Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13858 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tas-sena 2009? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom? Minn liema lokal ġejjin u kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13859 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet rekwiżizzjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għadhom rekwiżizzjonati? F'liema lokalità qegħdin?

Response (DALLI, JOHN)

Ninfurma lill-Onorevoli Interpellant li postijiet rekwizizzjonati fadal 399 u huma mferxxin kwazi f’kull lokalità ta’ Malta. Informat ukoll hekk: Lokalità Total Albertown 01 Attard 03 Balzan 02 Birkirkara 30 Burmarrad 01 Birżebbuġa 04 Cospicua 19 Fontana Gozo 01 Fgura 03 Floriana 15 Gwardamangia 02 Għaxaq 01 Gżira 26 Ħamrun 21 Kalkara 05 Kirkop 02 Luqa 06 Marsa 08 Marsascala 01 Mdina 01 Mellieha 03 Mosta 06 Mqabba 03 Msida 05 Nadur Gozo 02 Naxxar 02 Paola 16 Pietà 06 Qormi 22 Qrendi 05 Rabat 10 Rabat Gozo 02 San Gwann 01 San Lawrenz Gozo 01 Senglea 12 Sliema 19 St Julians 09 St Paul's Bay 06 Sta Venera 02 Ta' Xbiex 01 Tarxien 07 Valletta 74 Vittoriosa 05 Xewkija Gozo 01 Xgħajra 02 Żabbar 10 Żejtun 10 Żurrieq 05 399
Leg 11 PQ #14191 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta — tliet arbitri - rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport imressaq mit-tliet arbitri rigward it-talbiet li għamlet l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta' Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jilqa' xi talbiet illi saru mill-istess assoċjazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru u d-Dipartiment tal-Pulziija qegħdin flimkien jistudjaw r-rakkmandazzjonijiet magħmula mit-tliet arbitri, kif ukoll l-implikazzjonijiet tagħhom, bil-ħsieb li sa fejn hu possibbli u prattikabbli dawn jiġu implimentati.
Leg 11 PQ #14192 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korp tal-Pulizija — tilqim kontra Swine Flu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp tal-Pulizija mhumiex inklużi fil-lista tal-ewwel persuni li sejrin jitlaqqmu kontra l-Swine Flu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14193 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Sentry Boxes - faċilitajiet sanitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ħsieb tal-Gvern li jintervjeni sabiex jogħla l-livell u jiġu nklużi faċilitajiet sanitarji fis-sentry boxes użati mill-pulizija sabiex dawn jagħmlu għassa magħrufa bħala Fixed Point?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma naħsibx illi s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant huwa prattikabbli, u dan għal diversi raġunijiet.
Leg 11 PQ #14194 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — taser guns

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija, li filwaqt li jkunu xogħol, tinqala ċ-ċirkostanza li jużaw it-taser gun, qegħdin jittieħdu passi dixxiplinari kontrihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif ġa kelli l-okkazzjoni nispjega, ninforma lill-Kamra, l-użu tat-taser gun minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, huwa regolat permezz ta' żewġ ċirkolarijiet interni li l-Korp ħareġ fl-2008 u fl-2009. Iċ-ċirkolarijiet jispjegaw b'mod mill-aktar iddettaljat iċ-ċirkostanzi meta it-taser gun għandu jintuża. Fejn jirrżulta li dawn l-istruzzjonijiet ma ġewx segwiti jew li kien hemm xi abbuż, jittieħdu passi dixxiplinarji.

Fabbriki li temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ċangaturi taż-żonqor

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammux records ta' fejn jinsabu ċ-ċangaturi taż-żonqor li jinqalgħu minn żmien għal żmien sabiex isiru xogħlijiet, fosthom fil-Kottonera b'mod partikolari Bormla fejn inbidlu ħafna toroq minn żonqor għal tarmak?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li minn verifiki li saru jirriżulta li xi erba’ snin ilu kien sar xi xogħol mill-ADT fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla fejn inqalgħu xi kurduni tal-lava u pavimentar tal-qawwi. Dawn ġew depożitati f’parti minn Forti Sant’Iermu, li tieħu ħsiebħa l-Valletta Rehabilitation Project.
Leg 11 PQ #13855 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku, u mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2009? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal? Jista' jgħid x'kienet r-raġuni tal-kontravenzjoni u kemm nġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13856 Sitting 182 2010-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Parkeġġ riservat għall-Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi parkeġġ riservat għall-Membri Parlamentari fl-Isptar Mater Dei ? Jista' jispjega fejn qiegħed ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fl-isptar Mater Dei, hemm parkeġġ riservat għall-VIPs u Membri Parlamentari, li b’kollox fih tmien postijiet. Dan il-parkeġġ qiegħed bejn il-blokk tal-Outpatients u l-blokk tal-Medical School. Kif wieħed jista’ jara mir-ritratti mehmużin, dan il-parkeġġ għandu tabella li tindika ċar li huwa riservat għall-VIPs u l-Membri Parlamentari.

