kunsilli lokali — ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kienx hemm kunsilli lokali li f'dawn l-aħħar tliet snin mill-2006 sal-lum, approvawx ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed (extra work eċċ.) barra dawk li kienu indikati fil-kuntratt jew li kienu jagħmlu parti mill-istess kuntratt, eċċ.:
a) liema huma dawk il-kunsilli;
b) kemm kien il-ħlas dovut;
ċ) lil min tħallsu; u
d) ingħataw b'xi kwotazzjoni jew tender jew inkella b'direct order, f'kull każ x'kienet ir-raġuni?
kunsilli lokali — awdituri mqabbda mill-Awditur Ġenerali
Question
Jikkonferma jew jiċħad il-Prim Ministru li l-awdituri mqabbda mill-Awditur Ġenerali biex jeżaminaw l-andament u l-imġieba finanzjarja tal-kunsilli lokali sabu rregolaritajiet li jikkonċernaw pagamenti approvati u mħallsa minn kunsilli lokali lil diversi suppliers meta l-invoices relattivi kienu jew mhux kif għandhom ikunu jew mhux korretti billi, fost affarijiet oħra, ikunu indirizzati lill-entitajiet oħrajn u mhux lill-kunsilli? Jekk fl-affermattiv:
a) liema huma dawn il-kunsilli;
b) liema huma l-invoices li l-awdituri kienu qed jagħmlu referenzi għalihom fir-rapporti tagħhom;
ċ) l-ammonti ta' kull invoice;
d) jekk id-dipartimenti jirriżultalux li s-sindku jew xi kunsillier tal-kunsill involuti, għandu konnessjoni ma' dawk l-entitajiet li l-invoices kienu indirazzati lillhom; u
e) jekk ittieħdux passi jew hemmx xi ħsieb li jittieħdu?
Jidhirlu li dawn huma każijiet serji ħafna li jmorru kontra r-regolamenti finanzjarji u għandhom jittieħdu bl-aktar serjetà?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Mr Speaker.
Kunsilli lokali — multi mhux miġbura mit-Tribunali Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx kunsilli li għandhom multi mhux miġbura li t-Tribunali Lokali ddeċieda favur tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli? X'inhu l-ammont tal-multi mhux miġbura ta' kull kunsill lokali sena b'sena minn mindu waqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kienx hemm kunsilli li daħlu fi twinning agreement matul is-snin 2008 - 2010;
a) min kienu l-kunsilli;
b) ma' min sar it-twinning agreement;
ċ) x'kien l-ammont globali involut kompriżi dawk soċjali bħal drinks, ikliet, riċevimenti, kiri ta' lukandi eċċ.
d) jekk id-dipartiment kienx ġie infurmat b'dawn it-twinning agreements u fil-każ meta kien infurmat;
e) kienx hemm kunsilli li eċċedew il-limitu stabbilit bil-Legal Notice Nru. 144/2009 - Local Councils (Twinning) Regulations 2009;
f) liema huma dawn il-kunsilli; u
g) x'passi ttieħdu, jekk ittieħdu, u jekk ma ttieħdux għaliex?
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokali u reġjonali li żammew konferenza stampa tul dawn l-aħħar sitt xhur; a) min huma l-kunsilli lokali;
b) x'kienet il-materja tal-konferenza stampa;
ċ) meta saret il-laqgħa tal-kunsill-kumitat reġjonali li fiha sar qbil li tinżamm il-konfereza stampa;
d) kienx hemm qbil dwar il-punti mqajjma waqt il-konferenza stampa;
e) kienx hemm vot, ir-riżultati tiegħu u min kienu favur u kontra; u
f) id-data tal-laqgħa li fiha ġiet diskussa u maqbula li ssir konferenza stampa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Konferenzi Stampa huma bin-natura tagħhom affarijiet pubbliċi u allura diġà qegħdin fid-dominju pubbliku. Ma jinżammux records ta’ din ix-xorta mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jinforma kemm kien hemm impjegati mal-entitajiet pubbliċi f'Diċembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mal-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment f’Diċembru, 2009, kien hemm ħamest elef u wieħed u disgħin (5091) impjegat.
Tista' l-Ministru tgħid kif, jum b'jum, qed tintuża l-pixxina nazzjonali u minn min qed tintuża? Tista' tgħid ukoll x'kienet l-ispiża, kemm rikorenti kif ukoll kapitali li ntnefqet għall-pixxina nazzjonali matul is-sninn 2008/2009 sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-Isport — flus biex inbnew pitches tal-football
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kien is-sehem tal-Kunsill Malti għall-Isport, matul is-snin 2008, 2009 u 2010 sena b'sena sabiex inbnew pitches tal-football? Tista' taqsamhom ukoll skont għal liema proġett intnefqu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tikkunsidra li l-ground tat-tarmak tal-iskola primarja ta' Bormla jinbidel f'wieħed b'wiċċ artifiċjali sabiex jitgawda aħjar u b'aktar sigurtà għat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u Familja qed jistudja b’mod attiv il-possibilità li l-grawnd li jinsab quddiem l-iskola primarja ta’ Bormla jintuża b’mod aħjar għal ġid tal-istudenti tal-istess skola. Dan isir b’konsultazzjoni mal-Kulleġġ Sta Margerita u mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada. Madankollu, biex dan isir, trid tiġi ċċarata s-sitwazzjoni marbuta ma’ min huwa responsabbli għal din il-biċċa art, li bħalissa ma tinsabx taħt ir-responsabilta’ diretta tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u Familja.
Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf il-post fi Triq il-Polverista, Bormla li jiġi fuq il-Ġibjuni ta' Santa Liena, liema post sar miżbla b'detriment għar-residenti tal-akkwati? Jista' jara li wara jsir dan it-tindif issir xi ħaġa sabiex ma jerġax jisfa fl-istat li qiegħed, kaġun ta' min hu irresponsabbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi wara li ġie reġistrat rapport fid-Direttorat tal-Indafa ftit tal-ġimgħat ilu dwar din iż-żona qed isiru l-arranġamenti biex isir tindif permezz ta’ makkinarju kif ukoll ħaddiema tal-istess Direttorat fil-jiem li gejjin. It-tieni parti tal-mistoqsija ma tikkonċernax il-Ministeru tiegħi u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru devoluzzjonijiet ta' proprjetà tal-gvern lill-kunsilli lokali matul dawn l-aħħar għaxar snin? Liema kienu l-proprjetajiet, lil liema kunsill għaddew u jekk kien hemm kirja/ċens ta' kemm kien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ 121 kuntratt ta’ devoluzzjoni ta’ proprjetà tal-Gvern li ġew mgħoddija lil-diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar għaxar snin. Dawn il-proprjetajiet ġew mgħoddija lill-kunsilli lokali b’titolu ta’ kirja.
White Rocks — area għall-għaqdiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra (privati u mhux) li għandhom xi lok fl-area tal-White Rocks fejn hu proġettat li jsir il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Talba lill-Protezzjoni ċivili, pulizija jew armata minħabba l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-għajnuna lill-Protezzjoni Ċiviloi/Pulizija/Armata fil-ġranet 24 u 25 ta' Ottubru 2010 meta maltempata qawwija laqtet lil pajjiżna? Jista' jaqsam dawn it-talbiet bejn ilmijiet f'residenzi, karozzi wieqfa fl-ilmijiet u raġunijiet oħra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-ġranet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċeva 311 telefonata fuq in-numru ta’ emerġenza 112, li minnhom 77 kienu talbiet għal assistenza kawża tal-maltemp li laqat lil-pajjiżna, kif ġej:
Fl-24 t’Ottubru 2010
Għargħar f’postijiet residenzjali 19
Karozzi wieqfa fl-ilmijiet 8
Fil-25 t’Ottubru 2010
Għargħar f’postijiet residenzjali 30
Għargħar f’żoni industrijali 10
Infurmat ukoll illi filwaqt li fil-25 t’Ottubru ma ġewx rekordjati talbiet dwar karozzi wieqfa fl-ilmijiet, id-Dipartiment intervjena mill-anqas fi 17-il każ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat għajnuna matul dawn l-aħħar għaxar snin lill-għaqdiet sportivi għall-bini jew irranġar ta' faċilitajiet sportivi sena b'sena? Jista' jgħid x'kien il-proġett u kemm ġew ivvutati flus għal kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mil-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-istatistika miżmuma hija mis-sena 2004 minn meta twaqqaf il-Kunsill Malti għall-Isport.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Armata tippermettix sabeix membri tagħha jmorru jistudjaw l-Università matul il-ħin tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kien hemm min ibbenefika minn din l-opportunità matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Għalxiex daħlu jistudjaw f'kull każ u fiex iggradwaw? Xi jkunu l-vantaġġi u benefiċċji li tgħaddi l-Armata lil min ikun irnexxielu jispiċċa l-kors?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' atleti li bbenefikaw mill-iskema 20/20 matul is-sena 2009? Ma' liema dipartiment kienu impjegati? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet li ġew rifjutati? X'kienet ir-raġuni wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul l-2009 kien hemm disa’ atleti li bbenefikaw mill-iskema 20/20
Sport Training Leave Scheme
. Dawn kienu jaħdmu, wieħed mal-Enemalta, tlieta mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, tnejn mad-Divizjoni tas-Saħħa, wieħed mad-Divizjoni tax-Xogħolijiet u tnejn mal-Kunsill Malti għall-Isport.
Kien hemm applikazzjoni waħda li kienet rifjutata minħabba li l-atleta ma kienx impjegat fis-Settur Pubbliku.
Tista l-Ministru tgħid jekk minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea sal-lum kienx hemm fondi li minnhom ibbenefikaw għaqdiet sportivi? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'kien l-ammont, min ibbenefika u għal liema skop ingħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bormla — Ġnien C. Mifsud Bonniċi - latrina pubblika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5478, fejn il-Prim Ministru qal li qed isir tibdil fil-pjanti sabiex tkun tista' tinbena latrina pubblika fi Ġnien C. Mifsud Bonniċi Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress peress li reġa' wasal sajf ieħor u dan il-ġnien jerġa' jibda jkun frekwentat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 14874.