Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba) il-Birgu? Meta jaħseb li r-residenti jkunu jistgħu jużaw din iż-żona għall-għawm mingħajr perikli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar mhux qed jagħmel xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba), il-Birgu, għajr għal xogħlijiet fuq il-klabb tar-Regatta tal-Birgu. Tali xogħlijiet ma jtellfux lir-residenti milli jużaw din iż-żona għall-għawm.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara? Meta jaħseb li se jiġu fi tmiemhom dawn ix-xogħlijiet ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara mhux qed isiru mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li qed tittieħed nota dwar dan, ninforma lill-Onor. Interpellant li, permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, titħares il-manutenzjoni tal-landscaping u s-sistema tat-tisqija fiż-żona indikata b’mod regolari. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat id-Dipartiment ukoll installa tliet bankijiet ġodda li ma kinux jeżistu, waqt li biddel ieħor antik ma’ wieħed ġdid. Għalkemm fil-preżent id-Dipartiment m’għandux talbiet oħrajn pendenti biex fl-akkwati tiġi installata iżjed għamara tat-triq, attwalment għaddej proġett massiċċ minn Infrastructure Malta mad-dawra tal-Kottonera li jestendi sa taħt l-Esplora fil-Kalkara. Għal dan ir-rigward, nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat, nirreferih ukoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 675 dwar xogħlijiet li qegħdin isiru mal-kosta tal-Kottonera, li mhux biss se jagħtu aċċess bla interruzzjonijiet liż-żona mill-Kalkara sal-Isla, iżda wkoll tisbiħ u għamara tat-triq, kif qed jiġi ssuġġerit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 675.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet u tagħmel prominad ġdid fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu. Għal dan ir-rigward, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 675.
It-triq indikata, li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħalaparti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsimeħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Bormla – Triq San Franġisk u triq fil-madwar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq ewlenija fejn il-Kottonera u l-madwar u ċjoè Triq San Franġisk f’Bormla tingħata wiċċ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni meta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1025.
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna nies?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tat-Turiżmu. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn li jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tat-Turiżmu. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireġ ippuntati
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Bormla – Knights Boulevard – tneħħija ta’ vireg ippuntati
Question
Jista’ l-Ministru jara li jitneħħew il-vireg ippuntati li hemm fl-art quddiem in-Knights Boulevard f’Bormla, li qed ikunu ta’ periklu għal dawk il-ħafna persuni li jimxu f’din iż-żona?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-installazzjoni ta’ lift fil-blokka f’Bormla lid-dettalji dwarha qed jingħataw separament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għaddejja bil-preparazzjonijiet tagħha sabiex jitlesta l-BOQ tal-bini tax-shaft għal dan il-lift sabiex jiġi inkluż mal-offerta li jmiss li hija ppjanata li tinħareġ fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jaħseb li x-xogħol tal-mini ta’ Għajn Dwieli se jitlesta? Jista’ jgħid jekk ix-xelters (daħliet) li hemm f’din iż-żona, li fil-passat servew bħala latrini pubbliċi, hux se jintużaw għal xi ħaġa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Infrastructure Malta qed tinvesti €2.2 miljun biex tirrestawra l-Mina ta’ Għajn Dwieli li nbniet 120 sena ilu, waħda mid-daħliet ewlenin għall-ibliet ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu. Din il-mina testendi 110 metri taħt il-Bastjun ta’ San Pawl, biex tgħaqqad Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid ma’ Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla. Ir-Royal Navy bniet il-mina u t-toroq li jwasslu għaliha fl-1900 meta mmodifikaw is-swar tal-Cottonera Lines f’din iz-zona biex jakkomodaw zewġ baċiri ġodda (Baċir Numru 4 u Baċir Numru 5) għat-tarzna navali fil-viċin.
