Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16604, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-kexxun tal-Baċir Nru 1, hux miżmum f'post f'parti mit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata? Jekk hu l-każ, jista' jgħid jekk dan hux se jibqa' parti mill-Baċir Nru 1?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kexxun tal-Bacir Numru 1 m’huwiex miżmum f’ post fit-Tarzna li issa se tiġi privatizzata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienu l-vapuri li daħlu fit-Tarzna matul is-sena 2009 u 2010 sal-għeluq tagħha? Kemm dam kull vapur u f'liema baċir/moll kien marbut kull vapur waqt l-istess xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bieb Verdala u Kulleġġ Santa Margerita Bormla — Pedestrian Crossing
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16607 u jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing bejn il-Bieb ta' Verdala u l-iskola Kulleġġ Santa Margerita Bormla, u dan peress li qed ikun hemm periklu għall-istudenti li jiġu minn din in-naħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta
Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Peress li l-Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jidher li ilu ma jiltaqa', jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan spiċċalux it-terminu? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid meta se jinħatar il-bord il-ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord ta’ tmexxija tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol reġa’ ġie maħtur fid-19 ta’ April 2010 għall-perjodu ta’ sentejn, jiġifieri sat-18 ta’ April 2012.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman u d-diretturi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni fuq il-Bord ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-tabella ta’ hawn taħt:
Isem
Data tal-ewwel ħatra
Remunerazzjoni u benefiċċji
Chairman
Is-Sur Austin Walker
16/06/2008
€93,689.70 fis-sena, użu ta’ karozza, ħlas ta’ telefonija fissa u ċellulari, servizz ta’ internet, ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, ħlas ta’ miżati f’żewġ għaqdiet professjonali, ħlas ta’ assigurazzjoni medika privata inklużi l-mara u dipendenti oħra, u pagament għall-attendenza f’kumitati ta’ €27.95 kull laqgħa
Membri
Is-Sur Michael Ellul
1/11/2004
€3,494 fis-sena flimkien ma’ pagament ta’ €27.95 kull laqgħa għall-attendenza f’kumitati
Is-Sur Joe Tabone Jiacono
1/11/2004
€3,494 fis-sena flimkien ma’ pagament ta’ €27.95 kull laqgħa għall-attendenza f’kumitati
Is-Sinj Elena Borg Costanzi
8/01/2008
€3,494 fis-sena
Is-Sur Charles Bonnici
21/12/2007
€2,620.54 fis-sena
Is-Sur Anthony Zammit
11/09/2007
€2,620.54 fis-sena
Is-Sur Joe Vella
1/12/2008
€3,494 fis-sena
Ing Joe Farrugia
30/01/2008
€3,494 fis-sena flimkien ma’ pagament ta’ €27.95 kull laqgħa għall-attendenza f’kumitati
Is-Sur Roderick Galdes
7/07/2008
€3,494 fis-sena
Perit Joseph Falzon
30/09/2008
€3,494 fis-sena
Tista' l-Ministru tgħid meta ttieħdet l-ewwel darba d-deċiżjoni li tagħlaq l-iskola Umberto Colosso? Kif kien it-time frame tal-phasing out sena b'sena sal-għeluq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-2005 meta bdew jinbnew l-iskejjel ġodda tal-Kulleġġi, beda jsir eżerċizzju intern dwar il-binjiet eżistenti li għandhom jinżammu u oħrajn li għandhom jingħalqu. Mis-sena 2009 ma daħlux studenti ġodda f’din l-iskola.
Peress li din is-sena se tinfetaħ l-iskola Ta’ Żokkrija, Mosta d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ra l-possibilità li jsir ċaqlieq minimu ta’ studenti sabiex kull student ikun qed jirċievi l-edukazzjoni tiegħu f’binja addattata għat-tagħlim. F’April ta’ din is-sena ġie konkluż l-eżerċizzju tal-għeluq ta’ din l-iskola b’mod permanenti minn Settembru li ġej.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti sena b'sena fl-iskola Umberto Colosso?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskola Ex Umberto Calosso inbidel isimha xi snin ilu, u għalhekk l-Onor. Interpellant probabbli qed jirreferi għall-Iskola Sekondarja Subien Kulleġġ Sta. Tereża. In-numru ta’ studenti sena b’sena f’din l-iskola huwa kif jidher hawn taħt.
