Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes irreġistrati ma' Transport Malta maqsumin skont id-daqs:
a) mhux akbar minn ħames metri;
b) bejn ħames metri u għaxar metri;
ċ) bejn għaxar metri u ħmistax-il metru; u
d) akbar minn ħmistax-il metru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'każ li anzjan indipendenti f'home privata jispiċċa f'sitwazzjoni fejn ma jistax ikompli jħallas l-ammont fix-xahar kollu sabiex jibqa' f'home privata? Kif jgħin il-gvern f'każijiet bħal dawn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li anzjan li jkun residenti f’xi waħda mill-homes privati, għandu dejjem id-dritt li japplika biex jidħol f’servizz residenzjali li jipprovdi l-Gvern. Wara li jiġi approvat li għandu bżonn kura fit-tul mill-Bord tal-Ammissjoni, it-talba titqiegħed f’waiting list sabiex l-anzjan ikun jista’ jibbenefika mis-servizz residenzjali li jipprovdi l-Gvern f’xi waħda mid-djar tal-anzjani tal-Gvern, f’sodod residenzjali fi djar privati bi sħubija mal-Gvern, jew fir-Residenza San Vincenz de Paule.
Tista' l-Ministru tgħid x'jiġri fil-każijiet fejn ikollok familji li tiskadilhom il-kirja privata tad-dar residenzjali tagħhom u allura jistgħu jispiċċaw bla saqaf? Kif se tilqa' l-Awtorità tad-Djar għal każijiet simili li se jibda jkollna minnhom, issa li daħlet fis-seħħ il-liġi ġdida tal-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-każ li persuna tiskadilha l-kera tista tidħol f’kirja oħra u l-Awtorità tad-Djar toffrilha sussidju fuq il-kera taħt skema R (sussidju fuq kera ta’ residenzi privati) kemm-il darba din tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Iskema.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa mill-Università għall-post ta' beagle? Meta se jkompli l-proċess tal-għażla u fiex jikkonsisti? Kemm minnhom se jkunu ingaġġati? X'kundizzjonijiet se jkunu offruti dawk magħżula?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-aħħar sejħa applikaw 147.
Il-proċess tal-għażla għadu ma bediex għax qed isiru preparamenti biex kull minn applika jiġi msejjaħ biex joqgħod għal eżami kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliża.
Numru ta’ persuni jiġu mqegħda f’ordni ta’ mertu għal postijiet li jiġu vakanti fi żmien sena mid-data tal-kunsill.
Il-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lil dawk magħżula huma skond il-Ftehim Kollettiv li sar bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u l-Università ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kexxun tal-Baċir Nru 1, hux miżmum f'post f'parti mit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata? Jekk hu l-każ, jista' jgħid jekk dan hux se jibqa' parti mill-Baċir Nru 1?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni matul is-sena 2009 u 2010? F'liema lokalità nqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra inqabdu 61 persuna li bejniethom tressqu quddiem il-Qorti 335 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, filwaqt li matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 55 persuna li b’kollox tressqu l-Qorti 131 darba. Infurmat ukoll li dawn inqabdu fil-lokalitajiet f”Ta’ Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jpejpu f'postijiet ipprojbiti matul is-sena 2009, u din is-sena, xahar b'xahar? F'liema lokalità inqabdu? X'kien l-ammont ta' flus li inġabru fuq dan il-ksur ta' liġi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li nqabdu jpejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit matul l-2009 u l-ewwel tliet xhur tal-2010 f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex kien ta' 3,212 kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-
Jan
Frar
Mar
Apr
Mej
Gun
Lul
Aw
Set
Ott
Nov
Dic
2009
321
325
361
215
239
161
123
127
232
154
110
196
2010*
230
198
220
-
-
-
-
-
-
-
-
-
*
sal-31.03.10
Peress li kawżi bħal dawn isiru mit-Tribunal Lokali, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-aħħar mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Bieb Verdala u Kulleġġ Santa Margerita Bormla — pedestrian crossing
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing bejn il-Bieb ta' Verdala u l-iskola Kulleġġ Santa Margerita Bormla, u dan peress li qed ikun hemm periklu għall-istudenti li jiġu minn din in-naħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir il-bini tal-public convenience fi Ġnien Carmelo Mifsud Bonniċi (area ta' Pjazza Santa Margerita) Bormla, u dan peress li issa ilha li kienet imwiegħda u li l-permessi kollha ġew approvati?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li daħlu fit-Tarzna matul is-sena 2009 u 2010 sal-għeluq tagħha? Kemm dam kull vapur u f'liema baċir/moll kien marbut kull vapur waqt l-istess xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bozoz energy savers mill-gvern? X'kienet l-ispiża għal dawn il-bozoz?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, permezz tal-Iskema biex Tinkoraġixxi l-Użu Domestiku ta' Compact Fluorescent Lamps (CFL's) qassam ftit anqas minn miljun bozza energy saving bi spiża ta' madwar €4 miljuni.