L-aġenzija qed tirrestawra l-istruttura tal-Mina ta’ Għajn Dwieli, iz-zewġ daħliet tagħha, kif ukoll ix-xaft ta’ ventilazzjoni kbir li hemm f’nofsha. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu t-tindif tal-ħitan u s-saqaf tal-mina min-nugrufun li kien ilu jinġemgħa għexieren ta’ snin u t-tikħil tal-ġebel tal-franka b’materjali li jippermettu lill-ġebla tieħu n-nifs filwaqt li jnaqqsu l-influss tal-ilma li jnixxi b’mod naturali minn ġol-blat li hemm fuq l-istess mina. Qed tiġi mtejba anke s-sistema tal-ispralli u katusi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita.
Ix-xogħlijiet jinkludu ukoll l-installazzjoni ta’ sistema adekwata ta’ dwal bħal dawk li Infrastructure Malta għamlet fl-erba’ strutturi tal-mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq arterjali f’pajjizna, f’Ta’ Giorni, Tal-Qroqq, Santa Venera u Ħal Kirkop. Fil-Mina ta’ Għajn Dwieli se tintroduċi ukoll sistemi ta’ sigurezza u għal kontra n-nirien, bħalma huma fire hydrants, dawl li jimmarka d-direzzjoni tal-ħruġ waqt evakwazzjon kif ukoll tagħmir minn fejn iċċempel għall-għajnuna f’ka¿ t’emerġenza. Il-mina se jkollha wkoll cameras ta’ sorveljanza ġodda għall-immaniġġjar tat-traffiku u tabelli tat-traffiku elettroniċi.
Infrastructure Malta kkonsultat lis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, biex tizgura li l-karatteristiċi storiċi tal-mina u l-istrutturi tas-swar madwarha jiġu mħarsa kif jixraq. Filwaqt li b’konsultazzjoni mal-istess Sovrintendenza uħud mid-daħliet ma ġewx inkluzi f’dan il-proġett, in-niċċa fil-blat li hemm ġewwa l-mina u li r-residenti ta’ Bormla kienu juzawha għall-quddies matul it-Tieni Gwerra Dinjija ser titnaddaf u tiġi priservata. Fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jitlestew ix-xogħlijiet taħt l-art u l-bankini fil-mina u fit-toroq li jagħtu għaliha sabiex il-kisi bl-asfalt ikun lest sal-aħħar ta’ Lulju, biex imbagħad jibdew ix-xogħlijiet finali fosthom id-dwal u installazzjoni ta’ sistemi oħrajn. Il-proġett huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rekords tax-xelters li kienu jintużaw fil-gwerra u llum jinsabu magħluqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għandha l-pjanti tax-xelters pubbliċi tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ Malta.
Riċentament sar eżerċizzju fejn dawn ġew immarkati fuq is-sistema tal-GIS (s’issa għadha interna). Ħafna minn dawn ix-xelters jinsabu f’toroq, b’hekk huma magħluqa. L-unika xelters li kienu mogħtija taħt Att ta’ Kurazija, u b’hekk huma operati bħala mużew, huma dawk ta’ Couvre Porte fil-Birgu.
Iżda hemm numru ta’ xelters oħrajn, speċjalment fil-pjazzez ta’ bliet u rħula, li jinfetħu okkażjonalment, waqt festi jew ġranet speċjali, mill-kunsilli lokali jew għaqdiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx programmat li Triq Wiġi Rosato f’Bormla tinqala' u ssir mill-ġdid b’wiċċ ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Bormla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus u Triq ir-Regatta.
Bħalissa qed issir Triq Santa Margerita u diġà hemm ippjanat biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq San Franġisk u Triq Wiġi Rosato.
Bormla – Triq l-Inkurunazzjoni – restawr ta’ knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm pjan li tiġi restawrata u miftuħa għat-turisti knisja mill-eqdem li hemm taħt l-art fi Triq il-Inkurunazzjoni f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kappella tan-Natività li hemm taħt l-art fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Bormla hija waħda mill-proġetti fil-pjan tax-xogħolijiet tal-Uffiċju tal-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni fi ħdan id-Direttorat tar-Restawr.