Bormla — Ground quddiem l-iskola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-ground li hemm quddiem il-ground tal-iskola Primarja ta' Bormla? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilità li dan il-ground jinbidel f'wieħed b'wiċċ sintetiku u dan sabiex jitgawda mit-tfal tal-istess skola u dan għax m'għandhom ebda post fejn jirrekreaw irwieħhom ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-ground li hemm quddiem l-iskola Primarja ta’ Bormla mhux fir-responsabbilità tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi. Id-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi jużaw dan il-ground waqt il-ħin tal-iskola. Hemm diskussjonijiet dwar jekk jistax isir użu aħjar tal-ground mit-tfal tal-iskola waqt il-ħin tal-iskola.

Parlament Ewropew — sitt membru parlamentari osservatur

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'pożizzjoni u x'passi ħa l-Gvern Malti minn Ġunju 2009 l'hawn biex jitħaffef il-proċess li bih Malta jkollha s-sitt Membru Parlamentari Ewropew skond kif maqbul fis-Summit ta' Diċembru 2008 bejn il-pajjizi membri u wara li t-Trattat ta' Lisbona ġie fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru, 2009? Jista' jgħid fiex wassal dan il-proċess? Meta s-sitt Membru huwa mistenni jidħol bħala Membru Parlamentari Osservatur? Meta huwa mistenni li jsir Membru sħiħ tal-Parlament Ewropew?

Response (BORG, TONIO)

It-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009. Skond l-Artiklu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropeja, l-Gvern ta' kull Stat Membru, l-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jissottomettu lill-Kunsill proposti biex jiġu emendati it-Trattati. Permezz ta' dan l-artiklu, u f'segwitu tal-konklużżjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 u ta' Ġunju 2009, il-Gvern Spanjol ippreżenta abbozz ta' protokoll li jemenda il-Protokoll numru 36 dwar il-provvedimenti tranżitorji. Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009, l-istess Kunsill iddeċieda li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni biex minnufih ikun eżaminat dan l-abbozz. Il-pass li jmiss jista' jiġi mniedi meta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jkunu taw ir-risposta tagħhom. F'dan l-istadju l-Kunsill Ewropew ikollu jieħu deċiżjoni (b'maġġoranza sempliċi) favur l-eżami tal-emendi proposti. Jekk il-Parlament jilqa' l-għażla tal-Kunsill Ewropew li ma tissejjaħx laqgħa, il-Kunsill Ewropew għandu jabbozza t-termini ta' referenza għall-Konferenza Intergovernattiva, li tiġi msejħa mill-President tal-Kunsill bil-għan li jintlaħaq ftehim komuni fuq l-emendi li għandhom isiru fit-Trattati. Mistenni li l-Konferenza Intergovernattiva tibda tiltaqa' għal Marzu 2010 bil-kundizzjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jkunu taw ir-risposti tagħhom.
Leg 11 PQ #13846 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Proġett ta' slum clearance ġewwa Bormla

Question

Peress li hemm proġett ieħor ta' slum clearance ġewwa Bormla, jista' il-Ministru jgħid meta jaħseb li ser jinbeda x-xogħol? Kemm ser idum biex jitlesta dan il-proġett u fiex ser ikun jikkonsisti ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-tieni fażi tal-proġett ta’ Urban Renewal fl-inħawi ta’ Triq Santa Liena Bormla tikkonsisti fit-twaqqiegħ ta’ żewġ blokki eżistenti u bini ta’ blokka ġdida b’56 appartamenti u garaxxijiet. S’issa għad ma ġiex ipproġettat meta ser jinbeda x-xogħol fuq dan il-proġett.
Leg 11 PQ #13847 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Dar li twieled u trabba fiha ex prim ministru ta' Malta

