Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex jintużaw in-nissan huts li hemm maġenb il-Kulleġġ St. Edwards? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'inhu l-ħsieb u jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi użu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-Nissan Huts li hemm maġenb il-Kulleġġ St. Edwards huma mikrija għal skopijiet ta' ħażna ta' makkinarju u żjut.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn is-sena 2000 u illum? Jista' jindika kemm minn dawn kienu nisa, irġiel u kemm minnhom kienu adoloxxenti taħt it-18-il sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' tisbiħ li se jsiru f'Xatt ir-Risq?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-multi level car park li kellu jinbena fl-area ta' Santa Margerita Bormla għadux fil-ħsieb tal-Gvern? Jista' jgħid jekk qattx kien hemm il-ħsieb li dan il-proġett isir permezz tal-private public partnership?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Armerija tal-Birgu — day care centre għall-anzjani tal-Birgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u forsi l-possibilità li parti mill-Armerija fil-Birgu tinbidel u tibda tintuża bħala day care centre għall-anzjani tal-lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninfurma l-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li kienu ġew indikati fil-pjanti oriġinali għall-proġett tal-Kottonera li suppost kellhom isiru u sal-lum minkejja l-approvazzjoni u minkejja li f'xi każijiet setgħu kienu marbuta ma' żmien li jitlestew għadhom ma tlestewx?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat jew jippreċiza għal liema proġetti qed jirreferi għax mhux il-proġetti kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-Ministeru.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14870 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ssir xi sleeping policeman fi Triq Santa Tereża Bormla, fl-area ta' maġenb il-Knisja ta' Santa Tereża, peress li qed ikun hemm ħafna karozzi li jinżlu gas down f'din it-triq li suppost hi service road u allura qed nistennew xi disgrazzja?
Pjazza Santa Margerita f'Bormla — Public Convenience
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14874 fejn staqsejt dwar Public Convenience fi Pjazza Santa Margerita, Bormla, li ilha ppjanata biex issir ħafna u ħafna snin, u fejn l-istess Prim Ministru qal fir-risposta tal-istess mistoqsija parlamentari "li jien infurmat illi l-permess għal dan l-iżvilupp għadu ma nħariġx", jista' l-Prim Ministru jiċċekkja għax minn l-informazzjoni li għandi, l-permessi għal din l-applikazzjoni bin-numru li qed jingħata seperatament, ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fid-9 ta' Settembru 2009?
Issa li għaddew snin minn meta sar il-kuntratt tat-trasferiment ta' artijiet u bini fil-Kottonera lill-Consortia sabiex isir il-proġett tal-Kottonera, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li tlestew u liema huma dawk li tlestew fiż-żmien miftiehem? Liema huma dawk il-proġetti li għadhom ma' bdewx u skond il-kuntratt suppost li bdew? Liema huma dawk il-proġetti li ser jitlestew din is-sena mill-istess kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir minn dak imsejjaħ bħal s-Cement Stores f'Xatt ir-Risq il-Birgu? Min qed jagħmel użu minnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Cement Stores f’Xatt ir-Risq il-Birgu jifformaw parti minn ċens temporanju ta’ 99 sena li oriġinarjament kien mogħti lill-‘Port Cottoner Ltd.’ Sussegwentetament, din il-kumpanija ittrasferit din il-proprjetà u l-perjodu rimanenti miż-żmien ta’ 99 sena, li jiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2098, lill-kumpanija ‘Gateway Developments Ltd’ permezz ta’ kuntratt datat 16 t’April 2003.
Peress li issa għaddew numru ta' snin li kien ippjanat li ssir Public Convenience fi Pjazza Santa Margerita, Bormla , kif ukoll għaddew xhur minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat l-istess proġett, jista' l-Prim Ministru responsabbli mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu (li kienet ser tiffinanzja l-proġett) jgħid jekk dan ix-xogħol hux ser ikun lest għas-sajf li ġej jew inkella ser jerġa' jasal sajf ieħor u din l-area tant frekwentata terġa' tibqa' mingħajr dan il-proġett ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-permess għal dan l-iżvilupp għadu ma nħariġx. Malli l-permess jinħareġ, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla jkun jista’ jagħmel l-arranġamenti finanzjarji meħtieġa mal-Awtorità Maltija tat-Turżmu li ser tkun qed tiffinanzja dan il-proġett. Wara tkun tista’ toħroġ is-Sejħa għall-Offerti biex jibda x-xogħol.
Peress li ftit tas-snin ilu, area abbandunata f'Bormla inbidlet fi Ġnien Cottoner, liema ġnien jagħti dehra mill-isbah lil dawn l-akwati, jista' l-Ministru jgħid meta ser nibdew nieħdu ħsiebu dan il-ġnien li sar mimli ħaxix kbir ħażin, u sar kwazi inaċċessibbli għan-nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkunsidrata li parti minn Triq il-Kampnar Bormla (li hi magħmula kważi minn żewġ toroq separati) tingħata isem għal ġieħ Ġulju Cauchi (1829-1904) Bormliż li kien figura ewlenija fil-fondar tal-qniepen f'Malta ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq ma rċieva l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta' Bormla għall-għoti ta' isem lit-triq il-ġdida fil-lokalità.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkunsidrata li xi triq fl-akwati tal-Każin tal-Banda ta' Bormla tingħata isem f'ġieħ Charles Clews?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq ma rċieva l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta' Bormla, għall-għoti ta' isem lit-triq il-ġdida fil-lokalità.