monument tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Peress li t-Tarzna issa għaddiet f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt li qed jaqdu dmirijiethom fit-Tarzna, jitpoġġa u jiġi nkorporat fl-area ta' Baċir Nru.1 f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Ministeru tiegħi la hu responsabbli għat-tarzna u lanqas għal monumenti għalkemm naqbel ħafna mas-suġġeriment tal-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tagħhom bħal ngħidu aħna onorarja u fringe benefits oħra jekk jeżistu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Fabbriki li temmew l-operazzjonijiet tagħhom f'Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15352.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli li taw offerti, tenders by direct order mill-2006 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli? Min kienu l-kuntratturi eċċ., li ħadu dawn il-kuntratti u x'kien l-ammont ta' kull kuntratt?
kunsilli lokali li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokal mill-2006 sal-lum li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff tagħhom imħallsa mill-fondi tal-kunsill? Liema huma dawn il-kunsilli? Fejn saru dawn l-attivitajiet u x'kienet l-ispiża ta' kull attività sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-kunsilli li taw tenders li ma kenitx l-inqas offerta mill-2006 sal-lum? X'inhuma r-raġunijiet għaliex ma tawx t-tender lill-orħos offerta, tender b'tender? X'kien it-total tal-ammont tat-tender li ngħata? X'kienet id-differenza bejn l-orħos offerta u dik mogħtija u min kien il-kuntrattur li ngħata t-tender?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 u jgħid min għandu raġun jekk hux il-gwardjan lokali li jħarrek sid ta' vettura li ma jkunx bogħod aktar minn ħames metri minn kantuniera jew liwja (fejn m'hemmx parking bays) jew inkella dawk il-kunsilli lokali li għandhom parking bays lanqas żewġ metri bogħod minn kantuniera jew liwja?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni ta' dan il-Parlament li d-domandi Parlamentari jsiru biex jintalbu jew biex jingħataw interpretazzjonijiet tal-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta fil-fatt iżżomm informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri jkunu marbuta fl-ibħra Maltin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli , waħda minnhom turi il-bandiera ta’ dawn il-vapuri għal matul Diċembru 2009 u l-oħra turi d-daqs tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14492.
Jista' l-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta matul is-sena 2009? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi tnejn u għoxrin fabbrika temmew l-operazzjoni tagħhom f’Malta matul is-sena 2009. Dawn kien ilhom joperaw f’Malta kif imniżżel fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-istess sena, in-numru ta’ investimenti li bdew l-operat tagħhom kien ta’ 21, filwaqt li dawk li espandew l-operat tagħhom kien ta’ 23.
Rigward l-aħħar mistoqsija, fejn qed jiġi mistoqsi n-numru ta’ nies li kienu jimpjegaw dawn il-fabbriki, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant illi jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru kkonċernat mill-ETC.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15489, fejn il-Ministru tani informazzjoni dwar żidiet fil-prezz ta' gass, jista' l-Ministru jgħid u jispjega fid-dettal kif l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi waslet għal dawn iż-żidiet u għal xiex huma attribwita dan meta l-LPG huwa regolat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-każijiet imsemmija, skont kif speċifikat fil-Liġi (Kap. 423 paragrafu 4. 1.i), bħal f’każijiet simili meta jintalab aġġustament fil-prezz, l-Awtorità dwar ir-Riżorsi ngħatat dokumenti finanzjari biex l-awtorità tiżgura li l-prezz ikun wieħed ġust.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ingħataw l-allokazzjonijiet għas-sena 2010 lill-kunsilli lokali (b'mod separat) u mqassma fuq:
a) tisbiħ u manutenzjoni ta' parks u ġonna;
b) manutenzjoni fuq toroq u infrastruttura;
ċ) immaniġjar tal-iskart;
d) amministrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-ammonti li kull Kunsill Lokali ngħata għas-sena finanzjarja 2010 għall:
a) tisbiħ u manutenzjoni ta’
parks
u ġonna;
b) manutenzjoni fuq toroq u infrastruttura;
c) immaniġjar tal-iskart; u
d) amministrazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li f'dar residenzjali jitwaħħal wind turbine? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jkun ikkunsidrat li dawn ikunu permessi li jeħlu fid-djar?
