Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise fl-aħħar ħames snin u jekk jidirhlux li n-numri huma sostenibbli meta wieħed iqis li ftit snin ilu saru eżerċizzji ta' tnaqqis ta' ħaddiema permezz ta' skemi minn flus il-poplu u oħrajn ġew mgħoddija fuq il-kotba tal-Industrial Projects and Services Ltd. (IPSL)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ħames snin ġew impjegati 43 persuna mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks. Fl-istess perjodu kien hemm ukoll 38 reżenja. Dan in-numru huwa sostenibbli u jaqbel man-numru tar-reżenji.
Ir-reklutaġġ reċenti jirrifletti l-bidla li għaddejjin minnha iż-żewġ organizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet ġodda li ġew mogħtija lill-Malta Enterprise fl-2008.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' ftehim settorali (class sector agreements) iffirmati bejn il-gvern u l-unions u jindika l-firmatarji ta' kull ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm kien hemm impjegati maċ-Ċivil f'Diċembru 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Diċembru 2009 kien hemm 28,890 impjegati fis-Servizzi Pubbliku. Dan it-total jinkludi 1,415 impjegati pubbliċi li huma sekondati jew iddettaljati ma’ entitajiet jew awtoritajiet pubbliċi
Ftehim kollettiv iffirmati bejn entitajiet pubbliċi u unions
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' ftehim kolettiv iffirmati bejn entitajiet pubbliċi u unions? Jista' jindika għal kull ftehim min huma l-organizzazzjonijiet firmatarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise — Tim taċ-Change Management - ħlas
Question
Jista' l-Ministru jinforma kemm tħallas kull uffiċjali tat-tim taċ-Change Management fil-Malta Enterprise minn meta ġew ingaġġati sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li iċ-Change Management Committee tal-Malta Enterprise kien magħmul minn 3 uffiċċjali. 2 minnhom huma impjegati tal-Malta Enterprise, u għaldaqstant kellhom il-paga regolari tal-kumpanija. Iċ-Chairman tal-kumitat kien konsulent estern u tħallas total ta’ €24,800. Din is-somma kienet tinkludi ħlas għal konsulenza fuq l-ifformolar tal-pjan ta’ ri-organizzazzjoni u l-proċess kollu ta’ tmexxija tal-bidla, liema proċess dam sitt xhur.
Nefqa fuq mawra tal-Prim Ministru u l-Malta Enterprise fil-Lvant Nofsani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra tal-Prim Ministru u l-Malta Enterprise fl-Lvant Nofsani aktar kmieni din is-sena, partikolarment il-vjaġġi bl-arju u l-kiri tal-ajruplani?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 17046.
Jista' l-Minstru jgħid kemm kien il-ħruġ ta' flus li l-Gvern ħallas lill-Eureka Services Ltd għar-riċerki li saru matul is-sena 2009 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li għandhom reserved parking for residents? Liema huma t-toroq li huma parti minn dawk ir-reserved for residents? Jista' jgħid jekk kellux talbiet għal residents parking li ġew rifjutati? X'inhi r-raġuni wara kull rifjut?
