Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' abbużi fuq għalliema matul is-sena 2010, xahar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2010, ir-rapporti ta’ abbuż fuq għalliema fl-iskejjel kien kif ġej:
- Tlieta (3) minnhom student ħebb għall-għalliem u wieħed (1) kien theddid;
- Każ wieħed (1) ta’ fastidju sesswali;
- 19-il każ ta’ kliem mhux xieraq minn studenti lejn l-għalliem.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel li m'għandhomx faċilitajiet sportivi fejn l-istudenti joħorġu jirrikreaw ruħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull skola għandha bitħa fejn it-tfal jirrikrejaw ruħhom u jagħmlu sport. Biż-żmien f’numru ta’ skejjel qed inżidu l-faċilitajiet sportivi (eż: grawnds tal-football, tracks, eċċ.).
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul ix-xahar ta' Diċembru 2010 ? Jista' jgħid x'tip kienet u kemm kienu l-ammonti għal kull każ, kif ukoll fejn inqabdet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-droga maqbuda matul ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra kienet kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Cocaine
0.3grm
Cannabis resin
10kg005.4grm
Cannabis grass
32.1grm
Cannabis plant
10 plants
Ecstasy
998 tablets
LSD
2 micro dots
Mephedrone
2.8grm
Infurmat ukoll illi din id-droga nqabdet fl-ajruport, l-Ibraġġ, Paċeville, San Pawl il-Baħar u Ħal Tarxien.
Persuni taħt l-età fi ħwienet tax-xorb u divertiment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni taħt l-età fi ħwienet u stabbilimenti tax-xorb u divertiment matul ix-xahar ta' Diċembru 2010? Jista' jgħid f'liema lokalità kien kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru tas-sena l-oħra kien hemm 21 persuna taħt is-17-il sena li nstabu f’postijiet ta’ divertiment ġewwa San Ġiljan, Floriana u Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu fejn mhux suppost matul ix-xahar ta' Diċembru 2010? F'liema lokalità sar kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta' Diċembru tal-2010 kien hemm 74 persuna li nqabdu jpejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru taħrikiet kontra kontavvenzjonijiet tat-traffiku matul ix-xahar ta' Diċembru 2010? Jista' jgħid kemm minnhom saru bejn l-ewwel u l-15 ta' Diċembru u dawk bejn is-16 ta' Diċembru u l-aħħar tas-sena? Jista' jgħid ukoll f'liema lokalità saret kull kontravvenzjoni ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 u l-15 ta’ Dicembru tal-2010, il-Pulizija ħarġet 2,898-il ċitazzjoni għal diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku fid-diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, filwaqt li bejn is-16 ta’ Diċembru u l-aħħar tas-sena ingħataw 2,619.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul ix-xahar ta' Diċembru 2010, inqabdux ħwienet u stabbilimenti ta' divertiment li kienu qed jiksru l-liġi ta' sound esaġerat jew li baqgħu miftuħin wara l-ħin stabbilit?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta' Diċembru tal-2010, il-Pulizija ħarġet 19-il ċitazzjoni dwar daqq ta' mużika b'volum għoli fi stabbilimenti kummerċjali u 5 oħra talli baqgħu miftuħin wara l-ħin permess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru roadblocks matul ix-xahar ta' Diċembru 2010 ? F'liema lokalità saru ? Jista' jgħid kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż? X'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, il-Pulizija għamlet 48 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li fihom ġew mogħtija 202-il ċitazzjoni dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk li bbenefikaw minn ħlasijiet bħal rifużjoni meta l-proprjetà tagħhom ġiet esproprjata mis-sena 1960 sal-lum sena b'sena? Kemm kien l-ammont li tħallas f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex tinġabar l-informazzjoni, tirrekjedi li tinġabar lista bid-dettalji tal-kuntratti kollha ta’ xiri ta’ proprjetà mill-gvern tul dawn l-aħħar ħamsin sena. Biex tiġi ppreparata din il-lista, tieħu diversi xhur ta’ xogħol minn numru ta’ nies. Ta’ min isemmi li l-kuntratti kollha li ġew konklużi dwar ħlasijiet ta’ kumpens, huma pubbliċi u għalhekk jistgħu jiġu eżaminati minn kullħadd. Però qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tal-ħlasijiet li saru kull sena, mis-sena 2000 sallum.
Peress li l-permessi għax-xogħol b'fondi mill-Unjoni Ewropea għal Xatt ir-Risq issa ħarġu, u peress li x-xogħol dam ma beda minħabba xi teknikalitajiet, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx data meta se jibdew ix-xogħlijiet? X'time frame hemm għall-istess xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet in kwistjoni jkunu jistgħu jinbdew wara li jkun konkluż il-kuntratt. Ix-xogħlijiet iridu jitlestew fi żmien disa' xhur.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt għal legal aid? X'irid isir sabiex persuna tibbenefika minn din l-għajnuna? Jista' jgħid ukoll min kienu l-avukati li servew bħala avukati tal-legal aid matul is-sena 2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 13848 u 16239 rispettivament.
Taħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir xi ħaġa u ssir reviżjoni fil-Liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex ġuvintur u xebbiet, li għalkemm mhux ta' età żgħira jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jitilfu l-impjieg tagħhom, jibbenefikaw minn xi għajnuna jekk idumu ma jsibu mpjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor interpellant li meta persuna titlef l-impieg tikkwalifika għal benefiċċju għad-diżimpieg li jitħallas għal perjodu ta’ 156 ġurnata (madwar sitt xhur). Kif jintemm dan il-benefiċċju, jista’ dak li jkun jagħmel talba għal Għajnuna Soċjali għal waqt il-qgħad. Biex persuna tikkwalifika għal din l-għajnuna jittieħed għal fini tat-test tal-meżżi d-dħul tal-familja (household) kollha.
Fir-rapport li sar biex tiġi aġġornata il-liġi dwar is-sigurta soċjali din kienet
issue
li ġiet diskussa.
Peress li ilna ħafna snin nisimgħu dwar il-proġett tal-Crafts Village Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fuq dan il-proġett? Jista' jgħid jekk kienx hemm deċiżjoni li dan il-proġett jitwarrab?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant lid-diskussjonijiet għadhom għaddejjin sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi tekniċi li ssemmew fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19182.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'inċentivi mill-Malta Films Commission minn meta bdiet l-iskema sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid liema kienu l-films li bbenefikaw u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' gradwati li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f'Jannar 2008/2009 u 2010? Jista' jgħid fiex huma gradwati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' użura għand il-pulizija matul is-sena 2010? Kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti matul l-istess sena dwar l-istess użura? X'inhuma l-pieni li wieħed jiffaċċja meta jinstab ħati tal-użura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena il-Pulizija kellha 7 rapporti dwar każi ta' użura, filwaqt li tressqu 4 persuni l-Qorti fuq akkużi ta' użura. Il-pieni għal dan ir-reat huma stabbiliti f'Artikolu 298C tal-Kodiċi Kriminali u jinkludu priġunerija ta' mhux aktar minn 18-il xahar u ħlas ta' multa bejn €2,329.37 u €34,940.60. Il-Qorti għandha ukoll torrdna lill-ħati sabiex jirrifondi dak l-ammont eċċessiv li jkun ġie stabbilit mill-Qorti stess bħala sproporzjonat. L-imputat jista' jieħu benefiżżju ta' tnaqqis fil-piena jekk qabel it-tmiem tal-kawża jħallas lura lill-vittma s-somma eċċessiva li jkun ħa mingħandha.
Peress li jidher li f'ċerti dipartimenti tal-gvern hemm nuqqas ta' skrivana, u peress li sar l-eżami għall-ingaġġ ta' skrivana mal-gvern ftit tax-xhur ilu, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir ingaġġ ta' aktar minn dawk li għaddew? Jekk fl-affermattiv, kemm se jiġu ngaġġati minn issa sa sitt xhur oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari diġà ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari numru 19111, 19351 u 21311.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-ilma ta' Dock 1 jinżamm nadif u dan peress li qed jinġabar ħafna ħmieġ fil-wiċċ tal-ilma li qed ikun kaġun ta' ħafna nemus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan l-ilment ġie mgħoddi lil Transport Malta li qed tieħu il-passi meħtieġa sabiex l-ilma jinżamm nadif.
Peress li kulħadd japprezza t-tibdil li sar għall-aħjar fil-Kottonera, jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li l-Mina ta' Għajn Dwieli, l-unika daħla għall-Kottonera tingħata dehra li jixirqilha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nieħu gost ninnota li l-Onor Interpellant japprezza t-titjib li sar fil-Kottonera bid-diversi proġetti li twettqu. Il-proposta tal-Onor. Interpellant hija nnutata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess li persuna impjegata maċ-Ċivil tingħata long leave (ta' aktar minn sitt xhur) sabiex f'dan il-perjodu taħdem x'imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, x'irid isir f'dan il-każ? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ simili kien hemm matul is-sena 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-impjegati fis-Servizz Pubbliku jistgħu jibbenifikaw min ħdax- il policy differenti li jiprovdu diversi opportunitajiet ta’ leave fit-tul biex l-impjegati jaħdmu barra nis-servizz. Dawn il-policies jinstabu f’Kapitlu 4 tal-PSMC li jista jiġi aċċessat on-line: http://www.mpo.gov.mt/downloads/PSMCOctober2009.pdf.
Huma miġburin ukoll fil-qosor fil-manwal msejjaħ “Handbook on Opportunities to work outside.the Public Service”
,
li jista’ jitniżżel
on-line
min dan l-indirizz:
http://www.mpo.gov.mt/info.downloads.html
. Dettalji proċedurali dwar kif wieħed jista' jibbenefika minn dawn l-opportunitajiet jinsabu kemm fil-PSMC kif ukoll fil-manwal.
Dan l-uffiċju approva 96 każ ta’ uffiċjali għall-
long leave
biex jaħdmu barra mis-Servizz Pubbliku fis-sena 2009. Fis-sena 2010 kien hemm 97.
Dwar dak il-
long leave
li jingħata biex uffiċjali jaħdmu barra mis-Servizz Pubbliku u li huwa delegat lil Ministeri rispettivi, l-Uffiċju tal-Prim Ministru approva 15-il każ.