Legislature:
Category:
Reset
Active:

Junior College Msida — Faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri mill-faċilitajiet sportivi li hemm fil-Junior College Msida, peress li issa ilhom is-snin fi stat li ħadd ma jista' jagħmel użu minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Junior College qed jiġu pprattikati diversi dixxiplini sportivi, fosthom Badminton, Basketball, Football, Table Tennis u Volleyball. Dawn l-attivitajiet jiġu pprattikati f’multi-purpose pitches u f’gymnsium li ġie refurbished is-sena l-oħra. Hemm ukoll faċilitajiet għall-logħob tat-table tennis u outdoor chess. Il-Kulleġġ jieħu sehem f’ħafna kompetizzjonijiet sportivi u sports festivals, b’riżultati tajbin ħafna. Bejn it-tmienja ta’ fil-għodu u l-ħamsa ta’ fil-għaxija l-istudenti jistgħu jagħmlu użu wkoll mill-faċilitajiet tal- Activezone , li hu Health and Fitness Centre fil- Junior College u li hu attrezzat b’apparat mill-aktar modern. Bħalissa qed isiru preparamenti għal xogħol ta’ fencing f’wieħed mill- multipurpose pitches . Qed isiru wkoll pjanijiet biex il- ground il-kbir tal- football , l-unika faċilità li mhux qed tintuża u li għandu wiċċ tar-ramel, jinbidel fi ground b’wiċċ ta’ ħaxix sintetiku u jiġi mgħammar biex ikun state of the art ground .

Raħal Ġdid — MCAST - faċilitajiet Sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri mill-faċilitajiet sportivi li hemm fl-MCAST ta' Raħal Ġdid peress li issa ilhom fi stat ta' telqa għal ħafna snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul dawn l-aħħar 3 snin biss intefqu madwar €40,000 fil-faċilitajiet sportivi f’Raħal Ġdid. Il-Kulleġġ għandu ppjanti faċilitajiet sportivi akbar fil-Masterplan Project. Għaldaqstant peress li l-faċilitajiet eżisteni jistgħu jiġu allokati f’post ieħor sakemm ikun għaddej l-iżvilupp tal-proġett, kull tip ta’ upgrading huwa bħalissa wieqaf.

Xatt ir-Risq u Baċir Nru 1 — xogħlijiet ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol ta' tisbiħ fl-area tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Xatt ir-Risq mistenni jibda’ għal bidu t’April 2010 filwaqt li dak fuq il-Baċir Numru 1 f’Lulju 2010.
Leg 11 PQ #14521 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja mitluba mill-Onorevoli Interepellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #14523 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Garaxxijiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-garaxxijiet, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, għadhomx mikrija jew għaddewx lura għand il-Gvern għax ilhom ma jinfetħu ħafna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed mill-garaxxijiet li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament huwa mikri, ieħor qiegħed fil-proċess li tinħareġ Ordni ta’ Żgumbrament, filwaqt li t-tnejn l-oħra qegħdin f’idejn il-Gvern u hemm il-ħsieb li dawn jiġu mikrija wara li tinħareġ sejħa għall-offerti.
Leg 11 PQ #14515 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — proġett bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien

Question

Issa li ġie approvat il-proġett ta' tisbiħ fl-area bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien, il-Birgu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif sottomessi u approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol u meta se jitlesta? X'inhi l-ispiża ta' dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14516 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009 fejn l-ispiża qabżet l-€2,000.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14519 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #14503 Sitting 189 2010-02-03 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kunsill lokali, kemm sar safar matul is-sena 2009? Min mill-kunsilliera kien involut f'dawn is-safar? X'kienet id-destinazzjoni? Kemm swiet lill-kunsilli lokali u x'kienet ir-raġuni għal kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Laboratorju għall-atleti

Question

Peress li ftit taż-żmien ilu kien beda proċess li jsir laboratorju li jkejjel u jagħmel monitoring tal-andament tal-atleti, liema apparat għall-istess laboratorju kien ingħata lilna mill-Gvern Taljan permezz tar-Raba' Protokoll, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal dan ix-xogħol? Jekk qed jiffunzjona, tista' tgħid kif u kemm qed jintuża? Kemm kien hemm atleti li għamlu użu minnu matul is-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-apparat akkwistat taħt ir-Raba' Protokoll Taljan kien jikkonsisti:- Cosmed Quark b2 - Gas Analyzer Biosen 5030 - Lactate Analyzer Eppendorf ECOM 6122 - Photometer Microgate - OptoJump TechnoGym - Bikerace Technogym - Runrace Dan l-apparta jinsab fid- Diagnostic Lab li jitmexxa mill-Kumitat Olimpiku Malti. Matul l-2009 kien hemm 120 atleta li għamlu użu minn dan il-laboratorju.

Assoċjazzjoni Torball

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-assoċjazzjoni Torball, għandhiex sit fejn jipprattikaw l-attività tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-entità msemmija mhix reġistrata mall-Kunsill Malti għall-Isport għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli. Min-naħa l-oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess għaqda m'għamlet ebda talba lill-Kunsill Malti għall-Isport biex tkun allokata sit fejn tiġi prattikata l-attività tagħha.

Sports — suġġett eżaminabbli

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed tikkonsidra li tagħmel l-Isports bħala suġġett eżaminabbli fis-SEC, bħalma jsir fil-GCSE li jagħmluh ċerti skejjel f'Malta fejn l-isport jintrabat mas-saħħa, jiġifieri mhux eżami fuq kemm persuna tiġri jew eżami fuq ir-regoli tal-isport, iżda kif l-isport jintegra fil-ħajja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-suġġett tal-edukazzjoni Fiżika jista’ jintgħażel bħala Option mit-tielet sena tas-sekondarja. F’dan is-suġġett issir prattika u teorija ta’ kif wieħed jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-istudent jitgħallem kif l-isport u l-attività fiżika jistgħu jkollhom effett pożittiv fuq il-ħajja. L-Edukazzjoni Fiżika huwa suġġett eżaminabbli tas-SEC li beda jiġi eżaminat mill-2004. Il-Bord tal-MATSEC diġà qed joffri eżami fl-Edukazzjoni Fiżika fil-livell tas-SEC. Dan l-eżami fih żewġ partijiet. L-ewwel parti tikkonsisti minn eżami prattiku fejn il-kandidati juru l-ħila tagħhom fi tliet attivitajiet fiżiċi u minn proġett li jinħadem fl-iskola. It-tieni parti tikkonsisti minn eżami ta’ sagħtejn bil-kitba li fih il-kandidati jwieġbu mistoqsijiet minn dawn it-tliet sezzjonijiet: (A) Il-Moviment u l-Attività Fiżika; (B1) Is-Saħħa u kif Iżżomm Ruħek f’Kondizzjoni Tajba, u (B2) is-Sistemi tal-Ġisem u r-rendiment fl-Isports, kif ukoll (Ċ) l-Isport fis-Soċjetà.