Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Head office

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16732 Sitting 223 2010-05-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Head office

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — head office

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16722 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kumpanija tal-awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15955.
Leg 11 PQ #16723 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kumpaniji tal-awdituri

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16484 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex u jgħid fejn qegħdin? Jista' jgħid kemm infetħu pompi ġodda mis-sena 2000 sal-lum u fejn jinsabu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel mistoqsija. Dwar it-tieni mistoqsija jien infurmat li mis-sena 2000 ‘il hawn ma nħarġet l-ebda liċenzja ġdida però kienu rilokati erba' pompi.
Leg 11 PQ #16725 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Head office

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Head office

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Head office

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol topera minn 17, Triq Edgar Ferro Pietà. Il-post inxtara għas-somma ta’ €815,280 mingħand il-Maria Bugeja Cancer Foundation, li minn naħa tagħha ntrabtet li tagħti lura lill-Gvern is-somma ta’ €349,406 f’għoti ta’ apparat għall-kura tal-kanċer jew biex ikunu jistgħu isiru proġetti relatati mill-Gvern. Ta' min isemmi li sar użu minn fondi tal-Unjoni Ewropeja għall-irranġar u mmodernizzar ta’ dawn l-uffiċċji, waqt li jitħallas ċens ta’ €27.95 fis-sena.

Bormla/Birgu — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilità li jsiru pelican lights bejn Bormla u l-Birgu ħdejn il-Cafe Riche ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin Transport Malta ser toħroġ sejħa għall-offerti sabiex isir dan ix-xogħol.

Ministeru tal-Affarijiet barranin — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.

Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji tal-Awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, huwa Dr. Anthony J. Cassar. L-Awditur ġie mqabbad f’Settembru 2003 permezz ta’ arrangament li kien sar mal-Ministeru tal-Politika Soċjali, li dak iż-żmien kien il-Ministeru responsabbli għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol fejn jitħallas mill-awtorità s-somma ta’ €1,097.40 fis-sena.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — Kumpaniji tal-awdituri

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-WasteServ għanda s-servizz kemm ta' Internal Auditor kif ukoll ta' External Auditors. External Auditor huma BDO Consult Ltd. Din il-kumpanija ġiet identifikata permezz ta' expression of interest maħruġa fl-20 ta' Ġunju 2008. Ir-rata ta' ħlas hija ta € 6,350 fis-sena. L-Internal Auditor huwa Grant Thornton li ntgħażlu nhar it-12 ta Lulju 2007 permezz ta' sejħa għal offerti minn diversi kumpaniji . Il-pakkett jinkludi ħlas ta' € 51 fis-siegħa. Fil-każ tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, l-Awdituri huma Grant Thornton. Dawn ġew magħżula f' Marzu 2009 wara sejħa għal tender maħrug fuq il-gazzetta tal-Gvern u avvizi fuq il-gazzetti lokali. Il-pakkett finanzjarju mifthiem huwa ta' € 3850 (incl VAT) kull sena b'żieda ta madwar 7% kull sena sussegwenti. Isir ukoll ħlas addizzjonali ta' €2 għal kull kopja ta' rapport li jkun legat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 16263 rigward l-ewwel mistoqsija tiegħu. Fir-rigward tat-tieni mistoqsija, nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 15954 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokument li juri l-informazzjoni mitluba għar-rigward tad-Diretturi
Leg 11 PQ #16712 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15955.
Leg 11 PQ #16713 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma ċ-chairpersons, diretturi u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.