Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu importati u ta' liema ċilindraġġ kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi
second hand
li ġew reġistrati fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-24 ta` Novembru 2010 kien ta` 7,863 vettura.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-ammonti ta’ vetturi
second hand
reġistrati xahar b’xahar, mill-pajjiż li ġew impurtati kif ukoll skont iċ-ċilindraġġ tagħhom.
Peress li l-area ta' Hanover Street Bormla kienu vakanti numru ta' postijiet sabiex isir proġett ta' slum clearance, tista' l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol ta' twaqqigħ? Fiex se jkun jikkonsisti? Kemm se jdumu ma jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom qed isiru l-pjani neċessarji sabiex jinbeda l-proġett ta’ slum clearance f’Bormla.
White Rocks — area għall-għaqdiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra (privati u mhux) li għandhom xi lok fl-area tal-White Rocks fejn hu proġettat li jsir il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, għandhom lok fl-area tal-“White Rocks” fejn hu proġettat li jsir il-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-Università li ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla u Kalkara u Xgħajra lokal b'lokal maqsuma skont il-kors u s-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-MCAST ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra, lokal b'lokal maqsuma skont il-kors u s-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li huma intitolati għall-benefiċċju tal-Enerġija? Kif jinħadem l-ammont ta' benefiċċju li jingħata lil min ikollu d-dritt?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19427.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom matul is-sena 2010? Minn liema settur kienu;
b) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li bdew joperaw Malta matul is-sena 2010? Minn liema settur kienu; u
ċ) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li kellhom estensjoni għal tkabbir matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta fl-ewwel parti tal-mistoqsija diġa ngħatat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20276.
Matul l-2010 ġew approvati 16–il proġett minn setturi varji inklużi l-manifattura, ħarsien tal-ambjent, ICT, teknoloġija, bioteknoloġija,
crafts
, arti u preservazzjoni. Ġew approvati ukoll 10 proġetti ta’ espansjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk li bbenefikaw minn ħlasijiet bħal rifużjoni meta l-proprjetà tagħhom ġiet esproprjata mis-sena 1960 sal-lum sena b'sena? Kemm kien l-ammont li tħallas f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ground C f'Kordin jingħata l-attenzjoni u jsirlu x-xogħol li jistħoqqlu sabiex ikun fi stat li jista' jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex dan il-ground ikun jista’ jintuża’ bl-aktar mod effettiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Armata tippermettix sabeix membri tagħha jmorru jistudjaw l-Università matul il-ħin tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kien hemm min ibbenefika minn din l-opportunità matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Għalxiex daħlu jistudjaw f'kull każ u fiex iggradwaw? Xi jkunu l-vantaġġi u benefiċċji li tgħaddi l-Armata lil min ikun irnexxielu jispiċċa l-kors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ippermettiet lil xi membri tagħha jieħdu ammont ta’ ħin mix-xogħol fil-ġimgħa sabiex ikunu jistgħu jattendu korsijiet l-Universita` waqt il-ħin tax-xogħol. F’kull kaz, dawn kienu marbutin ma’ linji gwida li jinsabu fil-Manual on Staff Development in the Public Service. Il-FAM tinkoraġixxi lil membri tagħha sabiex itejbu it-tagħlim tagħhom billi l-Forza tiddependi mill-kapaċita` u professjonalita` tal-membri li jiffurmawha. B’dan it-taħriġ estern, il-FAM tiżgura li l-membri tagħha jtejbu il-livell tax-xogħol u li jkunu versatili u kapaċi jaddattaw għall-bidliet b’mod pożittiv.
Mis-sena 2000, kien hemm żewġ Kadetti Uffiċċjali li tħallew ikomplu l-aħħar sena tagħhom tal-kors
full-time
l-Universita` wara li kienu ntgħażlu bħala kadetti:
Degree in Anthropology & Geography Awwissu 1999 – Marzu 2000
Degree in Sociology Novembru 2003 – April 2004
Minn dak iż-żmien l’hawn, l-eta` massima tad-dħul tal-kadetti uffiċċjali lawrati telgħet mit-23 sena għall-25 u ma kienx hemm lok iżjed għall-arranġamenti ta’ din ix-xorta.
