Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19627 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li nqabdu jpejpu fi stabbilimenti ta' divertiment u ħwienet oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jpejpu fi stabbilimenti ta' divertiment u ħwienet oħra matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu ta' din is-sena kien hemm 161, 142 u 66 persuna rispettivament li nqabbdu jpejpu f'postijiet ta' divertiment u postijiet oħra fejn it-tipjip huwa projbit.

Bormla — Upgrading ta' Sur San Pawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata tindifa u żbir ta' siġar u daqsxejn upgrading tal-area madwar ir-residenzi f'Sur San Pawl Bormla, peress li l-post huwa abbandunat għall-aħħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ħaddiema mill-Ministeru tiegħi jnaddfu din iż-żona b’mod regolari. Bħalissa d-dipartiment għaddej bit-tħejjija ta’ pjanti biex jitwettaq proġett ta’ upgrading f’din iż-żona flimkien ma' restawr tas-swar, li diġà nbeda u strutturi oħra fil-viċinanzi. Ix-xogħol ta’ żbir tas-siġar f’din iż-żona jsir skont programm ta’ xogħlijiet u jmiss isir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #19629 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li nqabdu jitlajjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw bi skop ta' prostituzzjoni matul ix-xhur ta' Ġunju, Lujlu u Awwissu 2010? F'liema lokalità nqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu ta' din is-sena inqabdu 52 persuna jitlajjaw bi skop ta' prostituzzjoni fl-inħawi f'Ta' Xbiex, il-Gżira u l-Marsa.
Leg 11 PQ #19630 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wage Regulations Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar kopja riċenti tal-Wage Regulations Orders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra
Leg 11 PQ #19631 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awwissu 2010? Jista' jaqsamhom skont dawk li ngħataw mill-pulizija u dawk li ngħataw mill-gwardjani lokali? Jista' jaqsamhom skont it-tip ta' kontravenzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu ta’ din is-sena il-Pulizija ħarġet 21,832 ċitazzjoni għal diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku. Minn dawn 20,265 kienu kontravenzzjonijiet depenalizzati li t-taħrika toħrog permezz ta’ traffic offence tickets. Dwar ċitazzjonijiet maħruga mill-Gwardjani Lokali, ġentilment nissuġġerrixxi lill-Onorevoli Interpallant sabiex jirreferi lill-Ministru kkonċernat
Leg 11 PQ #16382 Sitting 255 2010-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħlas ta' danni mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-ħlas ta' danni lill-kunsilli lokali minn persuni li ġratilhom ħsara fil-karozza tagħhom matul is-snin 2003 - 2010? Jista' jgħid liema kienu l-kunsilli lokali li ġew mitluba jħallsu d-danni? Kemm kien l-ammont tal-ħlasijiet, sena b'sena kunsill b'kunsill? Kemm mit-talbiet ġew milqugħa u kemm ġew rifjutati sena b'sena kunsill b'kunsill? X'kienu r-raġunijiet wara kull rifjut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16382 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #16725 Sitting 255 2010-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Head office

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba dwar il-Head Office ta’ l-Awtoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fit-tabella ta’ hawn taħt: Nixtieq ninfurmah ukoll li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru. Post fejn qed jintuża bħala Head Office Kif ġie akkwistat X’jitħallas għal użu tiegħu € Awtorità ta’ Malta’ dwar l-iStandards Tieni u Tielet Sulari fil-Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta Dan is-sit għadda b’kera lill-Awtorità bl-approvazzjoni tat-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Artijiet 44,248 kera fis-sena Awtorità tax-Xandir 7, Triq Mile End, Ħamrun L-Awtorità kienet xtrat l-art u bniet fuqha Ma jsir l-ebda ħlas għal dawn l-uffiċini Awtorità dwar il-Mediċini 203, Level 3, Rue d’Argens, Gżira Mikri mingħand Mizzi Estates 124,249 kera fis-sena Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta Parti mill-Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta Il-bini jintuża wkoll mid-Dipartiment tat-Turiżmu Ma jsir l-ebda ħlas mill-Awtorità iżda d-Dipartiment tat-Turiżmu jħallas il-kera tal-binja kollha Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar St. Francis Ravelin, Floriana Mikrija mingħand id-Dipartiment għall-Artijiet 39,599 kera fis-sena Hexagon House, Blata l-Bajda Inxtrat bħala utile dominum mingħand l-HSBC Bank Malta li jiskadi fis-sena 2091 10,506 ċens fis-sena lid-Dipartiment tal-Artijiet
Leg 11 PQ #18845 Sitting 255 2010-07-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnien fl-Area ta' Triq San Ġwann Bormla

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta jaħseb li se jiġi rranġat il-ġnien fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla, quddiem il-Cospicua Rangers, wara ħafna snin ta' telqa? Ma jaħsibx li għaddew wisq snin sabiex għal sajf ieħor ir-residenti f'dik l-akwata jridu jħabbtu wiċċhom ma' dak it-tħarbit? Jista' għallinqas jagħti data, nittama finali, ta' meta se jibda u jitlesta dan ix-xogħol li l-permessi tiegħu huma approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, għadha kemm ħarġet il-permess meħtieġ fuq il-proġett fl-area msemmija fit-8 ta’ Ġunju 2010. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla kkomunika dwar il-ħruġ tal-permess mal-Project Design & Engineering Directorate fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Dan peress li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla daħal fi ftehim dwar dan il-proġett mal-Ministeru msemmi fejn, waqt li l-Kunsill Lokali jieħu ħsieb il-proċess ta’ l-ippjanar ix-xogħol se jsir mill-Project Design & Implementation Department. Dax-xogħol huwa mistenni li jinbeda hekk kif jiġu fi tmiemhom il-proġetti mibdija li bħalissa għandu l-Ministeru kkonċernat.

