Bieb il-Belt u l-Parlament — awtorità responsabbli - informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hi l-awtorità responsabbli mill-bini ta' Bieb il-Belt u l-Parlament? Min huma l-persuni li jagħmlu parti minn din l-awtorità? Kif sar ir-reklutaġġ ta' dawn il-persuni? Meta jaħseb li se jibda x-xogħol fuq dan il-proġett? X'inhuma t-timeframes ta' dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-awtorita' responsabbli mill-bini ta' Bieb il-Belt u l-Parlament hija The Grand Harbour Regeneration Corporation plc.
Il-persuni li jagħmlu parti minn din l-entita' huma Chief Executive Officer u Chief Finance Officer li ġew reklutati bħala "persons of trust" u zewġ project leaders u skrivan li ġew reklutati wara sejħa tal-ETC.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda ftit wara li joħroġ il-permess tal-MEPA u huwa maħsub li jiġi komplut fi żmien tlett snin.
Peress li f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li l-Ministru ta fil-Kamra qal li t-taħdidiet dwar il-privatizzazzjoni tal-parti tat-Tarzna għat-tiswija tal-vapuri jinsabu fi stat avvanzat mal-Kumpanija Taljana Palumbo, jista' l-Ministru jgħid minn fejn topera? Kemm timpjega nies? X'baċir? X'tip ta' xogħol għamlet matul is-sena 2009 il-Kumpanija Palumbo?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-ditta Palumbo SpA ilha fl-industrija tat-tiswija tal-vapuri mill-1967. Bħalissa topera minn żewġ Tarznari, waħda f’Napli u l-oħra f’Messina. L-attivitajiet tal-kumpanija jinkludu tiswija tal-vapuri, modifikazzjonijiet ta’ vapuri u strutturi oħra, bini ta’ vapuri bħal Tug Boats, Catamarans u anke yachts.
Il-kumpanija timpjega 140 ħaddiem direttament u tipprovdi xogħol għal aktar minn 250 ħaddiem ieħor taħt skema ta’ kuntratti. F’Napli l-kumpanija għandha 2
floating docks
u moll ta’ 260 metru. Id-
dockyard
ta’ Messina għandha baċir ta’ 70,000 tunnellata u l-mollijiet neċessarji biex tkun tista’ takkomoda xogħol fuq vapuri oħra.
Ovvjament ix-xogħol li għamlet is-sena l-oħra u qiegħda tagħmel bħalissa hu relatat mal-operat imsemmi.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni u l-iskop oriġinali li għalih inbniet id-diving pool fil-pixina nazzjonali? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern (Kunsill Malti għall-Isport) flimkien mal-Aquatic Sports Association, jaraw li terġa' tibda tintuża għall-iskop oriġinali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-erba’ dixxiplini tal-Fédération Internationale de Natation (FINA) u tal-Ligue Européenne de Natation (LEN), l-għaqdiet internazzjonali li jirregolaw l-aquatic sports, huma l-għawm, il-waterpolo, l-għawm sinkronizzat u d-diving. L-ewwel żewġ dixxiplini jistgħu jiġu prattikati fil-pixxina l-kbira, filwaqt li d-diving u t-taħriġ tal-għawm sinkronizzat jridu jsiru f'pixxina li hija aktar fonda u attrezzata b'tagħmir apposta bħal ma huma diving boards.
Fil-preżent m'hemm l-ebda proposta min-naħa tal-Aquatic Sports Association sabiex isir użu tad-
diving pool
għal
diving
jew għawm sinkronizzat. Madankollu din il-pixxina tintuza biex tikkumplimenta l-pixxina l-kbira għal skop ta' taħriġ u tagħlim.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-futur tal-pixxina tal-Waterpolo tal-Belt, liema pixxina kienet isservi ukoll għal żmien bħala pixxina nazzjonali? Ma taħsibx li l-ħsarat li sarulha u l-ħmieġ li qed jintefa' fiha, huma eyesore kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12973 u jgħid jekk il-mediċina Lyrica - 150mgs tinstabx mill-Ispiżeriji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, min hu intitolat li jeħodha?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12974 u jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, l-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?
Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12976 u jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li spiċċaw is-sena bid-deficit? Jista' jgħid għal kull każ, x'kienet is-sitwazzjoni fl-istess kunsill fis-snin ta' qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sitwazzjoni finanzjajra ta’ kull Kunsill Lokali tkun magħrufa wara li l-Kunsilli jagħluq il-kotba tagħhom u jippreparaw il-financial statements. Dawn wara li jkunu approvati mill-kunsill, jiġu awditjati.
Ir-rapporti tal-Awdituri tal-Gvern Lokali għandhom ikunu sottomessi lill-Awditur Ġenerali sat-30 ta’ Marzu 2010.
Parlament Ewropew — sitt membru parlamentari osservatur
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W53, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin iwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u ċioe: x'pożizzjoni u x'passi ħa l-Gvern Malti minn Ġunju 2009 'l hawn biex jitħaffef il-proċess li bih Malta jkollha s-sitt Membru Parlamentari Ewropew skond kif maqbul fis-Summit ta' Diċembru 2008 bejn il-pajjiżi membri u wara li t-Trattat ta' Lisbona ġie fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru, 2009?
Response (BORG, TONIO)
Infakkar li kien Gvern Nazzjonalista li insista mall-bqija tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li l-għadd ta' Membri Parlamentari Ewropej Maltin kellu jkun aktar minn ħamsa. Għalhekk, sa mill-bidu nett tan-negozjati dwar it-Trattat il-ġdid, dan il-Gvern ħadem bla heda sabiex Malta jkollha s-sitt siġġu fil-Parlament Ewropew. Din il-ħidma għadha għaddejja u l-Gvern qiegħed ikompli jagħti attenzjoni kbira sabiex is-sitt membru Parlamentari Malti jkun jista' jieħu postu kemm jista' jkun malajr.
