Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11398 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali li wettqu proġett ta' bini ta' xi faċilità sportiv matul l-aħħar sentejn? X'kien l-impenn finanzjarju ta' kull kunsill lokali għal kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 15507
Leg 11 PQ #15339 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjazza Santa Margerita f'Bormla — Public Convenience

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14874 fejn staqsejt dwar Public Convenience fi Pjazza Santa Margerita, Bormla, li ilha ppjanata biex issir ħafna u ħafna snin, u fejn l-istess Prim Ministru qal fir-risposta tal-istess mistoqsija parlamentari "li jien infurmat illi l-permess għal dan l-iżvilupp għadu ma nħariġx", jista' l-Prim Ministru jiċċekkja għax minn l-informazzjoni li għandi, l-permessi għal din l-applikazzjoni bin-numru li qed jingħata seperatament, ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fid-9 ta' Settembru 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-applikazzjoni ġiet approvata mill-Bord tal-Kontroll ta’ l-Iżvilupp fid-9 ta’ Settembru 2009. Il-kundizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni kienu jinkludu s-sottomissjoni ta’ garanzija bankarja li ġiet ikkonfermata fis-26 ta’ Jannar 2010. Il-permess ġie komplut u jiddata l-4 ta’ Marzu 2010.
Leg 11 PQ #15514 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — separazzjoni ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom bins fejn jista' jiġi separat l-iskart? Kemm hemm f'kull lokalità konċernata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15514 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #15980 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

permessi għal wind turbines f'dar residenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li f'dar residenzjali jitwaħħal wind turbine? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jkun ikkunsidrat li dawn ikunu permessi li jeħlu fid-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14934, li tista tgħin għall-mistoqsija tiegħu. Minħabba r-raġunijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari msemmija hawn fuq, f’dan l-istadju u fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-impatti ta’ turbini domestiċi f’inħawi residenzjali, mhux rakkomandat illi ssir proliferazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ turbini f’inħawi abitati. Għalhekk, minħabba dan it-tħassib, applikazzjonijiet għal turbine tar-riħ f’inħawi residenzjali x’aktarx li ma jingħatawx rakkomandazzjoni pożittiva ħlief jekk jieħdu sehem fi skema sabiex tinġabar informazzjoni fuq stallazzjonijiet bħal dawn f’inħawi residenzjali. Il- policy guidance dwar il-“ microwind turbines” li ġiet ippublikata fix-xhur li għaddew ġiet indikata din il-possibilità.
Leg 11 PQ #16898 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq San Ġwann Bormla - xogħlijiet fuq ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-appartamenti fl-area ta' Triq San Ġwann Bormla ilhom li ġew abitati, meta se jsir ix-xogħol fuq il-ġnien quddiem il-Cospicua Rangers, li ilu fi stat disastruż għal ħafna snin? Jista' għalanqas jingħata time frame meta se jsir dan ix-xogħol għax ilhom jingħataw dati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 18845.
Leg 11 PQ #19273 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas overtimeminn kull kunsill għas-snin 2007, 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #19630 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wage Regulations Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar kopja riċenti tal-Wage Regulations Orders?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm wieħed u tlettin Wage Regulation Order jew Ordni għal Kunsill tal-Pagi fis-seħħ bħalissa li jirregolaw il-kundizzjonijiet minimi tal-impieg f’setturi varji. Dawn jistgħu jiġu mniżżla mil- website provduta mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern dwar il-liġijiet ta’ Malta, li l-link għalija hija http://www.justiceservices.gov.mt/LOM.aspx?pageid=27&mode=chrono&gotoID=452.

Operazzjonijiet tal-hip replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-hip replacement matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-dettalji dwar operazzjonijiet ta’ hip replacement huma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Xahar 2010 Total Hip Replacement (THR) (ICD-9 CM PCS Code: 81.51) THR Revision (ICD-9 CM PCS Code:81.53) Jannar 8 2 Frar 11 1 Marzu 5 1 April 4 0 Mejju 2 1 Ġunju 5 1 Total 35 6

Operazzjonijiet tal-cartilage

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-cartilage matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena saru 175 operazzjoni tal-cartilage. Id-dettalji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Xahar 2010 Numru ta’ Knee Arthroscopies Jannar 36 Frar 26 Marzu 28 April 27 Mejju 25 Ġunju 33 Total 175 Għall-fini ta’ din il-mistoqsija parlamentari t-terminu ‘l-operazzjonijiet tal-cartilage’ ġie meħud li bih l-Onor. Interpellant jrid ifisser Knee Arthroscopies.
Leg 11 PQ #20296 Sitting 264 2010-10-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention officers mal-Klandestini — salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm detention officers mal-klandestini? Kemm hu s-salarju tagħhom fix-xahar? Jista' jikkonferma jekk hemmx persentaġġ mill-istess salarju li jitħallas minn fondi mill-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, kemm hu dan l-ammont? Kif inhu paragunat il-ħlas tad-detention officers Maltin ma dawk f'pajjiżi oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 177 impjegati bħala Temporary Detention Services Officers . Infurmat ukoll li s-salarju bażiku ta' dawn l-uffiċjali huwa l-minimu ta' Skala 14 jiġifieri, €12,132.00 fis-sena u li ebda persentaġġ mill-istess salarju ma jitħallas minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Skema biex persuna li tgħix f'post tal-gvern issir sid ta' darha

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa hemmx skema sabiex persuna li tgħix f'post tal-gvern issir sid ta' darha? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li skema ta' dan it-tip toħroġ fil-futur qarib?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post tinsab magħluqa. Mhux ippjanat li din l-iskema terġa' tiftaħ fil-futur qrib.