Apparti dawn, kien hemm numru ta’ korsijiet l-Universita’ fejn attendew membri tal-FAM għal xi sigħat fil-ġimgħa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn il-korsijiet kellhom konnessjoni diretta max-xogħol tal-individwi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumpaniji tal-awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — laptops u notebooks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vacancies għall-istudenti fis-sajf
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vaganzi? Jekk fl-affermattiv, fejn se jkunu, xi kwalifiki se jkunu mitluba u kemm se jidħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan is-sajf kien hemm dawn il-vacancies għal studenti li kienu impjegati temporanjament permezz tal-programm Summer Student Placement Scheme kif ġej:
MITC (IMU, DCS) - 4
MGTIL - 2
MITA - 17
MCA - 5
Transport Malta - 37
Passport Office - 3
Il-kwalifiki li ntalbu kienu ta' livell ta' edukazzjoni O Level, A Level jew Diploma bi studju fil-qasam ta' l-informatika u t-teknoloġija fl-Università, MCAST jew istituzzjoni oħra ekwivalenti. Il-lista ta' l-istudenti li ġew impjegati fis-sajf għaddiet għand l-Student Maintenance Grant Board.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm f'Santa Liena, Bormla, hux responsabbilità tal-Kunsill Lokali ta' Bormla jew tal-Gvern Ċentrali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li kulmin ifettillu jista' jmur u jiġbed l-ilma għal ġol-bowser mingħajr kontroll? Jista' jgħid jekk hemmx xi kontrolli sanitarji fuq dan l-ilma, li fl-akbar probabilità qed jinbiegħ għall-konsum domestiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ġibjun huwa amminstratt mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kull kunsill lokali, kemm sar safar matul is-sena 2009? Min mill-kunsilliera kien involut f'dawn is-safar? X'kienet id-destinazzjoni? Kemm swiet lill-kunsilli lokali u x'kienet ir-raġuni għal kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14503, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Birgu — proġett bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien
Question
Issa li ġie approvat il-proġett ta' tisbiħ fl-area bejn Dock 1 u l-monument tal-Ħelsien, il-Birgu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti hekk kif sottomessi u approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol u meta se jitlesta? X'inhi l-ispiża ta' dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-permess PA 2287/09 ġie mpustat fit-18 ta’ Marzu 2010.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi u kopja tal-Pjanti li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett in kwistjoni mistenni jibda fix-xhur li ġejjin u huwa pproġettat li jitlesta fi żmien sena salv imprevvisti waqt ix-xogħol, bi spiża totali ta’ madwar €1,800,000.
kunsilli lokali li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli lokal mill-2006 sal-lum li organizzaw lunches/dinners fil-festi tal-Milied u tal-aħħar tas-sena għall-istaff tagħhom imħallsa mill-fondi tal-kunsill? Liema huma dawn il-kunsilli? Fejn saru dawn l-attivitajiet u x'kienet l-ispiża ta' kull attività sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’ riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15987, qed inpoġġi fuq il Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-safriet kollha li saru mis-sindku u/jew kunsillieri lokal b'lokal bejn is-sena 2003 - 2010, fuq xogħol marbut mal-kunsill? Kemm damu f'kull każ u x'kienet ir-raġuni wara kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 14503.
Jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra l-proċedura stabbilita fit-termini tar-regolamenti finanzjarji, il-proċedura dwar l-għoti ta' sponsorships lill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-gvern, inkluż il-kunsilli lokali:
a) jekk kienx hemm entitajiet pubbliċi li għalihom qed issir referenza u kunsilli lokali matul il-perjodu 2006 sal-lum, ingħataw
sponsors
ta' kull xorta, inkluż dawk finanzjarji;
b) jekk fl-affermattiv, liema kienu x-xorta ta' sponsor u l-ammont f'termini finanzjarji, entità b'entità u kunsill b'kunsill;
ċ) jekk il-proċedura stabbilita kif spjegata ġietx segwita, jekk le, min kienu dawk li ma segwewx din il-proċedura u jekk ittieħdux passi neċessarji; d) jgħid ukoll l-iskop tal-sponsorship mogħti u jekk dawn stante li ħadd ma jagħti xejn għal xejn humiex marbuta ma' xi skop partikulari?