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy dwar persuni li jkunu ilhom jgħixu f'post tal-gvern għal numru ta' snin mal-inkwilin rikonoxxut, meta dan l-inkwilin imut? Kif jiġi deċiż jekk allura jkunx hemm rikonoxximent?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sabiex persuna tiġi rikonoxxuta f’post tal-Gvern trid tkun ilha tgħix mal-inkwilin tliet snin qabel il-mewt tal-inkwilin u trid tissoddisfa l-kriterji għall-allokazzjoni ta’ post bil-kera mill-Awtorità tad-Djar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm single parents li nqatgħalhom ir-relief matul l-2009 u matul l-ewwel xhur tas-sena? Kemm kien hemm minnhom li minħabba din id-deċiżjoni issa qed jieħdu l-anqas rata taċ-children's allowance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bejn il-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2009 u l-24 ta’ Marzu 2010 kien hemm 385 każ ‘ta’ relief’ ta’ Single Unmarried Parents li ġie mwaqqaf. Minn dawn il-każi kien hemm 221 li kellhom ir-rata tagħhom taċ-Childrens Allowance mniżżla għal € 4.81 fil-ġimgħa.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hawnx kunsilli lokali li għandhom Kumitat tal-Aggudikazzjoni indipendenti mill-kunsill biex jeżaminaw it-tenders u jagħtu r-rakkmandazzjoni tagħhom lill-kunsilli rispettivi? Min huma dawn il-kunsilli? Hemm kunsilli lokali li mill-2006 sal-lum, ġew ippreżentati lilhom mill-kunsilliera mozzjoni biex fi ħdan il-kunsill jitwaqqaf Kumitat ta' Aggudikazzjoni biex jeżamina t-tenders? Liema huma dawk il-kunsilli? Il-mozzjoni ġiet aċċettata? Liema huma dawk il-kunsilli li m'aċċettawx din il-mozzjoni u jekk kien hemm votazzjoni, liema huma l-kunsilliera li vvutaw favur il-mozzjoni u dawk li vvutaw kontra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-multi level car park li kellu jinbena fl-area ta' Santa Margerita, Bormla għadux fil-ħsieb tal-gvern? Jista' jgħid jekk qattx kien hemm il-ħsieb li dan il-proġett isir permezz tal-private public partnership?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, l-proġett tal-multi-level car park fl-area ta’ Santa Margerita f’Bormla għadu fil-ħsieb tal-Gvern u hemm ukoll il-ħsieb li dan il-proġett, meta jsir, isir permezz tal-Private Public Partnership.
investigati każi ta' benefiċċju lil single parents
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew investigati każi ta' benefiċċju lil single parents matul l-ewwel xahrejn tas-sena? Kemm minnhom twaqqfilhom il-benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-ewwel xahrejn tas-sena, id-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni), ikkonkluda l-investigazzjonijiet tiegħu fuq 101 każ ta’ single parents.
In-numru ta’ każijiet ta’ benefiċċju lil
single parents
li ġew mwaqqfa minħabba investigazzjoni matul l-ewwel xahrejn tas-sena huwa ta’ 19-il każ.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni fuq persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2009, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku, u mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2009? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal? Jista' jgħid x'kienet r-raġuni tal-kontravenzjoni u kemm nġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13855, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
1. Lista li turi iċ-ċitazzjonijiet kollha li saru separatament matul is-Sena 2009 mill- pulizija u uffiċjali mill-Awtorità tat-Trasport;
2. Lista li turi l-flus li nġabru separatament miċ-ċitazzjonijiet ta’ l-uffiċjali msemmija hawn fuq matul l-istess sena; u
3. Lista bl-aktar għaxar ċitazzjonijiet frekwenti li saru matul is-Sena 2009.