Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #18048 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentru tal-Kreattività San Ġakbu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) taċ-Ċentru tal-Kreattività San Ġakbu? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #18049 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttortat tal-Infurzar (MTA)

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tad-Direttorat tal-Infurzar (Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta)? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Direttorat tal-Infurzar tal-MTA hu magħmul minn Chairman u żewġ membri. Id-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kif jidhru hawn taħt: Chairman: Albert Muscat Inglott Onorarja ta’ €2,329 fis-sena Membri: Dr. Deborah Farrugia u Olvyn Galea Onorarja ta’ €650.00 fis-sena kull wieħed u €46.00 għal kull laqgħa li jattendu. Il-Bord ġie appuntat fl-1 ta’ Ġunju 2009. Il-karigi ta’ CEO u diretturi ma jeżistux f’dan id-Direttorat.
Leg 11 PQ #18050 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni Patrimonju Malti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru hija s-segwenti: Isem Data tal-ewwel ħatra Chairman Is-Sur Maurice Degiorgio 1991 Chief Executive Officer Is-Sur Michael Lowell 2000 Membri Is-Sur John Manduca 1991 Dott Giovanni Bonello 1991 Il-Markiż Nicholas de Piro 1991 Is-Sur John Lowell 1991 Is-Sinj Cecilia Xuereb 1991 Is-Sur Joseph Sammut 1996 Dott Joseph Buttigieg 1997 Dott Albert Ganado 1997 Is-Sinj Marguerite Critien 1997 Is-Sur Joseph Brockdorff 1999 Dott Pascal A Demajo 1999 Is-Sur Lino Cuschieri 2003 Iċ- Chairman u l-Membri ma għandhomx remunerazzjoni filwaqt li r-remunerazzjoni taċ- Chief Executive Officer ma titħallasx minn fondi pubbliċi.
Leg 11 PQ #18051 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondazzjoni tal-Konkatirral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ġiet mwaqqfa fil-31 ta’ Lulju 2001 permezz ta’ Att Notarili ffirmat bejn il-Prim Ministru ta’ Malta u l-Arċisqof ta’ Malta. Skont dan il-ftehim, iż-żewġ partijiet għandhom id-dritt jaħtru tlett membri kull wieħed biex iservu fuq il-Kunsill tat-tmexxija, wieħed minnhom bħala President. Il-kariga ta’ President talterna kull sena bejn membru magħżul mill-Ġvern u ieħor maħtur mill-Arċisqof. Fil-preżent il-membri maħtura mill-Gvern huma: Isem Data tal-ewwel ħatra Is-Sur Paul Attard (President sal-31/07/2010) 07/10/2004 Is-Sur Richard Cachia Caruana 31/07/2001 Dott Philip Farrugia Randon 01/05/2004 Il-membri ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni jew beneffiċċji oħra.
Leg 11 PQ #18052 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrial Projects and Services Ltd

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Industrial Projects and Services Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba dwar l-Industrial Projects and Services Ltd hija kif ġej: Isem Data tal-ewwel ħatra Remunerazzjoni u benefiċċji Executive Chairman Is-Sur Joe Grillo Chief Executive Officer fil-11/04/2006 u Executive Chairman fil-15/06/2006 €35,000 fis-sena Membri Is-Sur Anthony J Vella 10/07/2008 €2,096 kull wieħed fis-sena Is-Sur Leo Bonnici 15/06/2006 Is-Sur Joseph Micallef 27/05/2009 Is-Sur Iman Schembri 27/05/2009 Is-Sur Harold Walls 27/05/2009
Leg 11 PQ #18053 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat Festi Nazzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Kumitat Festi Nazzjonali? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qatt ma kellu la CEO u lanqas diretturi. Il-Kumitat huwa magħmul minn Chairman, Segretarju Eżekuttiv u numru ta’ membri maħtura mill-gvern. Iċ- Chairman, Nazju Abela jirċievi rimunerazzjoni annwali ta’ €2,300. Is-Segretarju Eżekuttiv, Anton Miceli huwa mjegat bħala Cultural Officer mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti. Il-Kumitat wasal biex jerġa’ jiġi rikostitwit.
Leg 11 PQ #17828 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema mal-Gozo Channel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mal-Gozo Channel? Tista' taqsamhom skont il-grad? Tista' tgħid meta saru l-aħħar ingaġġi mal-istess kumpanija u x'kienu jinvolvu? Kemm daħlu u f'liema grad?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Birgu — Xatt ir-Risq u Dock 1 - xogħlijiet

