Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kumpaniji tal-awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16744 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-Tabelli A u B dwar il-vetturi mixtrija u mikrija li għamlu użu minnhom l-Awtoritajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninfurmah li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17425 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Vacancies għall-istudenti fis-sajf

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn ser ikunu, xi kwalifiki ser ikunu mitluba u kemm ser jidħlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fid-Dipartimenti, Aġenziji u Korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jkun hemm 75-il vacancy għall-istudenti li jkunu bil-vaganzi tas-Sajf. Dipartiment/Entità Numru ta’ Vacancies Kwalifiki mitluba Uffiċċju tal-Prim Ministru Direttorat tad-Difiża 1 Li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Universita fuq Relazzjonijiet Internazzjonali jew qed issegwi kors fil-Baċelorat fl-Istudji Ewropej. Information Management Unit 2 Diploma fl- Information Technology Management Efficiency Unit 4 Li qed jistudjaw Bachelor of Science (Statistics and Operations Research) jew Bachelor of Communications jew Bachelor of Commerce Heritage Malta 20 10 li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fl-Storja, Arkeoloġija u Konservazzjoni 10 li jkollhom livell Ordinarju u Avvanzat tal-Matsec Awtorità dwar il-Mediċini 9 8 li qegħdin fir-raba’ jew ħames sena tal- Bachelor of Pharmacy fl-Università ta’ Malta 1 li preferibbilment jattendi / tattendi kors Universitarju fl-istudji tal-Librerija, Informazzjoni u Arkivji jew kors fil-Kommunikazzjoni jew Kummerċ Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Servizzi Korporattivi – Information Resources Unit 2 Li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fl -Arkitettura jew l-Ġeografija Servizzi Korporattivi – Information Communications Technology Unit 2 Li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fl- Information Communication Technology Servizzi Korporattivi – Mapping Section 3 1 Li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Universita fil-Ġeografija jew Geomathics jew GIS 2 li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fil-Ġeografija jew l- Information Technology Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Servizzi Korporattivi – Support Services Section 4 Li qed jattendu xi kors l-Universita Servizzi Korporattivi – Sezzjoni tar-Riżorsi Umani 1 Li qed jattendi / tattendi xi kors l-Universita Servizzi Korporattivi – Development Control Unit 2 Li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fl-Arkitettura Servizzi Korporattivi – Forward Planning Unit 1 Li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Universita fl-Arkitettura Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Unit A 4 Li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fil-Ġeografija Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Unit C 4 3 li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fix-Xjenza jew l-Ġeografija 1 li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Universita fil- Librarianship jew ikkatalogar Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Unit D 1 Li qed jattendi / tattendi xi kors l-Universita Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Unit E 4 Li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fil-Ġeografija jew l-Ekonomija Sezzjoni ta’ l-Ambjent – European Union and Multilateral Affairs Unit 3 2 li qed jattendu kors ta’ Degree l-Universita fl- International Relations jew Communications jew Diplomacy jew Environment jew Geography 1 li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Universita fil- Management Sezzjoni ta’ l-Ambjent – Uffiċċju ta’ l-Assistent Direttur 2 Li qed jattendu kors fil-Kummerċ jew Komunikazzjoni Forzi Armati ta’ Malta 5 Mhux jintalbu kwalifiki ħlief li jkunu għażlu li jaħdmu fuq Plan (makkinarju) jew Mechatronics Dipartiment ta’ l-Informazzjoni 1 Li qed jattendi / tattendi kors ta’ Degree l-Università fil-Komunikazzjoni jew fl-Arti
Leg 11 PQ #18974 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — kuntratti li ma jkunux kompleti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta kuntrattur għal xi raġuni jonqos milli jonora l-kuntratt billi ma jikkompletax il-kuntratt li jkun ħa mingħand Kunsill Lokali? Kien hemm każijiet ta’ din ix-xorta tul is-sena 2009 sa April 2010? Min huma l-kuntratturi nvoluti? Meta waqfu mix-xogħol? Liema hu l-kunsill lokali li mingħandu ħadu l-kuntratt? X'kienet l-ispiża komplessiva tal-kuntratt? Ittieħdu passi u fil-każ x'passi ttieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 88/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Leg 11 PQ #18975 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Termini tar-regolamenti — proċedura ta' sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra l-proċedura stabbilita fit-termini tar-regolamenti finanzjarji, il-proċedura dwar l-għoti ta’ sponsorships lill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern, inklużi l-kunsilli lokali; a) jekk kienx hemm entitajiet pubbliċi li għalihom qed issir referenza u kunsilli lokali li matul il-perjodu 2006 sal-lum, ingħataw sponsors ta’ kull xorta, inkluż dawk finanzjarji; b) jekk fl-affermattiv, liema kienu x-xorta ta’ sponsor u l-ammont f’termini finanzjarji, entità b’entità u kunsill b’kunsill; ċ) jekk il-proċedura stabbilita kif spjegata ġietx segwita, jekk le, min kienu dawk li ma segwewx din il-proċedura u jekk ittieħdux passi neċessarji? d) jgħid ukoll l-iskop tal-i sponsorship mogħti u jekk dawn stante li ħadd ma jagħti xejn għal xejn humiex marbuta ma’ xi skop partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Financial Adminstration and Audit Act u l-General Financial Regulations ma jipprovdux għal sitwazzjonijiet fejn entitajiet pubbliċi jirċievu sponsorships.

