Legislature:
Category:
Reset
Active:

ilmenti fuq l-ikel fid-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-aħħar xhur kellux ilment minn residenti fi djar tal-anzjani dwar l-ikel? Jista' jgħid x'qed isir, u kull meta ssir xi spezzjoni sabiex jiġi żgurat li l-anzjani jingħataw ikel li ma joħloqx ilmenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Bormla, kulleġġ Santa Margerita — problema ta' għadajjar

Question

Peress li ilhom isiru rapporti kif ukoll diversi mistoqsijiet parlamentari, jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema ta' għadajjar kbar madwar il-kulleġġ Santa Margerita (G.Despott) Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex tittaffa l-problema in kwestjoni fil-ġranet li għaddew Transport Malta għamlet xogħol ta' manutenzjoni fuq il-culverts li hemm fit-triq imsemmija. Barra minnhekk Transport Malta għamlet ukoll numru ta' spezzjonijiet u qed tħejji pjanijiet għal aktar interventi fuq dawn il-culverts biex ikun żgurat li dawn iservu sew l-għan tagħhom.

Kulleġġ De La Salle — problema kbira ta' ilmijiet

Question

Peress li ilhom isiru rapporti kif ukoll diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-problema kbira ta' ilmijiet quddiem il-Kulleġġ De La Salle, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se ssir xi ħaġa sabiex din il-problema tiġi rranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li TM għamlet diversi spezzjonijiet fuq din it-triq partikulari. TM għamlet xogħol ta' manutenzjoni bħal tindif ta' manholes eżistenti peress li kienu mimlija weraq u ngħal u għalhekk seta kien hemm xi problema bl-ilmijiet fl-akwati. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħolijiet se jsiru perjodikament.

Bormla — Triq P.P. Caruana - xogħlijiet fuq triq

Question

Peress li fi Triq P.P. Caruana Bormla bidlu s-servizzi tal-ilma tar-residenti, u peress li ngħata t-tarmac ukoll, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li wara kull ħalba xita, din it-triq tibqa' b'ħafna għadajjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li x-xogħol in kwestjoni kien sar mill-Water Services Corporation l-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Cottonera — Triq quddiem De La Salle College - xogħlijiet

Question

Peress li t-triq ta' quddiem De La Salle College, Cottonera tkun mgħarrqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li saru diversi mistoqsijiet dwar din il-problema, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir issa li reġgħet ser tibda l-iskola u magħha jibda wkoll l-istaġun xitwi ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex tissolva din il-problema sar xogħol ta' tindif u manutenzjoni fuq il-culverts li hemm fit-triq in kwestjoni.

Karozzi mportati matul is-sena 2009

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi matul is-sena 2009? Jista' jgħid minn liema pajjiż ġew, liema minnhom kienu ġodda u liema kienu second hand? Jista' jgħid ukoll ta' liema ċilindraġġ u liema marka kienu dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pont bejn Sant Iermu u l-breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jinbena l-pont minn Sant Iermu għall-breakwater? Min huma l-persuni/awtorità responsabbli minn dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li it-tender għad-disinn u l-bini tal-pont minn Sant'Iermu għall-breakwater għalaq fis-26 ta' Jannar 2010, u bħalissa għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni. Id-Direttorat għat-Toroq u Infrastruttura fi Transport Malta huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.

Xogħlijiet fuq Sant Iermu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex Sant Iermu jsirlu x-xogħol tant neċessarju? Taħt min taqa' r-responsabilità ta' dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li rigward Sant'Iermu, l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp msemmija hawn taħt ġew sottomessi lill-MEPA flimkien ma’ Restoration Method Statement:- PA2581/09 Removal of non-historic accretions and emergency interventions PA3524/09 Consolidation, conservation and adaptive re-use of the fort PA3926/09 Consolidation, conservation and adaptive re-use of Caraffa Enceinte PA4340/09 Consolidation and conservation of Pinto Stores, Esplanade, Officers’ Quarters and Ditch Ir-responsabbilta’ ta’ dan ix-xogħol hija taħt The Grand Harbour Regeneration Corporation plc.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-formola GA27B ma tintużax.

fabbriki li temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15353 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Pixxina f'Għawdex

Question

Peress li jidher li hemm il-ħsieb li ssir pixxina fil-gżira t'Għawdex, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti (jekk lesti) ta' kif beħsiebu jsir ix-xogħol? Tista' tgħid meta taħseb li jista' jinbeda x-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pjanti għan-Natatorium jinsabu għall-approvazzjoni tal-MEPA. Hekk kif joħroġ il-permess tibda l-fażi tat-tendering u eventwalment jinbeda x-xogħol.

