Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20295 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq fi stat diżastruż — ħofra - ġustizzja ma' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx mod li ssir ġustizzja ma' persuna li ssofri ksur f'saqajha wara waqa' f'ħofra fit-triq tagħha, liema triq tinsab fi stat diżastruż, li baqgħet f'dan l-istat minkejja d-diversi rapporti li saru lill-kunsilli rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jkun aktar preċiż fil-mistoqsija tiegħu u jgħid għal-liema triq u kunsill qed jirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vacancies għall-istudenti fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn se jkunu, xi kwalifiki se jkunu mitluba u kemm se jidħlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20050 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjazza Santa Margerita Bormla — latrina pubblika

Question

Issa li għadda sajf ieħor u l-latrina pubblika imwegħda għal diversi snin fl-area ta' Pjazza Santa Margerita Bormla baqa' ma saritx, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara dan? Jista' jgħid jekk dan il-proġett hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, meta se ssir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Nru 14874.

Bormla — Triq San Ġwann - area rekreattiva

Question

Peress li l-appartamenti fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla issa ilhom aktar minn sena abitati, tista' l-Ministru tgħid meta (wara snin ta' abbandun u telqa) se jsir il-bini ta' ġnien/area rekreattiva quddiem il-Cospicua Rangers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bini ta’ ġonna u areas rikreattivi ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #20053 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' omiċidju matul dawn l-aħħar 20 sena li ma ġewx solvuti? Jista' jgħid liema huma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #20054 Sitting 262 2010-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' persuni neqsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn każijiet ta' persuni rappurtati nieqsa u qatt ma nstabu matul dawn l-aħħar 20 sena? Jista' jgħid liema huma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1990 'l hawn kien hemm 104 persuna li kienu ġew irrapurtati nieqsa u li s'issa għadhom ma ġewx rintraċċati. Ma nħossx li huwa prudenti li jingħataw l-ismijiet ta' dawn il-persuni.

Kulleġġ De La Salle — irranġar ta' triq

Question

Issa li bdew l-iskejjel u reġa' beda joqrob l-istaġun xitwi, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex quddiem il-Kulleġġ De La Salle ma jibqax ikun hemm għaddajjar kbar ma' kull ħalba xita?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-culverts eżistenti li hemm f’toroq arterjali u distributori. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu ukoll it-tindif tal-culverts li hemm fit-triq imsemmija.

Xatt ir-Risq — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet f'Xatt ir-Risq? X'kienet ir-raġuni għaliex il-bidu tax-xogħlijiet ittardjaw daqshekk? Min hu responsabbli mix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn x-xogħlijiet ittardjaw għax kien hemm appell fl-aġġudikazzjoni. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew meta jispiċċa l-proċess kollu, u dan ma jiddependix mill-Ministeru tiegħi. Ix-xogħlijiet jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretajat Permanenti fil-Ministeru tiegħi mgħejun mill-GHRC.

Valletta Boat Show f'Dock One

Question

Issa li sar b'suċċess għal sena oħra l-Valletta Boat Show f'Dock One, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istess boat show hemmx il-ħsieb li jerġa' jsir is-sena d-dieħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Valletta Boat Show hija organizzata minn kumpanija privata li torganizza esebizzjonijiet. Għaldaqstant, il-post fejn tinżamm din l-esebizzjoni huwa determinat mill-organizzatur.

Valletta Boat Show — ħlas għall-użu ta' Dock 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi tal-Valletta Boat Show ħallsux lil Awtorità Marittima ta' Malta jew lill-gvern sabiex għamlu użu minn Dock 1 u l-area tal-madwar sabiex sar dan l-avveniment? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma nżammu l-ebda ħlasijiet mill-Gvern jew mill-awtorità sabiex isir dan l-avveniment.

xogħlijiet fl-area bejn Xatt ir-Risq u Dock One

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fl-area bejn Xatt ir-Risq u Dock One, liema xogħol suppost beda skont risposti parlamentari li saru matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 20027.
Leg 11 PQ #20047 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħaddiema tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġ il-permess meħtieġ mill-Office of the Manager Airport Security lil numru ta' ħaddiema tal-Air Malta li qed jistennew dan il-permess sabiex jirritornaw lura għax-xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-uffiċċju tal-Manager Airport Security m'għandux applikazzjonijiet pendenti ta' ħaddiema tal-Air Malta li għadha ma ttiħditx deċizjoni fuqhom dwar il-ħruġ tal-airport security pass.