Kunsilli lokali — ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk hux minnu li kull kunsill lokali jrid jiddedika tal-inqas ġurnata waħda fil-ġimgħa għall-ġbir tal-iskart separat fil-boroż griżi? Jista' jgħid ukoll jekk allura f'din il-ġurnata fejn jinġabar l-iskart f'boroż griżi, isirx ġbir tal-iskart domestiku? Hemm xi regola dwar kif u meta jsir l-ġbir tal-iskart mill-kunsilli lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi kull lokalita għandha minn tal-inqas ġurnata waħda fil-ġimgha meta tiġbor l-iskart separat. It-Tlieta hija l-ġurnata fejn l-iktar li jinġabar skart tal-boroz grizi. F’din il-ġurnata jista jinġabar ukoll l-iskart domestiku imma bħala vjaġġ separat u dan il-ġbir isir fid-diskrezzjoni tal-kunsill lokali. Ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-iskart hija tal-kunsilli lokali, u għaldaqstant kull kunsill jista’ jiddeċiedi kif u meta jsir il-ġbir ta’ kwalunkwe skart fil-lokalità tiegħu.

Proġett Il-Bejta

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19535, l-Ministru qalet li l-proġett Il-Bejta beda jiffunzjoni f'Mejju 2010, tista' l-Ministru tgħid x'apparat inxtara għal dan il-proġett u kemm ħaddiema ġew reklutati biex joperaw dan il-proġett? Kif ġew reklutati? Kemm studenti qed jipparteċipaw fih? Meta qed isiru l-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Apparat li nxtara għal dan iċ-ċentru jinkludu purtieri, fannijiet, għamara għat-tfal (bħal siġġijiet u mwejjed), notice boards, varjeta ta’ gugarelli għall-ġewwa, varjetà ta’ ġugarelli kbar li jintużaw fil-btieħi, kotba, soft flooring għall-ġewwa, soft flooring għall-btieħi, kċina attrezzata bl-appliances, dispensatur tal-ilma, televizzjoni, DVD, 2 computers, intercom, sistema ta’ hall porter, settijiet tat-telefon, kamera tar-ritratti, laminator, binder, nappy changer, cots, apparat għall-bżonnijiet tat-trabi (bħal sterilizer, monitors, baby trainer), 2 laptops, printer u telefon. F’dan il-proġett hemm 6 ħaddiema. Tlieta minn dawn il-ħaddiema diġà kienu jaħdmu mal-Fondazzjonai għas-Servizzi Edukattivi u ġew mitluba jagħtu s-servizzi tagħhom f’dan iċ-ċentru. Tlett ħaddiema oħra ġew impjegati wara sejħa pubblika. It-turnover ta’ studenti minn Mejju 2010 sa Ottubru 2010 huwa dak ta’ 31 tifel u tifla. Is-servizz jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8.00am sas-2.30pm.

Kottonera — Skejjel tal-Istat - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma x-xogħlijiet li saru fl-iskejjel tal-istat tal-Kottonera b'mod separat, matul dan is-sajf? X'kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet tal-Kataretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kataretti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena saru 1,160 operazzjoni tal-katarretti. Id-dettaji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Xahar 2010 Numru ta’ operazzjonijiet Jannar 155 Frar 157 Marzu 171 April 186 Mejju 259 Ġunju 232 Total 1,160

Ftehim kollettiv

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19683, jista' l-Ministru jindika kemm ikopru ħaddiema dan il-ftehim kollettiv b'mod separat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Tal-Qroqq — Skate Park - ilbies protettiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid taħt minn taqa' r-responsabilità tal-skate park li hemm fl-area ta' Tal-Qroqq? Min qed jissorvelja li kulħadd ikun responsabbli sabiex ħadd ma jippratika dan l-isport mingħajr l-ilbies protettiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iSkate Park f’Tal-Qroqq għadda taħt ir-responsabbilita’ tal-Kunsill Malti għall-Isport, KMS. Sa’ llum mhux issir sorveljanza fuq l-ilbies protettiv. Madankollu tajjeb jingħad ukoll li fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet biex jitnaqqas kull periklu li seta’ kien hemm. Barra minn hekk ġie kkummissjonat rapport biex jindividwa xi nuqqasijiet oħra biex dawn issa bdew jiġu indirizzati wkoll. Dan qed isir biex il-faċilità tkun tista’ titgawda minn kulhadd fl-akbar sigurtà.

White Rocks — Proġett - tindif u tiswija ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol neċessarju ta' tindif, kif ukoll tiswija ta' bozoz maqtugħa fl-area ta' fejn hemm il-ħsieb li jsir il-proġett tal-White Rocks, u dan peress li qed jinħoloq lok ta' abbuż fl-area frekwentata minn tfal u żgħażagħ biex jipprattikaw xi sport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Università ta' Malta — sejħa għall-Beadle

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa ta' Beadle fl-Università? Minn fejn kienu l-applikanti? Fiex wasal l-proċess tal-għażla? Kemm se jiġu ngaġġati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.