Sena
Nru. ta’ Studenti
Form 2
63
Form 3
88
Form 4
94
Form 5
92
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus, sena b'sena bejn l-2007 u llum, fl-iskola Umberto Colosso f'dak li għandu x'jaqsam ma' titjib kemm fil-bini kif ukoll f'dak kollu marbut mat-tagħlim (bħal whiteboards, desks eċċ.)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-nefqa tal-flus li ngħataw mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, sena b’sena bejn l-2007 u llum, fl-iskola Umberto Colosso f’dak li għandu x’jaqsam titjib kemm fil-bini kif ukoll f’dak kollu marbut mat-tagħlim, tinsab fit-tabella hawn taħt:
Sena
Nefqa f’Risorsi (€)
Nefqa f’Bini u Manutenzjoni (€)
2007
10,751.38
7,271.16
2008
3,535.97
11,374.13
2009
6,606.58
6,736.48
2010
288.50
772.10
TOTAL
€ 21,185.43
€ 26,153.87
Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards — Bord tad-Diretturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Istandards? X'inhuma l-benefiċċji li jgawdu kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-iStandards.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-Bord tal-Public Service Commission? X'inhuma l-benefiċċji li jgawdu kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija komposta minn:
Chairperson
: Is-Sur Alfred Fiorini Lowell
Deputat
Chairperson
: Dott Jeanette Laferla
Membri: Is-Sinj Yvonne Micallef Stafrace
Is-Sinj Mary Vella
Is-Sur Tonio Farrugia
Il-benefiċċji li jgawdu minnhom huma kif imsemmija hawn taħt:
- Iċ-
Chairperson
għandu onorarja ta’ €19,708.83 fis-sena, is-servizz ta’ karozza, u spejjeż tat-telefon fiss u ċellulari imħallsin mill-Gvern.
- Id-Deputat
Chairperson
għandha onorarja ta’ €14,782.20 fis-sena.
Il-Membri għandhom onorarja ta’ €10,512.46 fis-sena, kull wieħed.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta? X'inhuma l-benefiċċji li jgawdu kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar il-Bord tad-Diretturi ta’ Patrimonju Malta.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Tajjeb li jingħad li mill-ammont imħallas kien hemm € 2,025 li kienu refunded minn barra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — safar Uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15955.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda awtorità u korporazzjoni li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — safar uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu prodotti f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-prodottu? Liema lokalitajiet ibbenefikaw minnhom? Min hu intitolat għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-responsabbilta’ tat-tmexxija ta’ dan il-proċess ta’ tqassim ta’ prodotti f’Għajnuna mill-Unjoni Ewropeja taqa’ f’idejn il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Biex jiġu identifikati l-persuni eliġibbli għal din l-għajnuna l-istess Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jikkolabora mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jiddentifika dawk il-persuni li jkunu qed jirċievu xi forma ta’ assistenza soċjali, Pensjoni Mhux Kontributorja tal-Età, jew Pensjoni Mhux kontributorja għal Diżabilità.
Formoli għal dan il-għan jimtlew mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali normalment darba kull sitt xhur.
Dwar il-mistoqsijiet l-oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmilhom lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Bormla — Triq San Ġwann Bormla - xogħlijiet fuq ġnien
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-appartamenti fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla ilhom li ġew abitati, meta se jsir ix-xogħol fuq il-ġnien quddiem il-Cospicua Rangers, li ilu fi stat disastruż għal ħafna snin? Jista' għalanqas jingħata time frame meta se jsir dan ix-xogħol għax ilu jingħata dati?
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li jaqgħu taħtha? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — safar uffiċjali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt id-dekasteru tiegħi m'għandniex korporazzjonijiet u awtoritajiet.