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 16616 il-Ministru qal li x-xogħlijiet bejn Xatt ir-Risq Birgu u Dock 1 kellhom jibdew fl-aħħar ta' April u s'issa għadhom ma bdewx, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u kemm se jdumu għaddejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet bejn Xatt ir-Risq u Dock 1 mistennija li jinbdew għall-ħabta ta' Settembru ta' din is-sena u mistennija li jitlestew fi żmien sena.
Leg 11 PQ #17830 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kalkara — Triq Patri M. Sultana - twaħħil bozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq Patri M. Sultana, Kalkara u dan peress li din it-triq tinsab fi dlam ċappa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nirreferi dan il-każ lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara u lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jikkunsidraw jinkludu dan ix-xogħol fil-programm tagħhom.

Kalkara — Triq Patri M. Sultana - xogħlijiet fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Patri M. Sultana fil-Kalkara ssir, u dan peress li ftit tas-snin ilu ġiet indikata bħala waħda minn ħafna toroq li kellhom jinbnew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa u skont il-prijorità ffissata.

Appartamenti tal-Gvern — ħlas tal-konsum tad-dawl fil-partijiet komuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-appartamenti tal-gvern ma jħallsux tal-konsum tad-dawl tal-partijiet komuni? Jista' jikkonferma li m'hawnx blokok ta' appartamenti li huma eżentati minn dan il-ħlas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #17836 Sitting 238 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Elettorali għat-Tieni Distrett — Area ta' St. Peter's

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fl-aħħar ħarġa tar-Reġistru Elettorali għat-Tieni Distrett, it-toroq fl-area ta' St. Peter's jinsabu miġbura f'sezzjoni għalihom, separatament minn Ħaż-Żabbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li St. Peter’s hija biss waħda mis-sittax-il komunità stabbiliti skont Artikolu 47A tal-liġi dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363). Din il-komunità xorta tifforma parti mill-Belt ta’ Ħaż-Żabbar, sew għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u sew għat-Tieni Distrett Elettorali. Iżda, mir-Reġistru Elettorali ta’ April, 2010 ’il quddiem, it-toroq u l-votanti ta’ din il-komunità qed jidhru miġbura f’sezzjoni għaliha, eżatt wara t-toroq u l-votanti ta’ Ħaż-Żabbar. Dan, sar ukoll fil-ħmistax-il komunità l-oħra eżistenti. Skont Art. 31(1) tal-liġi dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali l-format tar-reġistru elettorali, “għandu jintgħamel minn daqstant taqsimiet daqskemm ikun hemm lokalitajiet, taqsima għal kull lokalità, u kull lokalità għandha terġa’ tinqasam f’daqstant taqsimiet daqskemm il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ jew konvenjenti. Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-Att, il-kelma “lokalità” għandha l-istess tifsir bħalma għandha mogħti lilha fl-Att ta’ l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #17806 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-MEUSAC — remunerazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-MEUSAC? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEUSAC Core Group huwa kompost mill-membri indikati hawn taħt: Chairperson Onor Dott Chris Said Membri Dott Godwin Grima - Segretarju Permanenti Ewlieni Ambaxxatur Richard Cachia Caruana - Rappreżentant Permanenti għall-UE Is-Sur Peter Portelli - Segretarju Permanenti, (ITSD) OPM Ambaxxatur Cecilia Attard Pirotta - Segretarju Permanenti MFA Dott Vanni Xuereb - Kap MEUSAC Is-Sinj Graziella Pullicino - Aġent Kap, Segretarjat dwar l-Unjoni Ewropea (OPM) Is-Sur Sonny Portelli - Chairperson MCESD Perit Carmel Cocopardo - Alternattiva Demokratika Is-Sur Arthur Rossi - Confederation of Malta Trade Unions Is-Sur Vince Farrugia - General Retailers and Traders Union Is-Sur Tony Zarb - General Workers’ Union Is-Sur Joe Grech - Gozo Business Centre Is-Sur Kevin Borg Ing Ray Muscat - MCCEI (Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija) Is-Sur Pierre Fava - Malta Employers Association Is-Sur George Schembri - Malta Hotels and Restaurants Association Onor Dott Luciano Busuttil - Partit Laburista Onor Dott Francis Zammit Dimech - Partit Nazzjonalista Is-Sur Jesmond Bonello - Union Ħaddiema Magħqudin Dott Josette Grech - Esperta Is-Sinj Anna Borg Is-Sur Benjamin Rizzo Is-Sur Gino Schiavone Rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Membri Sostituti Is-Sinj Sylvia Gauci - MCESD Is-Sur Michael Briguglio - Alternattiva Demokratika Is-Sinj Mary Anne Sant Fournier - Confederation of Malta Trade Unions Is-Sur Paul Abela - General Retailers and Traders Union Is-Sur Victor Carachi - General Workers’ Union Is-Sur Joseph Grech - Gozo Business Centre Is-Sur Joe Tanti - MCCEI (Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija) Dott Paul De Battista - Malta Employers’ Association Is-Sur Joe Attard - Malta Hotels and Restaurants Association Dott Joe Mifsud - Partit Laburista Onor Frederick Azzopardi - Partit Nazzjonalista Dott Romina Bartolo - Union Ħaddiema Magħqudin Il-membri (u s-sostitwiti) ma jirċievu l-ebda forma ta’ remunerazzjoni.
Leg 11 PQ #17823 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar il-petizzjonijiet — membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħix min huma l-membri li jiffurmaw il-bord dwar il-petizzjonijiet? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Chairmen tal-Bord dwar il-Petizzjonijiet huma: Dott Joseph Attard Dott Benny Delia Dott Joseph Refalo u Dott Ramon Rossignaud. Dawn jitħallsu €58.23 kull seduta sa massimu ta’ €11,647.87 fis-sena.
Leg 11 PQ #17824 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-Impjiegi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord dwar ir-relazzjonijiet dwar l-impjiegi? Jista' jgħid jekk għandhomx xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi huwa kompost mill-membri indikati hawn taħt: Chairperson Prof Edward Zammit Deputat Chairperson Dott Noel Vella Membri Is-Sur Geitu Mercieca Is-Sur Michael Parnis Is-Sur William Portelli Is-Sur Gejtu Vella Is-Sur Ray Muscat Is-Sur Joseph Farrugia Is-Sur Tonio Farrugia Is-Sur Vince Farrugia Is-Sur Thomas Woods Is-Sur Frank Pullicino Is-Sinj Moira Catania Ir-remunerazzjoni taċ- Chairperson hija ta’ €3,494.04 fis-sena u tal-Membri €1,455.84 fis-sena. Id-Deputat Chairperson ma jirċeviex remunerazzjoni għal dan l-inkarigu.