L-Onorevoli Interpellant irrefera speċifikament għal Ġunju 2009. Kif żgur jaf, f'dik id-data l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kienu għadhom għaddejjin bil-proċess ta' ratifika tat-Trattat ta' Lisbona. Nafu ukoll li kien hemm il-kwistjoni tat-tieni referedum fl-Irlanda li ried jgħaddi qabel wieħed seta' jgħid fiċ-ċert li dan it-Trattat kien se jidħol fis-seħħ. Minkejja dan kien hemm ħidma mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Gvern Spanjol fi Brussell sabiex ikun stabbilit il-mekkaniżmu ta' kif is-siġġijiet il-ġodda jistgħu jimtlew. Dan kien neċessarju minħabba il-proċeduri legali differenti fl-Istati Membri l-oħra li se jkollhom MPEs ġodda.
Il-Gvern Malti, flimkien ma' l-Istati Membri oħra li se jibbenefikaw minn żieda fin-numri ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew, wettaq xogħol intensiv f'laqgħat fuq diversi livelli fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex din il-kwistjoni tibqa' fuq l-aġenda fl-ogħla livell politiku, permezz ta' referenzi speċifiċi fil-Konklużżjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2009, ta' Ottubru 2009, kif ukoll ta' Diċembru 2009.
Il-Kunsill tal-Ministri, fejn il-Gvern hu rappreżentat, issa qed jistenna r-risposta tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kunsill li l-Konferenza Inter-Governattiva, li trid issir biex tagħmel it-tibdil neċessarju fit-Trattat, tkun tista' titlaqqa mingħajr il-bżonn ta' Konvenzjoni. Jekk il-Parlament Ewropew jinsisti fuq il-Konvenzjoni, il-proċeduri biex jimtlew is-siġġijiet il-ġodda se jitwalu - fl-opinjoni tal-Gvern Malta - bla bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jinbena l-pont minn Sant Iermu għall-breakwater? Min huma l-persuni/awtorità responsabbli minn dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex Sant Iermu jsirlu x-xogħol tant neċessarju? Taħt min taqa' r-responsabilità ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill Malti għall-Isport — orientieering, abseiling, tracking u camping
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fost l-attivitajiet sportivi organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isport għal żgħażagħ 'l fuq minn 16-il sena, hemmx it-tagħlim ta' orientieering, abseiling, tracking u camping?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-attivitajiet imsemmija jiġu offruti fil-programm sportiv Youths on the Move li jsir flimkien mal-kunsilli lokali li japplikaw għalih.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-Swimming Promotions Unit li kienet tippromwovi l-għawm fost it-tfal tal-iskola, għadhiex mwaqqfa? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' titwaqqaf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-promozzjoni u t-tagħlim tal-għawm illum jagħmel parti mill-iSport Promotion Unit li ġiet imwaqqfa fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport f'Settembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl f'xi lokalità minn Ġunju li għadda? Jista' jagħti d-dati, l-lokalitajiet milquta u r-raġuni ta' meta mar id-dawl f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjoni Enemalta — ħlas għal ħsarat fuq appliances minħabba qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru claims lill-Korporazzjoni Enemalta matul l-aħħar sena għall-ħsarat ta' appliances wara qtugħ ta' dawl u/jew power surge? Jista' jgħid meta u fejn sar kull każ? Kemm minnhom ġew riżolti u x'ammont ta' flus tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta għal dawn il-ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni għadu ma ġiex appuntat Chairman ġdid tal-Bord tal-Pulizija għan-Negozjar wara r-riżenja tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li qed jittieħdu passi biex ikun assigurat li tingħażel persuna addattata biex taqdi din il-funzjoni. Infurmat ukoll li l-ħatra mistennija ssir fi ftit żmien ieħor.
Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilità li għaqdiet sportivi jiġu eżentati milli jħallsu l-VAT fuq tagħmir u servizzi li jitolbu, u dan peress li llum aktar minn qabel qed isibu diffikultà sabiex isibu għajnuniet finanzjarji u allura kull tnaqqis iservi ta' ġid u għajnuna għal dawn l-għaqdiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba li l-liġi tal-VAT Maltija tirrifletti t-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropeja, Malta ma tistax tagħti rifużżjonijiet ta’ VAT lil persuni li ma jkollhomx dan id-dritt skont kif stabbilit fid-direttiva nnifisha.
Madankollu, fil-każ tal-għaqdiet sportivi, il-Gvern, f’dawn l-aħħar sentejn, opera skema ta' rifużjoni parzjali fuq spejjeż kapitali li jikkwalifikaw taħt skema apposta biex tinkoraġġixxi u tgħin lil dawn l-organizzazzjonijiet biex jagħmlu żvilupp ġdid infrastrutturali għall-benefiċċju tal-membri tagħhom u, fl-istess ħin, jiġi żgurat li l-benefiċċju qed jingħata taħt kontroll u mingħajr ma jkun hemm lok ta' abbuż.
Gzira United FC u Gzira Youth Nursery — ground b'wiċċ artifiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi progress fit-talbiet li qed jagħmlu Gzira United FC u Gzira Youth Nursery sabiex il-wegħda li saret lilhom u ċioe li jkollhom ground b'wiċċ artifiċjali nkorporat fil-proġett ta' Manoel Island, tkun tista' isseħħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari numru 1297.