Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22519 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Protezzjoni Ċivili li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ħames snin in-numru ta' membri tal-Protezzjoni Ċivili li soffrew xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom kien ta' 6, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Infurmat ukoll illi ma kien ebda membru li tilef ħajtu.
Leg 11 PQ #22520 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sick leave meħud minn membri tal-Korp tal-Pulizija wara li kienu weġġgħu waqt li kienu xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2006 2007 2008 2009 2010 1858 1167 526 501 856
Leg 11 PQ #22521 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — postijiet mqassma

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mill-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2010 fil-Kottonera? Tista' tgħid f'liema lokalità kienu u lil min ingħataw mnejn kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li applikaw għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' applikanti għal post alternattiv ġejjin mill-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ applikanti għal post alternattiv huwa kif ġej:- Bormla - 142 Isla - 63 Birgu - 38 Kalkara - 25

persuni li twaqqfilhom il-benefiċċju tal-għajnuna supplimentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li twaqqfilhom il-benefiċċju tal-għajnuna supplimentari matul is-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li twaqqfilhom il-benefiċċju tal-Għajnuna Supplimentari matul is-sena 2010 kien ta’ 2,126.

persuni li twaqqfitilhom l-għajnuna tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li twaqqfitilhom l-għajnuna tal-mard matul is-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li twaqqfitilhom l-għajnuna tal-mard matul l-2010 kien ta’ 980. Minn din il-figura 432 twaqqfu wara li l-benefiċċjarju ġie nieqes. L-oħrajn twaqqfu għal diversi raġunijiet bħalma hu żieda fid-dħul u kapital, il-persuna marida bdiet taħdem eċċ.

Ġnien George Bonello de Puis — watchman

Question

Issa li Ġnien George Bonello de Puis f'tas-Sliema huwa miftuħ għall-pubbliku, u peress li l-istess ġnien huwa mgħammar b'sistema ta' CCTV, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex qed ikun hemm watchman għassa mal-istess ġnien matul il-lejl?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi fil-ġnien hemm CCTV system li tirrekordja dak li jkun qed jiġri minħabba li fl-inħawi hemm ammont ta’inġenji u materjal tad-dipartiment konness ma’ xogħol ieħor li qed jitkompla wara l-perjodu tal-Milied u l-festi kif ukoll għax hemm ħtieġa li għal ċertu perjodu taż-żmien, it-turf ma jistax jintrifes biex ikun jista’ jikber sewwa, is-security officers tal-Ministeru qegħdin ikunu fil-post biex jassiguraw li din il-ħtieġa tiġi rispettata. Mhux eskluż li jinżammu security guards eventwalment jekk tinħass il-ħtieġa. Tajjeb wieħed jinnota li inkluż fl-Adventure Park f’Ta’Qali nżammet il-preżenza ta’ uffiċjali bħal dawn biex ikun assigurat li ma jsirx ħsara lill-playing equipment u l-materjal inġenerali tal-post.

ETC — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ maqsuma skont il-grad? Tista' tgħid kemm ivarjaw is-salarji bejn kull grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kulleġġ Santa Margerita Bormla — popolazzjoni ta' studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-popolazzjoni ta' studenti li jattendu l-Kulleġġ St. Margerita Bormla? Tista' tgħid kemm huma subien u kemm huma bniet? Tista' taqsamhom ukoll skont il-klassi li huma jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment ta' għalliema minn skola għall-oħra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema li talbu għal trasferiment mill-iskola li fiha jgħallmu għal skola oħra? Tista' tgħid f'liema skola attwalment jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għalliema li bidlu l-post fejn jgħallmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema li bidlu l-post fejn jgħallmu matul is-sena 2010? Tista' tgħid fejn kienu jgħallmu u fejn marru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li kienu assenti għall-aktar minn tlett ijiem konsekuttivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi matul is-sena 2010, xahar b'xahar u skont minn liema kulleġġ kienu ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħlijiet fl-iskejjel tal-Kottonera

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' irranġar fl-iskejjel tal-Kottonera matul is-sena 2010? Tista' tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal taħt is-16-il sena li ma jattendux skola

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex rapporti ta' tfal taħt is-16-il sena li ma jattendux skola? Tista' tgħid x'qed isir sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jgħixu ħajja ta' studenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm numru ta’ tfal taħt is-sittax il-sena li ma jattendux skola u li s-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali fi ħdan id-Dipartiment Servizzi Għall-Istudent jaspiraw li jilħqu lil dawn it-tfal permezz ta’ dawn il-miżuri: 1. Wieħed irid isemmi li bit-twaqqif tas-sistema tal-kulleġġi flimkien mad-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudent saret ħidma b’mod holistiku biex jitnaqqas l-assentejizmu fl-iskejjel. Is-servizzi f’ħdan id-Dipartiment Servizzi Għall-Istudent jingħataw lill-istudenti kemm fil-primarja kif ukoll fis-sekondarja. Minn Ġunju 2010 it-tim ta’ ħaddiema soċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi żdid b’għaxar ħaddiem soċjali flimkien ma’ Principal Social Worker . Wara li saret revizzjoni ta’ l-attendenza ta’ l-istudenti kollha minn fuq is-SIS, sar pjan ta’ hidma li beda matul ix-xhur tas-sajf. Fi ħdan il-pjan l-assentejizmu ser ikun ix-xogħol ewlieni tal-ħaddiema socjali matul din is-sena skolastika u s-snin li ġejjien b’mod partikolari ma’ l-istudenti tal-primarja. Mill-bidu ta’ din is-sena skolastika il-ħaddiema soċjali bdew ikunu b’mod regolari fl-iskejjel skond il-Kulleġġ li qegħdin jaħdmu fihom bil-għan li malli l-iskola tinfurmahom li hemm student li mhux qiegħed jattendi l-iskola regolarment dawn jagħmlu l-interventi tagħhom. Dan qiegħed iseħħ fl-iskejjel kollha tal-primarja u ukoll beda ħidma ma’ l-istudenti tas-sekondarja. Dan il-proġett beda b’mod regolari mix-xahar ta’ Lulju u sa’ Settembru ibbenifikaw 187 student mill-Primarja u 23 studenti tal-Form 1. Sar kuntatt ma’ dawn it-tfal u l-familji tagħhom sabiex b’hekk ikunu ppreparati għall-bidu tas-sena skolastika. Il-ħaddiema soċjali qegħdin jgħinu lill-familji u l-istudenti jgħelbu d-diffikultajiet li qed iżommuhom ‘il bogħod mill-iskola. Sar kuntatt ma’ dawn il-familji b’ittri, ‘home visits’, telefonati u ħafna laqgħat fl-Iskejjel rispettivi tat-tfal. F’ 119 il-każ fil-primarja u fi 22 każ fis-sekondarja, it-tfal qegħdin jattendu l-iskola regolarment. Il-Ħaddiema Soċjali qegħdin ikomplu jaħdmu mal-kumplament tal-każijiet u ma’ oħrajn li qed jiġu referruti direttament mill-iskejjel. Sa Diċembru ġew riferuti 45 student mill-primarja u 128 student oħra mis-sekondarja u dawn qed jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali. 2. Fil-ġranet li ġejjin, id-Direttorat għas-Servizz Edukattivi ser jilqa’ applikazzjonijiet għal-post ta’ Social Support Workers . Dawn il-ħaddiema ser jassistu lil-ħaddiema soċjali fil-ħidma tagħhom mal-familji biex jikkombattu l-assentejizmu. 3. Qiegħed isir ukoll proġett bejn il-ħaddiema soċjali u t-trainee career advisors ma’ l-istudenti tal-ħames sena fl-iskejjel sekondarji li qegħdin ifallu b’mod regolari. Dawn il-professjonisti flimkien joħolqu tailor-made programme li jassisti lill-istudent li għandu xi tfixkil fl-ambjent tal-familja.

Għeluq tal-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ingħalqet il-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Meta ttieħdet din id-deċizjoni u minn min? Jista' jgħid jekk din hix miżura temporanja jew permanenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Addolorata kienet għal ħafna żmien tiġi amministrata mill-Patrijiet Franġiskani. Ix-xogħol kien jinkludi tindif, servizzi ta’ Quddies funebri jew xi funzjonijiet oħra. Peress li l-patrijiet iddeċidew li jtemmu s-servizzi tagħhom b’seħħ mill-ewwel ta’ Jannar tal-2011, kellha tittieħed id-deċiżjoni li temporanjament il-kappella tiġi magħluqa sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet kif din ser topera u minn min. Qed isir kull sforz sabiex tinstab persuna jew persuni b’esperjenza u dedikazzjoni biex jieħdu ħsieb din il-kappella, kif ukoll jippreparaw u jassistu għall-funzjonijiet li jsiru fiha. Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Patrijiet Franġiskani tas-servizz li taw matul is-snin.
Leg 11 PQ #22468 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Korp tal-Pulzija — xogħol f'lejlet il-Milied u s-sena l-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu xogħol fil-lejl ta' lejlet il-Milied u f'lejlet il-bidu tas-sena l-ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-lejlet il-Milied kif ukoll lejliet l-ewwel tas-sena, il-Pulizija kienet in full force.
Leg 11 PQ #22469 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Korp tal-Pulizija — kavallerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li jiffurmaw parti mill-Kavallerija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp fit-Taqsima tal-Kavallerija tal-Pulizija mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-eżiġenzi u l-ħtiġijiet tal-kommunità.
Leg 11 PQ #22471 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — distretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-distretti tal-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid għal kull każ kemm hu n-numru ta' membri tal-korp, maqsuma skont il-grad tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab ifurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp jitqassmu skont it-topografija, demografija u l-ħtiġijiet oħra li l-Korp jikkonsidra minn żmien għal żmien. Qed inqiegħed l-informazzjoni dwar id-distretti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22472 Sitting 297 2011-01-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Korp tal-Pulizija — għeluq tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm spiċċaw membri mill-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2010 u dan wara li jkunu għalqu s-servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 49 membru li rtiraw mill-Korp tal-Pulizija u li kellhom 25 sena servizz jew aktar.