Response (GATT, AUSTIN)
Nifhem illi l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-iskemi ta' " Reserved parking for Residents Only". Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ lokalitajiet bit-toroq li huma riservati għar-residenti. Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda każ fejn talba għal-parkeġġ riservat għar-residenti li saret skont il-kriterji stabbiliti kienet rifjutata. Li jiġri normalment huwa li jekk kunsill lokali jagħmel talba simili imma għal triq waħda biss l-kunsill jintalab jissottometti talba ġdida skont il-kriterji stabbiliti u li jirrikjedu li talba trid tkun tinkwadra żona sħiħa. Barra minn dan jien infurmat li minħabba kawża li hemm għaddejja quddiem il-qrati superjuri dwar din il-materja Transport Malta ingħatat parir legali li sakemm tinqata’ l-kawża ma tkomplix tipproċessa talbiet bħal dawn. Irrid ngħid ukoll li, fi kwalunkwe każ, Transport Malta ma tipproċessax applikazzjonijiet minn kunsill lokali li jkunu għamlu xogħlijiet illegali fit-toroq u baqgħu ma rregolarizzawx il-posizzjoni tagħhom u dan skont id-direttiva Ministerjali li kont tajt jien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-Tank Cleaning Farm hemmx persuni għadhom jaħdmu? Jekk fl-affermattiv, taħt liema dipartiment/aġenzija/korporazzjoni jaqgħu? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'se jiġri minnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Shipyards Ltd għandha ħames impjegati allokati fir-Ricasoli Tank Cleaning Farm. F’dan is-sit jiġu allokati ukoll security guards tal-kumpanija Malta Shipyards Ltd fuq bażi ta’ 24x7.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra fuq il-waiting list sabiex jidħlu fil-Home:
a) ta' Bormla
b) St Vincent de Paule Residence
imqassma skont il-lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-dettalji mitluba huma kif jidher hawn taħt:
Dar għall-Anzjani ta’ Bormla:
Lokalità
Numru ta’ Persuni fuq il-lista
Birgu
20
Bormla
33
Isla
4
Kalkara
10
Xgħajra
0
Total
67
Residenza San Vincenz de Paule:
LokalitàNumru ta’ Persuni fuq il-lista
Birgu
17
Bormla
11
Isla
6
Kalkara
3
Xgħajra
0
Total
37
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn kontravenzjonijiet tat-traffiku, maqsuma xahar b'xahar, minn Jannar sa Ġunju 2010? Jista' jaqsamhom lokal, b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Faċilità Korettiva ta' Kordin — benefiċċji soċjali
Question
Tista' l-Ministru tara li ssir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni fejn persuni li jkunu servew xi żmien fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin, iridu jistennew sa sitt ġimgħat u aktar sabiex jibdew jirċievu xi ħaġa mill-benefiċċji soċjali? Ma taħsibx li dan it-tip ta' dewmien fil-ħruġ ta' xi għajnuna jista' jwassal għal aktar abbużi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment jaddotta proċedura li każi ta’ persuni li jkunu kif għadhom ħerġin mill-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin jingħataw preferenza. Il-proċedura hi li persuna tmur fl-uffiċċju distrettwali u jekk tipprovdi dokument li jindika li ħarġet mill-Faċilita’ Korretiva, il-manager tad-distrett jimmarka f’post prominenti l-applikazzjoni bħala urġenti u jibgħata l-head office biex tinħadem malajr. F’dan il-każ jekk ma jkunx hemm problemi minħabba l-means test il-pagament joħroġ fi żmien qasir. Id-Dipartiment jikkunsidra ukoll applikazzjonijiet ta’ residenti li jkunu waslu fit-tmiem is-sentenza tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara r-rifjut sabiex jingħata permess sabiex isiru t-tlielaq fil-Manikata nhar l-20 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jipprovdi aktar dettalji fosthom il-ġeneru ta’ sport li qiegħed jirreferi għalih.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in sites għall-iskart separat f'kull lokalità f'Malta? Min hu responsabbli mit-tindif tagħhom u l-areas ta' madwarhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Minn dawn il-WasteServ tieħu ħsieb 32 biss sit li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà diretta tal-kunsilli lokali.
Issa li f’dan is-sajf bdiet topera l-marina temporanja fl-area ta’ Baċir Nru.1 f'Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri mil-lum il-quddiem fix-xhur tax-xitwa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar kif inhuma mqassma l-irmiġġi ta’ din il-marina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-marina temporanja fil-Baċir Nru 1 mhux se tibqa’ tintuża meta x-xogħlijiet ta’ żvilupp fl-istess Baċir mistennija jibdew aktar tard din is-sena.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — safar uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk il-persuni li diġà huma ntitolati għall-vouchers biex jgħinuhom fil-kontijiet tad-dawl, humiex se jirċievu wkoll dik l-għotja ta' darba ta' madwar €130?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul ix-xahar ta' Awwissu 2010? X'tip kienet u xi kwantità inqabdet? Jista' jgħid kemm minnhom kienu Maltin u kemm ta' nazzjonalità barranija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont u tip ta’ droga maqbuda mill-Pulizija matul ix-xahar ta’ Awwissu ta’ din is-sena kienet kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Cocaine
282.2gr
Heroin
493.4gr
Cannabis grass
81.5gr
Cannabis resin
1.7gr
Ecstacy
25 tablets
L.S.D.
4 micro dots
Amphetamine
0.7gr
Opium
1kg
Infurmat ukoll li kien hemm 16-il persuna ma' dan il-qbid, li minnhom 4 kienu barranin.