Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi rivati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma lill-Kamra kemm hemm fl-ambaxxati ta' Malta Locally Engaged Personnels Maltin? Fejn jinsabu u fejn huma obbligati jħallsu taxxi?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ambaxxati kollha ta' Malta madwar id-dinja hemm 21 Locally Engaged Personnel Maltin. Dawn iħallsu t-taxxi tagħhom fil-pajjiż fejn qed jaħdmu.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tax-Xogħol fuq kumpaniji tas-sigurtà fl-aħħar tliet snin u kemm minn dawn l-ispezzjonijiet sabu abbużi ta' kundizzjonijiet tax-xogħol u liema kumpaniji kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li mhux possibli li tingħata figura preċiża tan-numru ta’ spezzjonijiet li saru bejn Jannar 2008 u Mejju tal-2009 għax ma kienx għad hemm database fejn jinżammu dawn id-dettalji. Pero bejn Ġunju tal-2009 u Diċembru tal-2010 saru 93 spezzjoni fuq kumpaniji tas-sigurta’ li minnhom irriżulta li kien hemm 33 irregolarità.
Unit li jħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jindika x'sar mill-unit li kellu jitwaqqaf skont id-diskors tiegħu tal-Budget 2011, liema unit kellu jieħu ħsieb iħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi tal-Gvern u li allura qed jitħallsu minn flus il-poplu?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf x'passi qed jittieħdu mill-gvern sabiex jitwaqqaf l-abbuż ta' kumpaniji privati li qed jevadu l-liġi tax-xogħol billi joħolqu kuntratti ta' self employed fittizji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg qed jinvestiga xi rapporti anonimi li kellu f’dan ir-rigward biex jara s-sitwazzjoni preċiza x’inhi.
Jekk jirrizultaw provi suffiċjenti li l-ligi tax-xogħol ma tkunx qed tiġi osservata jittieħdu dawk il-passi neċessarji kollha biex tali liġi tiġi osservata.
Kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kuntratturi tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'passi qed jittieħdu mill-gvern sabiex ma jkunx hemm abbuż ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema ta' kuntratturi tal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir ix-xogħol fil-proprjetà tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, liema proprjetà fiha l-periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fil-fond indikat se jsir bejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar jew il-bidu tax-xahar id-dieħel, wara li ġie appuntat kuntrattur fis-17 ta’ Frar 2011 għal xogħlijiet ta’ tiswijiet strutturali fil-propjetà residenzjali tal-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq ir-residenzi fil-Verdala Housing Estate, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, peress li dan ix-xogħol jagħmel parti minn proġett li jaqa’ taħt dak il-Ministeru.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq ir-residenzi f'St Nicholas Married Quarters f'Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Ministru responsabbli għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, peress li dan ix-xogħol jagħmel parti minn proġett li jaqa’ taħt dak il-Ministeru.
B'referenza għall-artiklu li deher fl-4 ta' Frar fil-Malta Today intitolat 'Belgian press accuses Dar Malta of not paying taxes, social security' u li jirreferi għall-artikli li ġew ippubblikati f'ġurnali Belġjani, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma l-Kamra xi pjanijiet hemm biex jiġu regolarizzati dawn il-Locally Engaged Personnel? Jista' jinforma lill-Kamra kemm huma l-ispejjeż annwali biex l-impjegati jiġu regolarizzati skont il-liġi Belġjana?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fuq mistoqsija parlamentari numru 23437, nikkonferma illi l-Locally Engaged Personnel tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Eworopea u ta' l-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju ġew regolariżżati b'effett mill-1 ta' Frar 2011.
L-ispiża annwali għall-Gvern, bħala l-entita li tħaddem sabiex il-Locally Engaged Personnel tar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u tal-Ambaxxata ta' Malta għall-Belġju, ġew regolariżżati skont il-liġi Belġjana, se tammonta għal €34,479 f'sena.
Ambaxxati — taxxa, social contributions u national insurance
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma lill-Kamra li l-impjegati fl-ambaxxati Maltin kollha huma regolarizzati u jħallsu t-taxxa u s-social contributions u national insurancekif suppost?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjegati fl-ambaxxati Maltin kollha huma regolariżżati u jħallsu t-taxxa u s-social contributions u national insurance kif suppost.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati persuni ġodda mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar u f'liema grad? Kif sar kull impjieg, ċioe jekk hux b'sejħa pubblika jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.