Ftehim bilaterali mal-Qatar

Question

Peress li ftit ilu intqal li l-gvern kien iffirma numru ta' ftehim bilaterali mal-Qatar, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim fejn jidħol l-isport ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

vouchers għall-għajnuna fil-kontijiet tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk dawk il-persuni li diġà huma ntitloati għall-vouchers biex jgħinuhom fil-kontijiet tad-dawl, humiex se jirċievu wkoll dik l-għotja ta' darba ta' madwar €130?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal- Customer Care li hemm f’kull Ministeru.
Leg 11 PQ #18854 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti, u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-Customer Care li hemm f’kull Ministeru.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma tikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal- Customer Care li hemm f’kull Ministeru, kif ukoll f’bosta mill-awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern.
Leg 11 PQ #18856 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma tikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-Customer Care li hemm f'kull Ministeru.

Protokol tal-Unjoni Ewropea — żieda tal-Membri Parlamentari Ewropej

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra meta huwa maħsub li din l-istess Kamra tiddiskuti u tivvota fuq ir-ratifika tal-protokol tal-Unjoni Ewropea li bih jiġu emendati t-Trattati tal-Unjoni Ewropea li jippermettu li ssir żieda tal-Membri Parlamentari Ewropej?

Response (BORG, TONIO)

Id-deċizjoni titieħed fil-mument opportun. Il-Gvern għandu l-intenzjoni li d-deċizjoni tas-sitt siġġu titieħed kemm jista' jkun malajr.
Leg 11 PQ #18973 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — works manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ma kellhomx works manager mis-sena 2006 sal-lum? Kien hemm raġuni għal dan? B'liema mod kien qed issir l-iċċekkjar tal-ħlasijiet bħalma huma kejl tax-xogħlijiet, jekk ix-xogħol sarx skont kif mitlub u skont is-sengħa eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 87/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.

Birgu — Xatt ir-Risq u Dock 1 - xogħlijiet

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16616 il-Ministru kien qal li x-xogħol f'Xatt ir-Risq kellu jibda lejn l-aħħar ta' April u dak fuq id-dawra ta' Baċir Nru 1 lejn l-aħħar ta' Lulju, u peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17829 qal li dawn ix-xogħlijiet issa se jibdew lejn l-aħħar ta' Settemebru, jista' l-Ministru allura jgħid x'inhi r-raġuni wara l-bdil tad-data, minn min se jsir ix-xogħol u jekk huwiex marbut b'time frame ta' meta għandu jitlesta x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-raġuni għat-tibdil fid-data fil-każ ta' Xatt ir-Risq kien minħabba li l-proċess ta' aġġudikazzjoni ħa iżjed fit-tul milli previst, fil-waqt li fil-każ tal-Baċir Numru 1 ir-raġuni kienet minħabba ż-żmien li ħa biex jinħareġ il-permess mill-MEPA. Il-Kuntratturi li ser jagħmlu x-xogħol għadhom ma ġewx magħżula. Ix-xogħol irid isir fi żmien sena minn meta jingħata.
Leg 11 PQ #18848 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal- Customer Care li hemm f’kull Ministeru.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull Ministeru għandu sezzjoni ta' Customer Care u ukoll Uffiċjal Kordinatur għall-Kommunikazzjoni fis-Segretarjat Privat li lilhom jista' jitressqu talbiet, ilmenti u mistoqsijiet.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ għandu taqsima ta’ Customer Care fejn wiehed jista’ jirrikori skont il-ħtiega tiegħu. Kull komunikazzjoni li ssir mal-uffiċċjali f’din it-taqsima, tingħata l-attenzjoni meħtieġa.