familji li ma bbenefikawx mill-bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx familji li ma bbenefikawx mill-bozoz energy savers li tqassmu mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-ammont u x'inhuma r-raġunijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skont in-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 200 tal-2009, kull dar li kienet reġistrata bħala abitazzjoni domestika f'Malta u Għawdex, skont l-Ewwel Skeda li tinsab mar-Regolamenti dwar il-Provista tal-Elettriku (GN223 tal-1940) inħarġilha voucher għal bozoz energy saving. Il-ħruġ tal-vouchers sar skont in-numru ta' persuni reġistrati f'dik l-abitazzjoni nhar it-30 ta' April 2009.
Il-Gvern għażel li jaddotta din il-lista ta' reġistrazzjoni bħala il-mod kif ikunu identifikati l-benefiċarji ta' l-iskema għax huwa l-uniku kriterju li b'mod oġġettiv, trasparenti u ekwu jidentifika l-utenti kollha. Minn informazzjoni li għandi ma kien hemm l-ebda utent residenzjali reġistrat li ma nbaghtlux il-voucher.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex u jgħid fejn qegħdin? Jista' jgħid kemm infetħu pompi ġodda mis-sena 2000 sal-lum u fejn jinsabu?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-MRA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jinsabu fuq il-waiting list sabiex jidħlu fil-home ta' Bormla u f'San Vincenz de Paule separatament? Jista' jgħid ukoll kemm ilha l-aktar applikazzjoni antika u li għadha pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Network Infrastructure Directorate — salarji u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmlu in-Network Infrastructure Directorate? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra li għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dak li qabel kien in-Network Infrastructure Directorate illum huwa d-Direttorat għat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta. Dan id-direttorat huwa magħmul minn 91 impjegat. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika għall-liema karigi partikolari qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' danni lill-kunsilli lokali minn persuni li ġratilhom ħsara fil-karozza tagħhom matul is-snin 2003 - 2010? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li ġew mitluba jħallsu d-danni? Kemm kien l-ammont tal-ħlasijiet, sena b'sena kunsill b'kunsill? Kemm mit-talbiet ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati sena b'sena kunsill b'kunsill? X'kienu r-raġunijiet wara kull rifjut?
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-safriet kollha li saru mis-sindku u/jew kunsillieri lokal b'lokal bejn is-sena 2003 - 2010, fuq xogħol marbut mal-kunsill? Kemm damu f'kull każ u x'kienet ir-raġuni wara kull safra?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, lokal b'lokal, fejn jinsab l-uffiċċju amministrattiv ta' kull kunsill lokali? Jista' jgħid għal kull każ, x'inhi l-kirja u jekk hemmx xi ftehim fuq it-termini tal-kirja lokal b'lokal? Mingħand min hu mikri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-indirizzi tal-Kunsilli Lokali kollha. L-informazzjoni dwar il-kiri qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
pjanti approvati għall-proġett bejn Xatt ir-Risq u Dock One
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti approvati għall-proġett bejn Xatt ir-Risq u Dock One, kif ukoll għall-area ta' madwar Dock One?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat Ii l-pjanti tal-proġett in kwistjoni għad ma ġewx approvati mill-MEPA.