Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16715 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tarzna — post alternattiv għal monument

Question

Peress li t-Tarzna issa se tgħaddi f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt qadi ta' dmirijiethom fit-Tarzna li jinsab fid-daħla tat-Tarzna Għajn Dwieli, jitpoġġa u jiġi inkorporat fl-area ta' Dock 1 f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16631.

Servizzi u prodotti mill-pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16486 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' servizzi u xi prodotti jistgħu jinbiegħu mill-pompi tal-petrol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-pompi tal-petrol huma liċenzjati mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi biex ibiegħu dawn il-fuels: ● Petrol skont l-i standard MSA EN 228 ● Lead Replacement Petrol (LRP) skont l-i standard MSA EN 228 ● B 100 - li hu 100 fil-mija bio-diesel ● Diesel skont l-i standard MSA EN 590 Hemm numru limitat ta' pompi tal- petrol li huma ukoll awtorizzati biex ibiegħu l-pitrolju. Din l-awtorizzazzjoni kienet inħarġet mill-Enemalta li qabel kienet hi r-regolatur tas-settur. Permezz tal-Avviż Legali 249 tal-2008 il-pompi tal- petrol se jkunu jistgħu jbiegħu l-Gass Petroleum Likwefatt. Dan se jkun jista' jsir meta jidħlu fis-seħħ regolamenti dwar l-installazzjoni u l-użu tal-autogas. Dan ma jeskludix li xi pompi tal- petrol inħarġu liċenzji minn awtorità jew awtoritajiet oħra kompetenti biex ibiegħu prodotti jew servizzi li ma jaqgħux taht il-liċenzja maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.
Leg 11 PQ #16706 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Pelican lights ħdejn l-għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilita li jsiru pelican lights bejn l-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla u fejn issa hemm il-fergħa tal-BOV u dan peress li ta' spiss qed ikun hemm inċidenti tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA li, fost affarijiet oħra, tinkludi l-pjan li fl-area li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tinħoloq pedestrian priority zone u jsiru ukoll miżuri ta’ traffic calming flimkien ma’ xogħol ta’ pavimentar. Jien infurmat li f’dan l-istadju mhux għaqli li jsir xi xogħol ta’ pelican lights għaliex, jekk il-MEPA tagħti l-permessi meħtieġa għall-proġett imsemmi, ma jkunx hemm ħtieġa li jsiru pelican lights.

Proġett ta' Xatt ir-Risq

Question

Issa li l-proġett ta' Xatt ir-Risq wasal biex jibda, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u xogħlijiet li se jsiru f'dawn in-naħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Prim Ministru għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15334.
Leg 11 PQ #16617 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni mressqin fuq abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati b'abbużi sesswali fuq minoreni matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid ukoll kemm huma l-każijiet deċiżi mill-qorti tagħna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 281 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi b'reat ta' korruzzjoni ta' minorenni li minnhom kien hemm 140 persuna li nstabu ħatja.

Qtugħ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' qtugħ tal-elettriku matul din is sena? Jista' jagħti d-dati? Kemm dam in-nuqqas ta' dawl għal kull każ? Liema kienu l-lokalitajiet milquta f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena kien hemm 206 każijiet ta’ qtugħ ta’ elettriku minħabba xogholijiet, switching u ħsarat. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Films Commission — remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Malta Film Commission? X'inhu r-remunerazzjoni (jekk hu l-każ) u benefiċċji oħra li għandhom? Minn fejn qed joperaw? X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-kirja tal-uffiċini l-ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

rikonoxximent ta' post

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħaġa li tista' żżomm milli jsir rikonoxximent bħala inkwilini ta' koppja miżżewġa li għal aktar minn 20 sena għexu mal-ġenituri li huma s-sidien rikonoxxuti u li issa mietu? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx mod kif jista' jsir rikonoxximent bil-kunsens tal-istess anzjani anke jekk dawn għadhom ħajjin, għall-istess każijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita' tad-Djar tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji meta jkollha talbiet minn persuni li jgħixu ma’ inkwilini sabiex jiġu rikonoxxuti minflok l-inkwilini meta dawn jiġu nieqsa. Jekk l-Awtorità tad-Djar jkollha l-provi suffiċjenti li dawn ikunu għexu għal numru ta’ snin qabel il-mewt tal-inkwilini allura l-Awtorità tad-Djar taċċetta tali talbiet. Fil-preżent l-awtorità tħaddan policy li sakemm l-inkwilini jkunu għadhom ħajjin it-talba għar-rikonoxximent bil-kunsens tal-inkwilini ġeneralment ma tiġix milqugħa però kull każ jiġi mistħarreġ individwalment.
Leg 11 PQ #16631 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tarzna — post alternattiv għal monument