Art f'Għajn Dwieli li sservi ta' car park

Question

Peress li issa r-riżoluzzjoni dwar it-trasferiment ta' art f'Bormla lill-Palumbo ġiet approvata, u peress li l-art f'Għajn Dwieli taħt il-Fgura, li kienet isservi ta' car park għall-ħaddiema tat-Tarzna ma kenitx parti f'din ir-riżoluzzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal din il-biċċa art?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern qed jistudja l-possibiltajiet għall-użu ta’ din l-art.

Bormla — San Ġwann t'Għuxa - ħsarat fuq bus shelter

Question

Peress li l-bus shelter fin-niżla ta' San Ġwan t'Għuxa, Bormla sofriet ħsarat kbar, issa li għaddew numru ta' xhur minn dan l-inċident jista' l-Ministru jara li l-istess bus shelter tissewwa? Jista' jgħid ukoll jekk instabx minn ikkaġuna din il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħadet ħsieb tinforma lill-kuntrattur inkarigat sabiex dan il-bus shelter jissewwa. Barra minn hekk, Transport Malta qiegħda tiddiskuti mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla rigward il-possibiltà li dan il-bus shelter jitressaq minn postu minħabba li l-pożizzjoni attwali tiegħu qiegħda f’dawra perikoluża fin-niżla ta’ San Ġwann t’Għuxa u din mhix l-ewwel darba li ġarrab ħsarat kawża ta’ inċidenti tat-traffiku. Rigward it-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Trasferiment tal-uffiċċju konġunt

Question

Issa li l-uffiċċju konġunt ġie trasferit lejn il-Berġa tal-Baviera, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini fejn kien hemm l-uffiċċju konġunt hux se jintuża minn xi entità governattiva? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min se jibda jużah?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda tagħrif dwar l-użu li ser isir mill-bini li qabel kien okkupat mill-Uffiċċju Konġunt.

Tank Cleaning Farm — persuni li jaħdmu fih

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-Tank Cleaning Farm hemmx persuni għadhom jaħdmu? Jekk fl-affermattiv, taħt liema departiment/aġenzija/korporazzjoni jaqgħu? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'se jiġri minnu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17589 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qasmu karozzi bejn Malta u Għawdex, xahar b'xahar, fl-ewwel tliet xhut ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment peress li l-entitajiet konċernati jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.