Persuni intitolati għall-karta r-roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma intitolati għall-karta r-roża? Min hu intitolat għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ karti roża ġodda li ħargu għal dawk intitolati għaliha matul is-sena 2009 kien ta’ 7,249 Biex persuna tkun intitolata għall-Karta r-Roża trid tissodisfa t-Test tal-Mezzi li jikkonsisti f’żewġ partijiet, Test tal-Kapital fejn il-Kapital ma jridx jeċċedi €16,310 għal koppja miżżewġa u €9,320 għal persuna waħedha. Hemm ukoll test tad-Dħul għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom, u ieħor għal-persuni li m’humiex jaħdmu bħal m’huma pensjonanti, persuni li jgħixu b’manteniment jew persuni li jgħixu minn xi renti. Għal-persuni li huma mpjegati jew jaħdmu għal rashom id-dħul fil-ġimgħa ma jridx jeċċedi € 133.66 għall-persuna waħedha wara li titnaqqas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali b’zieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra. Għal-persuni li mhumiex la mpjegati u l-anqas jaħdmu għal rashom, jikkwalifikaw għall-Karta r-Roża kemm-il darba ma jeċċedux id-dħul ta’ € 136.76 għal persuna waħedha b’żieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra, u ma jeċċedux € 162.38 għal koppja miżżewġa b’żieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra. Ta’ min isemmi wkoll li persuni li jbatu minn mard bħal tubercolosis , lebbra, poliomilitis jew diabete u persuni li qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali jew pensjoni mhux kontributorja jikkwalifikaw għall-Karta r-Roża mingħajr ma jsirilhom test tal-mezzi.

Persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità f'Jannar 2009? Kemm hu n-numru llum? Jista' jaqsamhom skond il-lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Prinċipali tal-kulleġġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-prinċipali tal-kulleġġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Prinċipali tal-Kulleġġi huma dawn: Kulleġġ Santa Margerita Is-Sur Stephen Cachia Kulleġġ San Benedittu Is-Snra. Marilyn Sciortino Kulleġġ San Ġorġ Preca Is-Sur Joseph Buttigieg Kulleġġ Sant’ Injazju Iis-Sur Horace Caruana Kulleġġ Santa Klara Is-Snra Maria Ciappara Kulleġġ Maria Reġina Is-Sur Mario Testa Kulleġġ San Nikola Is-Sur Anthony Sammut Kulleġġ Santa Tereża Iis-Sur Francis Fabri Kulleġġ San Tumas More Is-Snra Josephine Mifsud Kulleġġ Għawdex Il-Kav. Frank Gatt

Dar tal-Anzjani ta' Bormla — staff

Question

B'referenza għad-Dar tal-Anzjani ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid kif ikun magħmul l-istaff, skond il-grad, matul il-ġurnata u matul il-lejl?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba huma kif jidhru hawn taħt: Matul il-ġurnata: Head of Home – 1 Secretary - 1 Nurses - 2 Senior Carer - 1 Care Assistants – 11 Handymen – 2 Housekeeper – 1 Domestics – 6 Laundry Assistants – 3 Security/Receptionist – 1 Matul il-lejl: Care Assistants – 3 In-Nurses, Handymen, Housekeepers, u Laundry Assistants ma jaħdmux nhar ta’ Ħadd.

Monti tal-Kottonera — tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif ta' dak li jitħalla wara l-Monti fil-Kottonera kull nhar ta' Tlieta? Min iħallas ta' dan ix-xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Peress li t-tindif tat-toroq ma’ jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Dar tal-Anzjani ta' Bormla — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani fuq il-waiting list sabiex jidħlu fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid minn liema lokalità huma?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paule — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani fuq il-waiting list sabiex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz De Paule? Minn liema lokalità huma?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żgħażagħ taħt it-18-il sena li qegħdin jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' żgħażagħ taħt it-18-il sena li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti tar-reġistru? Tista' tgħid minn liema lokalità huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.