Question

Peress li t-Tarzna issa se tgħaddi f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Prim Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt qadi ta' dmirijiethom fit-Tarzna li jinsab fid-daħla tat-Tarzna Għajn Dwieli, jitpoġġa u jiġi inkorporat fl-area ta' Dock 1 f'Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern diġà kellu diskussjonijiet interni dwar dan is-suġġett.
Leg 11 PQ #15334 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — xogħlijiet ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' tisbiħ li se jsiru f'Xatt ir-Risq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u dokumenti approvati għall-iżvilupp imsemmi.
Leg 11 PQ #15512 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — informazzjoni dwar allokazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji, lokal b'lokal, lill-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2010. Dwar is-snin preċedenti u ċioé is-snin 2006/2007 sal-2009/10, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Paralamentari numru 7608. Ta’ min issemmi li għas-sena finanzjarja 2009/10, b’konsegwenza tal-bidla fis-sena finanzjarja tal-Kunsilli Loakli li issa ġiet sena kalendarja, il-Kunsilli irċevew 75% tal-allokazzjoni ivvutata.
Leg 11 PQ #15513 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsill lokali — threshold bħala direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol u kemm hu t-threshold (fl-ammont) li kunsill lokali jista' jagħti bħala direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Ordnijiet, kuntratti, kull ftehim jew oġġetti li ma jkunux jeċċedu elf, mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (€ 1,164.69) jistgħu jinxtraw permezz ta’ direct order mill-Kunsill kemm il-darba ma jinxtrawx oġġetti ta’ l-istess xorta f’perjodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi.

Akkomodazzjoni alternattivi — applikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet, lokal b'lokal għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-lokalitajiet li jiffurmaw it-tieni u t-tielet distrett elettorali? Kemm tqassmu postijiet fl-istess lokalitajiet matul is-sena 2009 u 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-: a) katarretti; b) knee replacement; ċ) hip replacement; d) cruscade; matul is-sena 2009/2010 xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ episodji ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei għall-operazzjonijiet msemmija huma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Source: Surgical Operations Register, MDH Cataract Extraction (ICD-9 CM PCS Codes: 13.41&13.59) Total Knee Replacement* (ICD-9 CM PCS Code: 81.54) Total Knee Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code: 81.55) Total Hip Replacement (ICD-9 CM PCS Code: 81.51) Total Hip Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code:81.53) Cruciate Ligament Repair (ICD-9 CM PCS Code: 81.45) 2009 Jan 113 22 0 9 2 3 Feb 105 26 0 7 0 3 Mar 132 20 2 9 0 5 Apr 145 24 1 8 0 4 May 189 23 1 5 1 4 Jun 130 26 0 6 0 9 Jul 131 20 1 12 1 3 Aug 142 32 1 12 0 5 Sep 147 22 1 10 0 6 Oct 171 30 1 10 0 4 Nov 186 13 3 7 1 3 Dec 130 16 1 6 0 3 Total 2009 1721 274 12 101 5 52 *Includes also bilateral procedures Source: Surgical Operations Register, MDH Cataract Extraction (ICD-9 CM PCS Codes: 13.41&13.59) Total Knee Replacement* (ICD-9 CM PCS Code: 81.54) Total Knee Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code: 81.55) Total Hip Replacement (ICD-9 CM PCS Code: 81.51) Total Hip Replacement Revision (ICD-9 CM PCS Code:81.53) Cruciate Ligament Repair (ICD-9 CM PCS Code: 81.45) 2010 Jan 155 24 1 8 2 3 Feb 157 19 1 11 1 4 Mar 171 27 1 5 1 2 Total 483 70 3 24 4 9 * Includes also bilateral procedures Huwa mistenni li n-numru ta’ operazzjonijiet tal-katarretti ser jiżdied peress li infetaħ it-tieni tejatru tal-Oftalmoloġija.