Question

Peress li fil-proġett ta' slum clearance proġettat għal Bormla hemm id-dar li fiha twieled u trabba l-Perit Duminku Mintoff, ex Prim Ministru ta' Malta, ma jaħsibx il-Ministru li hemm bżonn isir xi ħaġa sabiex din id-dar tiġi salvata u restawrata bħala parti mill-istorja ta' persuna li għamlet storja f'pajjiżna ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-indirizz eżatt u jagħti aktar dettalji dwar il-valur storiku tal-post imsemmi sabiex tkun tista’ ssir verifika.
Leg 11 PQ #13848 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Legal aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt għal legal aid? Jista' jgħid min kienu l-avukati li wettqu xogħol ta' legal aid u kemm kien il-ħlas totali li sar lil kull wieħed minnhom ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Fil-proċeduri ċivili tista’ ssir talba b’rikors lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. It-talba tista ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat għal Għajnua Legali. Il-persuna li titlob il-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali trid taħlef li jidhrilha li għandha jedd tajjeb u li ma għandha ebda proprjetá tal-valur ta’ tlett elef lira jew aktar. Jaħlef ukoll li l-qliegħ tiegħu fis-sena huwa anqas mill-paga nazzjonali minima. Fil-kalkolu ma jittieħedx qis tar-residenza prinċipali ta’ min japplika. Ir-rekwiżiti dwar il-mezzi finanzjarji ma japplikawx fil-każ ta’ proċeduri għall-korrezzjoni jew tħassir ta’ xi reġistrazzoni ta’ xi att tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt jew għal xi reġistrazzjoni ta’ att bħal dan. L-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali imbgħad jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Qorti li tagħti d-deċizjoni tagħha. Fil-proċeduri kriminali fil-qrati superjuri it-talba għall-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali ssir jew b’rikors jew bil-fomm lill-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali. Tista’ wkoll tiġi informata l-Qort mill-akkużat u f’dan il-każ il-Qorti tavża lill-Avukat ta’ l-Għajnuna Legali li jinforma lill-Qorti bl-isem ta’ l-Avukat għall-Għajnuna Legali li jkun se jirrapreżenta lill-akkużat. Fil-proċeduri kriminali fil-Qrati tal-Maġistrati, l-Qorti taħtar lill-avukat li jkun imissu mill-elenku ta’avukati ex ufficio. Il-kondizzjonijiet dwar proprjetá u dħul li japplikaw dwar il-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali fi proċeduri ċivili ma japplikawx għall-proċeduri kriminali. L-Avukati huma :- Dr Martin Fenech, Dr Patrick Valentino, Dr Mark Busuttil, Dr Anthony Cutajar, Dr Renzo Porsella Flores, Dr Kevin Mompalao u Dr Jean Paul Grech u jitħallsu €582.34 kull wieħed kull 3 xhur.

Toroq li sar ix-xogħol fuqhom fit-Tieni Distrett

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fit-Tieni Distrett li ngħataw it-tarmak matul din is-sena 2009? Jista' jaqsamhom dawk li saru mill-Kunsilli Lokali u dawk li saru direttament mill-Gvern? X'hemm ipprogrammat li jsir matul din is-sena li ġejja 2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #13850 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti f'Jannar 2009 u kemm hi issa ?.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti fl-aħħar ta' Jannar 2009 kienet 5951, filwaqt li bħalissa qiegħda 5735.
Leg 11 PQ #13851 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema jaħdmu mal-privat li ġew miċħuda l-paga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2009 kellux rapporti minn ħaddiema mal-privat li ġew imċaħħda mill-paga dovuta lilhom ? Jista' l-Ministru jgħid x'jista' isir meta persuna tiġi miċħuda l-paga ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul is-sena 2009, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg irċieva numru ta’ rapporti/allegazzjonijiet minn ħaddiema mal-privat li ħassew li ġew imċaħħda il-paga dovuta lilhom. F’dawn il-każijiet, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jagħmel l-investigazzjonijiet meħtiega dwar l-post tax-xogħol konċernat. Jekk jirriżulta li l-pagi ma tħallsux, issir talba lill-prinċipal biex iħallas l-ammonti dovuti lill-ħaddiema. Jekk dawn il-pagi jibqgħu ma jkunux imħallsa, kif ikun talab id-Dipartiment, jittieħdu l-passi neċessarji kontra l-prinċipal quddiem il-Qorti talli jkun naqas li jħallas il-pagi skond il-liġi.

Bormla — Pelican lights ħdejn l-għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilita li jsiru pelican lights bejn l-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla u fejn issa hemm il-fergħa tal-BOV u dan peress li ta' spiss qed ikun hemm inċidenti tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.