Uffiċċju tal-Prim Ministru — dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal safar
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba’ kopji ta’ dikjarazzjoni (GA27B) minn Dipartimenti f’dan id-dekasteru fejn joħroġ li l-ispiża fuq safar matul l-2009 qabżet is-somma ta’ €2,000.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14870 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li ssir xi sleeping policeman fi Triq Santa Tereża Bormla, fl-area ta' maġenb il-Knisja ta' Santa Tereża, peress li qed ikun hemm ħafna karozzi li jinżlu gas down f'din it-triq li suppost hi service road u allura qed nistennew xi disgrazzja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-26 ta’ Frar 2010, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla irċieva talba mingħand it-Transport Malta biex fi Triq Santa Tereża isir sleeping policeman. Din it-talba ser tiġi diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill li jmiss.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju ta' segretarju eżekuttiv tal-kunsilli lokali? X'kundizzjonijiet u fringe benefits oħra għandu jkollhom bħala parti mill-kuntratt? X'inhi l-kwalifika minima li għandu jkollha persuna għal dan il-post?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom bins fejn jista' jiġi separat l-iskart? Kemm hemm f'kull lokalità konċernata?
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jinforma lill-persuna ndikata minnu tikkomunika mal-Customer Care Service tal-Awtorita’ tad-Djar u titlob ‘status report’ tal-applikazzjoni tagħha.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet approvati ta' bus shelters u għadhom ma twaħħlux? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad hemm 45 bus shelters approvati u li se jitwaħħlu fix-xhur li ġejjin minħabba li qabel irid isir xogħol fuq il-bankini fejn ser jitwaħħlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn speed cameras? Fejn qegħdin? X'inhu l-speed għal kull waħda minnhom? Jista' jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet sabiex jitwaħħlu oħrajn? Jekk fl-affermattiv, fejn qegħdin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' speed cameras approvati minn Transport Malta huwa ta' ħdax għalkemm waħda minnhom bħalissa mhux imwaħħla. Barra minn hekk imbagħad hemm ħames applikazzjonijiet oħra pendenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li għandhom reserved parking for residents? Liema huma t-toroq li huma parti minn dawk ir-reserved for residents? Jista' jgħid jekk kellux talbiet għal residents parking li ġew rifjutati? X'inhi r-raġuni wara kull rifjut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill Lokali — xogħol li jingħata lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema u x'tip ta' xogħol jingħata lill-kuntratturi mill-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsill lokali jista’ joħroġ sejħa biex jingħata xogħol, oġġett jew servizz għal xi waħda mill-funzjonijiet elenkati fl-Artikolu 33 tal-Att dwar Kunsilli Lokali.
kunsilli lokali li investew b'mod finanzjarju fi proġetti ta' natura sportiva
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li investew b'mod finanzjarju fi proġetti ta' natura sportiva fil-lokalità tagħhom? Kemm kien l-investiment f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi dawk il-kunsilli lokali li wettqu proġetti ta’ bini ta’ xi faċilità sportiva matul l-2008 u l-2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lokal b'lokal kemm inħarġu tenders mill-kunsilli lokali matul is-sena 2009? Fiex kienet tikkonsisti, min kienu l-applikanti, lil min ġiet mogħtija u għal kemm ammont?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica, hijiex waħda minn dawk il-mediċini li jingħataw b'xejn? Jekk mhux il-każ, jista' jgħid jekk hemmx xi mediċini li taqdi l-bżonnijiet tal-istess Lyrica, li tinsab fil-lista ta' mediċina b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-mediċina Lyrica li fiha l-ingredjent attiv Pregabalin, ma tinsabx fuq il-formularju mediċinali tal-gvern, u
ma tingħatax mis-servizzi tas-saħħa tal-gvern. Il-Gabapentin tintuża għall-bżonnijiet simili u tinstab fil-lista ta’ mediċini b’xejn.
kwestjoni fuq persuna barranija li tixtieq taħdem Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'irid isir sabiex persuna ta' nazzjonalità barranija, b'tarbija Maltija, bla ebda sengħa partikolari, però b'permess ta' resident, tkun tista' taħdem legalment f'Malta? Peress li l-partner ta' din il-persuna għandha dħul mill-benefiċċji soċjali u peress li din il-persuna tixtieq u fil-fatt sabet taħdem, tista' l-Ministru tgħid għala l-permess qed jiġi miċħud?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq lil din il-persuna lejn il-Customer Care tal-ETC biex tingħata spjegazzjoni ċara għaċ-ċaħda tal-permess tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paule maqsuma skont is-sess? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-waiting list għad-dħul fl-istess residenza maqsuma ukoll skont is-sess?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ residenti fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule huwa 1063 - 315 irġiel u 748 nisa.
Il
-waiting list
għar-Residenza San Vinċenz de Paule hija 766 - 236 irġiel u 530 nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa cilindry gas ta' 12-il kilo u 15-il kilo:
a) fis-sena 2000,
b) fis-sena 2005,
ċ) fis-sena 2007,
d) preżentament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji lokal b'lokal? X'inhi l-politika tal-Gvern għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda u kif jiġu regolati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-lista ta’ numru ta’ spiżeriji li huma liċenzjati lokal b’lokal qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ftuħ ta’
spiżeriji ġodda huma suġġetti għal ħrug ta’ liċenzja skond il-kriterji stabbiliti fl-Avviż Legali 279 /2007 kif emendat bl-Avviż Legali 81/2008.