Air Malta plc

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Air Malta plc? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19272 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-perjodu li l-kunsilli lokali ilhom jiftħu s-Sibtijiet, kemm inqdew nies f'din il-ġurnata kunsill b'kunsill? Kemm ġew imħallsa flejjes f'overtime is-Sibtijiet (għall-istess perjodu li nbeda minn Ottubru 2009)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 99/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19273 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas overtimeminn kull kunsill għas-snin 2007, 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 100/2010 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ftehim bilaterali mal-Qatar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 18976 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, u issa ġiet riferuta lilu, ċioe: Peress li ftit ilu intqal li l-gvern kien iffirma numru ta' ftehim bilaterali mal-Qatar, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim fejn jidħol l-isport ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed mis-sitt ftehim li jiena kont ffirmajt f'Awwissu tal-2009, waqt iż-żjara Statali tal-President tar-Repubblika fil-Qatar, kien attwalment Memorandum ta' Ftehim fil-qasam ta' l-isport bejn il-Kunsill Malti għall-iSport u l-Kumitat Olimpiku tal-Qatar. Qed inpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra.

vouchers għall-għajnuna fil-kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk il-persuni li diġà huma ntitloati għall-vouchers biex jgħinuhom fil-kontijiet tad-dawl, humiex se jirċievu wkoll dik l-għotja ta' darba ta' madwar €130?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’ seduta oħra.

Gozo Ferries Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairman, CEO u d-diretturi (jekk jeżistu) tal-Gozo Ferries Co. Ltd? Kemm ilhom fil-kariga? X'inhi r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-prezent, il-Bord tal-Gozo Ferries huwa magħmul minn: John Busuttil Direttur appuntat 13 Ottubru 2008 Vince Mifsud Direttur appuntat 19 Ġunju 2010 Is-Sur Vince Mifsud ġie appuntat flok is-Sur Mario Mizzi li rriżenja fl-24 ta’ Mejju 2010. Fuq il-Bord kien hemm ukoll is-Sur Salvu Gauci li rriżenja fit-31 ta’ Jannar 2010. Fuq dan il-Bord, id-Diretturi jirċievu s-somma ta’ €4660 fis-sena bħala remunerazzjoni.

Fabbriki f'oqsma industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki f'kull qasam industrijali separatament? Jista' jġħid kemm timpjega nies kull waħda minnhom maqsum skont minn 1-5 impjegati, minn 6-50 impjegati, minn 51 - 100 impjegati u aktar minn 100 impjegat u skont fejn qegħdin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-MIP huwa ta’ 675, u l-informazzjoni mitluba ddettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Hemm imbagħad numru ta’ fabbriki oħra f’żoni industrijali f’art tal-privat, li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità diretta tal-MIP, u għaldaqstant mhumiex inklużi mal-informazzjoni li qed tingħata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fejn hu mitlub in-numru ta’ impjegati li jħaddmu dawn il–fabbriki, nitlob lil Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-ETC.

Arretrati fuq ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li għandhom arretrati fuq ħlas ta' kera? Kemm hu l-ammont totali li għandu jinġabar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta kumpaniji li għandhom arretrati huwa ta’ 376. L-ammont ta’ arretrati ta’ kera sal-lum huwa ta’ €9,972,774.08. Dan jinkludi ammont ta’ madwar €4,343,250 minn kumpaniji li m’għadhomx joperaw mill-fabbrika allokata lilhom. Qed isir eżercizzju sabiex jiġi stabbilit kemm fil-fatt minn dan l-ammont jista’ jinġabar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-Customer Care li hemm f’kull Ministeru.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ilmenti f'isem il-kostitwenti

Question

Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?

Response (FENECH, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal- Customer Care li hemm f’kull Ministeru.
Leg 11 PQ #16384 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċji amministrattivi ta' kull kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, lokal b'lokal, fejn jinsab l-uffiċċju amministrattiv ta' kull kunsill lokali? Jista' jgħid għal kull każ, x'inhi l-kirja u jekk hemmx xi ftehim fuq it-termini tal-kirja lokal b'lokal? Mingħand min hu mikri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16384 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li qed iħallsu kera fuq l-Ufiċini tal-Kunsilli tagħhom.
Leg 11 PQ #16706 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ l-awtoritajiet hija annessa fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninfurmah ukoll li fil-preżent ma hemmx korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru.