Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tagħha, xahar b'xahar? Tista' tgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Tista' tgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

karozzi/vetturi skrappjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi/vetturi matul is-sena 2010, xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi li ġew skrappjati matul is-sena 2010 xahar b’xahar huwa hekk kif ġej: Jannar 344 Frar 393 Marzu 411 April 420 Mejju 378 Ġunju 299 Lulju 295 Awissu 274 Settembru 369 Ottubru 358 Novembru 413 Diċembru 524
Leg 11 PQ #23462 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mal-IPSL? Jista' jaqsamhom skont il-grad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li Industrial Projects & Services Ltd għandha fuq il-kotba tagħha 601 impjegat li jokkupaw il-gradi skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23463 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-IPSL

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-IPSL? Meta jaħseb li se jsir l-iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ħaddiema tal-Industrial Projects & Services Ltd baqgħu jgawdu mill-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-Ftehim Kollettiv tal-entita’ fejn kienu impjegati preċedentament u għalhekk m’ hemmx ħtieġa ta’ Ftehim Kollettiv wieħed.
Leg 11 PQ #23464 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li weħlu sentenza ta' priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 weħlu xi sentenza ta' priġunerija? Jista' jgħid ta' kemm-il perjodu kienet kull sentenza? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom kienu Maltin, kemm minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn Third World Countries?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministreru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23466 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministreru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

skema għall-proprjetajiet tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se toħroġ xi skema sabiex inkwilini fi proprjetà tal-gvern ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post tinsab magħluqa. Għalkemm ma kienx ppjanat li din l-iskema terġa’ tiftaħ bħalissa qed jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm xi skema li tagħti opportunità li wieħed jixtri l-post tar-residenza li mikrija mingħand il-gvern.

Poliklinka — tqassim ta' siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-Poliklinici, wieħed wieħed matul ix-xahar ta' Diċembru? Jista' jaqsamhom bejn dawk li tqassmu mill-1 sal-15 ta' Diċembru u dawk mis-16 sal-aħħar tas-sena 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma tinżamx informazzjoni kemm jitqassmu siringi bil-ġurnata, miċ-ċentri tas-saħħa. L-ammont imqassam fix-xahar ta-Dicembru 2010, hu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Ċentru tas-Saħħa Ammont ta’ Siringi imqassma f’Diċembru 2010 Medja ta’ siringi imqassma kuljum Furjana 9700 313 Gżira 3700 119 Qormi 1500 48 Raħal Gdid 4800 155 Bormla 4900 158 Mosta 1084 35 Rabat 491 16

Walfarine u Lescol — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena, il-pilloli Walfarine u Lescol kienu out of stock u jgħid f'liema perjodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kemm il-Fluvastatin 20mgs kif ukoll il-Fluvastatin 40mgs kienu qed jitqassmu b’mod regolari mid-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Sahha) lid-diversi spiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel 6 ġimgħat tas-sena 2011. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika minn liema spiżerija kien hemm xi diffikulta’ dwar Fluvastatin u ghal liema doża qed jirreferi. Id-Dipartiment tal- Procurement (Taqsima tas-Saħħa) jixtri tlett dożi tal-pillola Warfarin – 1mg, 2mgs, 5mgs. Minhabba n-natura ta’ din il-pillola (li sservi sabiex traqqaq id-demm) huwa rakkomandat li d-dożi kollha jkunu tal-istess manifattur kif ukoll ‘ bioequivalent’ sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet serji li jinkludu fost l-oħrajn emorraġiji. Kemm il-Warfarin 2mgs kif ukoll il-Warfarin 5mgs kienu qed jitqassmu b’mod regolari mid-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) lid-diversi spiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel 6 ġimgħat tas-sena 2011. Il-pillola Warfarin 1mg ma kienitx in stock fil-bidu ta’ din is-sena ghaliex l-aġent lokali kien (u għadu) ‘ late on delivery’ minħabba li hemm nuqqas ta’ din id-doża ta’ din id-ditta fuq is-suq internazzjonali. Il-kuntrattur ġab stock limitat ta’ din id-doża f’nofs Jannar 2011 – liema stock tqassam kollu. Il-kuntrattur informa lid-Dipartiment li mistenni jwassal konsenja oħra sa nofs Marzu 2011. Sadanittant id-Dipartiment beda proċeduri ta’ xiri tal-pillola Warfarin 1mg tal-istess manifattur minn sorsi oħra, a spejjeż tal-aġent lokali.
Leg 11 PQ #23458 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — passing out parades

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm passing out parades ta' gruppi ta' rekluti ġodda tal-Forzi Armati ta' Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' rekluti f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li tul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm ħdax (11) il-passing out parade ta’ gruppi ta’ rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta’ Malta. In-numri tatall ta’ rekluti li għamlu l-Passing Out f’ dawn l-aħħar għaxar snin jammonta għall sitt mija tnejn u ħamsin (652) – id-distrubuzzjoni skond is-sena huwa kif elenkat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23459 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — korsijiet fl-Università

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm sejħa fil-Forzi Armati ta' Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin sabiex membri tal-istess Forzi Armati jattendu xi kors fl-Università ta' Malta? Jista' jgħid għal kull każ kemm kien in-numru ta' applikanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l- Forzi Armati ta’ Malta qatt ma ħarġet sejħa speċifika għall-applikazzjonijiet filwaqt li l-Armata dejjem tħeġġeġ għal iktar tagħlim fejn il-membri tagħha jkunu jistgħu japplikaw biex jattendu korsijiet l-Universita ta’ Malta. Ġeneralment, dawk il-membri tal-Forza li jattendu kors l-Universita’ , jagħmlu dan bl-inizjativa tagħhom.Dawn jistgħu jiġu megħjuna kemm billi jingħataw ħin mix-xogħol jew billi l-Forza tagħmel tajjeb għall-parti mill-ispejjez tal-kors, dan skond id-direzzjoni mogħtija fl-iStanding Orders relevanti, li se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra ma din it-tweġiba.Korsijiet l-Universita’ li attendew għaliihom membri tal-Forza tul dawn l-aħħar għaxar snin huma kif ġew spjegati fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru.20779, li kienet tressqet mill-Onor.Interpellant fit-28 ta’ Ottubru 2010. *Vide PL 8318 li ngħatat nhar it-Tlieta, 1 ta' Novembru fis-Seduta 400

roti armati bil-magna

Question

Peress li qed jiżdiedu dawk li jużaw roti armati b'magna żgħira, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi regoli sabiex ikollna aktar sigurtà fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-roti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma regolati bil-Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 65.26 dwar Regolamenti Dwar Ċikletti Bil-Pedali u Muturi B'Qawwa Baxxa.
Leg 11 PQ #18973 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — works manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ma kellhomx works manager mis-sena 2006 sal-lum? Kien hemm raġuni għal dan? B'liema mod kien qed issir l-iċċekkjar tal-ħlasijiet bħalma huma kejl tax-xogħlijiet, jekk ix-xogħol sarx skont kif mitlub u skont is-sengħa eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li ma kellhomx works manager mis-sena 2006 u l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21044 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — multi mhux miġbura mit-Tribunali Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx kunsilli li għandhom multi mhux miġbura li t-Tribunali Lokali ddeċieda favur tagħhom? Liema huma dawn il-kunsilli? X'inhu l-ammont tal-multi mhux miġbura ta' kull kunsill lokali sena b'sena minn mindu waqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Leg 11 PQ #22522 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Gwardjani - sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn gwardjani fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ġranet sick li ttieħdu mill-gwardjani wara injury waqt il-qadi ta' dmirijithom kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #22523 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Membri tal-Protezzjoni Ċivili — sick wara injury waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ġranet li ttieħdu sick wara injury li seħħet waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn membri tal-Protezzjoni Ċivili matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ġranet li fihom membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili naqsu milli jirrapurtaw għax-xogħol wara injury li seħħet waqt il-qadi ta’ dmirijiethom kien kif jidher hawn taħt:
Leg 11 PQ #22516 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin ? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt li kienu xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- 2006 2007 2008 2009 2010 124 59 69 70 66 Infurmat ukoll illi fl-2009 kien hemm ukoll membru tal-Korp li kien miet b’kawża naturali waqt li kien xogħol.
Leg 11 PQ #22517 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Forzi Armati li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Forzi Armati li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin ? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22518 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li soffrew minn xi inċident u/jew tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont is-sena li fihom seħħew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l'aħħar ħames snin in-numru ta' gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li soffrew minn xi inċident kien ta' 12, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Infurmat ukoll illi fl-2008 kien hemm gwardjan li kien miet fuq il-post tax-xogħol b'mewta naturali.