Bormla — Triq ix-Xatt - Pelican lights - flood lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jibda jixgħel il-flood lights li hemm mal-pelican lights fi Triq ix-Xatt ta' Bormla, ma' ġenb il-Knisja ta' Santa Tereża? X'inhi r-raġuni għaliex rapporti fuq l-istess każ li sar anke minni lil Transport Malta ma ġewx mismugħa u baqa' ma sar xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet fuq il-pelican lights imsemmija u x-xogħlijiet se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #8947 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cottonera Waterfront — proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti approvati għall-Cottonera Waterfront, liema tlestew sal-lum? Liema huma dawk li għadhom ma tlestewx u dawk li għadhom lanqas biss beda x-xogħol fihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema informatika tal-Awtorità ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar sal-5 ta`Ġunju 2009, l-awtorità ħarġet 27 permess għall-iżvilupp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji.

Verdala — Kulleġġ Santa Margerita - irranġar ta' triq

Question

Issa li bdew l-iskejjel u reġa' qed joqrob l-istaġun xitwi, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex quddiem il-Kulleġġ Santa Margerita, Verdala, ma jibqax ikun hemm għaddajjar kbar ma' kull ħalba xita?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fix-xhur li għaddew saru xogħlijiet fuq il-culverts eżistenti li hemm fiż-żona tal-iskola u żdiedu l-catchpits biex jkun jista’ jinġabar aktar ilma.
Leg 11 PQ #20022 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permess biex stabbilimenti joħorġu mwejjed barra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn stabbilimenti li għandhom permess joħorġu mwejjed barra f'Malta u Għawdex, lokal b'lokal? X'inhuma l-kundizzjonijiet u ħlasijiet sabiex negozju jingħata permess bħal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ permessi għal stabbilimenti li jistgħu joħorġu mwejjed u siġġijiet barra huwa: Malta 237 u Għawdex 63 kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kopja sħiħa tal-kundizzjonijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-permess jinħareġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu wara li tingħata konċessjoni ta’ l-art lill-applikant mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet li jirċievi bħala ħlas €23.29 għal kull metru kwadru approvat. l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu toħroġ il-permess lill-individwu skont il-konċessjoni li tingħata mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet bi ħlas ta’ €5.82 kull metru kwadru.
Leg 11 PQ #20023 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — Casino di Venezia - lukanda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' kemm-il sular/kamra se tkun il-lukanda li qed tinbena biswiet il-Casino di Venezia, Birgu? Jista' jgħid meta jaħseb li se tkun tista' tinfetaħ? Min huma l-proprjetarji ta' din il-lukanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Devoluzzjonijiet ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru devoluzzjonijiet ta' proprjetà tal-gvern lill-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar għaxar snin? Liema kienu l-proprjetajiet, lil liema kunsill għaddew u jekk kien hemm kirja/ċens ta' kemm kien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Isla — Moll - cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda jintuża l-moll fuq in-naħa tal-Isla, li sar għall-cruiseliners? Kemm-il cruiseliner rabat ma dan il-moll sal-lum? Jista' jgħid l-isem ta' kull vapur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-moll tal-Isla (Boiler Wharf) beda jintuża’ sabiex isorġu l-cruise liners f’Awwissu 2009. Minn dak in-nhar 5 cruise liners għamlu użu minn dan il-moll, li kienu: · The Aegean Pearl · Coral · Seven Seas Navigator · Bleu De France · Le Ponant

Budget għall-isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-budget għall-isport bħala persentaġġ tal-budget tal-gvern għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.