Nies miżżewġin persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Maltin (maqsuma f'irġiel u nisa) li żżewġu persuna barranija? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma? Kemm saru żweġijiet ta' dan it-tip matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel zewġ partijiet tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant li jkun iżjed speċifiku dwar il-perjodu li qed jirreferi għalih. Dwar it-tielet parti tal-mistoqsija jien infurmat li matul din is-sena kien hemm 186 persuna Maltija li żżewġet persuna barranija li minnhom 79 kienu rġiel u 107 kienu nisa.

Kottonera — multi-level car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħsieb li jinbena multi-level car park fil-Kottonera taħt il-ground tal-iskola primarja ta' Bormla, għadux hemm? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-istudji li saru s'issa, l-car park in kwistjoni kif kien ippjanat m'huwiex ekonomikament vijabbli. Il-Gvern qiegħed jara x'jista' jsir biex il-proġett ikun vijabbli.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità — Servizz ta' taħriġ fl-ICT

Question

Peress li fil-ħruġ tat-tender għal servizz ta' taħriġ fl-ICT maħruġ mill-MCAST, fil-parti riservata għall-aċċess għall-persuni b'diżabilità ma jissemmew ebda standards, tista' l-Ministru tgħid kif u min ħa d-deċizjoni li l-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b'Diżabilità kellha tkun hi li tiċċertifika din it-talba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-suġġeriment biex l-aċċessibilità għand il-Private Training Providers tkun iċċertifikata mill-KNPD (Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilità) kien imressaq mill-MCAST u ġie ssekondat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Kuntratti. L-MCAST huwa tal-fehma li l-kompetenza hija fi ħdan il-KNPD jew il-KNPD għandu aċċess għaliha. Wieħed irid jgħid li l-KNPD m’għandux konflitt ta’ interess.
Leg 11 PQ #12257 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità — aċċessibilità għall-applikanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità responsabbli biex tiċċertifika l-aċċessibilità minn dawk li applikaw biex joffru servizz fl-ICT, mhux lil kull applikant saritlu inspection? Tista' tgħid min kienu l-applikanti u meta għal kull każ saret l-inspection mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq ser tingħalaq sabiex isir xi xogħol? Meta ser tingħalaq? Kemm ser iddum magħluqa? X'tip ta' xogħol ser isir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ser tingħalaq minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru. Dan ix-xogħol, li parti minnu diġà beda jsir sa minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru, jinkludi manutenzjoni tas-sistema ta’ l-iffiltrar tal-ilma biex il-kwalità tal-ilma f’dan il-Kumpless tkun garantita u ħielsa minn perikli għas-saħħa permezz ta’ infezzjonijiet. Barra minn hekk hemm xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni li jinkludu bdil ta’ Heat Exchangers, xogħlijiet strutturali f’diversi partijiet tal-kumpless, manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ, tibjid kif ukoll bini ta’ aktar faċilitajiet sanitarji. Għalkemm ix-xogħol mistenni li jitlesta kollu sal-aħħar ta’ Frar li ġej, il-bibien tal-Pixxina huma mistennija li jerġgħu jiftħu għall-pubbliku u għat-timijiet fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar. L-investiment biex isiru dawn ix-xogħlijiet huwa stmat li ser ikun ta’ madwar €320,000.

Cycling trails

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir cycling trail sabiex id-dilettanti taċ-ċikliżmu jkollhom fejn jipprattikaw l-isport tagħhom? Jekk fl-affermattiv, liema areas qed ikunu kkunsidrati? Meta taħseb li jista' jibda x-xogħol fuqha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jikkunsidra numru ta' postijiet f'inħawi differenti ta' Malta fejn jista’ jsir cycling trail. Mandankollu l-proċess għadu prematur wisq sabiex jingħataw aktar dettalji.

MCAST — ICT - studenti capacity

Question

B'referenza għat-tender għall-għoti ta' servizz fl-ICT maħruġ mill-MCAST, tista' l-Ministru tgħid x'kapaċità ta' studenti (student capacity) għandu kull applikant? Liema kejl intuża biex ġiet kkalkulata din il-capacity u liema uffiċjal mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew MCAST żar kull post biex jivverifiika jekk dan hux minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din l-informazzjoni tkun fl-offerta tal-applikant. Fl-istadju li qiegħed fih il-proċess dawn id-dokumenti ikun rahom biss l-adjucating board li wara li jkun ikkonkluda r-rapport tiegħu, id-dokumenti jintbagħtu lid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — financial instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 11743 mogħtija mill-Prim Ministru.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — financial instruments

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onor. Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.
Leg 11 PQ #11751 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — financial instruments

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.