Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla – berthing place

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1277 fejn il-Ministru qal li l-moll għal-Landing Place f’Bormla għas-servizz tal-Harbour Ferry mistenni jitlesta u jibda jintuża sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol u jibda jintuża dan il-landing place f’Bormla?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Bormla Ferry Landing Site jinsab fl-aħħar fażi tiegħu. Bħalissa ninsabu fi stadju ta’ ttestjar u kkummissjoni tal-makkinarju u installazzjoni tas-servizzi. Il-proġett mistenni jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.

Bormla – Triq Santa Tereża – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala t-traffic lights fi Triq Santa Tereża, Bormla jieħdu 50 sekonda minn meta wieħed jagħfas biex jaqsam sakemm jixgħel il-lights biex wieħed ikun jista’ jaqsam?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traffic lights fit-triq imsemmija għandhom programmat 35 sekonda ħin ta’ stennija u 3 sekondi ambra qabel ma jintwera d-dawl aħmar lill-vettura. Din hija skont in-norma.

Mini ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1022 fejn il-Ministru qal li x-xogħol marbut mal-Mina ta’ Għajn Dwieli u ċjoè l-proġett huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta’ Ottubru, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun lest dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta lestiet xogħolijiet ta’ restawr tal-istruttura tal-mina ta’ Għajn Dwieli, inkluż iż-żewġ daħliet taghha, kif ukoll ix-xaft ta’ ventilazzjoni li hemm f’nofsha. Tlestew ukoll xogħolijiet ta’ asfaltar biex b’hekk il-mina bħalissa tinsab miftuħa għall-pubbliku. Fix-xhur li ġejjin, se tibda l-installazzjoni tas-sistema tad-dawl ġdida u aċċessorji oħra biex tittejjeb is-sigurta’ f’kas ta’ nirien fil-mini.

Fgura – Vjal Kottonera — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk tistax issir manutenzjoni fi Vjal Kottoner il-Fgura peress li din it-triq niżlet u qed tkun ta’ periklu għas-sewwwieqa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq ser tinbena mill-ġdid u għalhekk ma hemmx lok għall-manutenzjoni. Ix-xogħol f’din it-triq diġà beda.

Birgu – xogħol ta’ manutenzjoni fil-Marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Marina u s-servizzi offruti fil-Marina tal-Birgu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Marina tal-Birgu hija waħda privata taħt konċessjoni li tinkludi l-ispa¿ju tal-baħar fejn jitpoġġew il-puntuni u l-moll ma’ fejn jitwaħħlu l-istess puntuni. Bħal Marinas oħra privati, huwa fl-obbligu tal-Operatur skond il-ftehim ta’ konċessjoni, li jżomm f’kundizzjoni tajba u jmantni regolarment l-infrastruttura u s-servizzi relatati mal-operat bħala manutenzjoni u tiswija ordinarja. Dan jinkludi manutenzjoni u tiswijiet fuq il-pavimentar ta’ fuq il-moll taħt l-istess konċessjoni fejn partijiet minnu, bl-użu u ż-żmien jinqala u anke jsirlu ħsara b’ipparkjar illegali ta’ vetturi li jagħtu servizz lir-restoranti ta’ fuq ix-xatt. Il-culverts li jgħattu is-servizzi u konnessjonijiet ta’ dawl u ilma li jgħaddu minn taħthom ukoll issirilhom ħsara u dawn jinbidlu u jitranġaw ukoll skond il-ħtieġa. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ manutenzjoni u tiswija straordinarja, jiġifieri interventi fuq mollijiet biex tisewwa ħsara li saret biż-żmien u li ma jirriżultax li sar bl-operat, dan isir b’koordinazzjoni bejn l-Awtoritajiet tal-Gvern konċernati, f’dan il-ka¿ l-Awtorità tal-Artjiet, Infrastructure Malta u Transport Malta. Il-parti tal-moll quddiem il-Mużew Marittimu ġarrab ħsarat konsiderevoli matul iz-zmien, speċjalment fuq il-pedamenti u s-sisien tiegħu. It-tip ta’ interventi li għandhom isiru qiegħdin jiġu diskussi bejn l-Awtoritajiet imsemmija biex ikun jista’ jibda x-xogħol meħtieg fix-xħur li ġejjin.

Birgu – Irwejjaħ tad-drenaġġ mill-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qegħdin ikunu investigati l-irwejjaħ kbar ta’ drenaġġ li hemm fil-baħar quddiem il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, flimkien ma’ Infrastructure Malta se jwettqu xogħlijiet f’Misraħ ir-Rebħa. Permezz ta’ dan l-intervent l-imsemmija irwejjaħ għandhom jiġu indirizzati.

Isla – Triq il-Vitorja — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun lest ix-xogħol fuq Triq il-Vitorja, l-Isla?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq l-ewwel fażi tat-triq. Ix-xogħlijiet jikkonsistu fi trinek għal servizzi ġodda minn entitajiet differenti, bankini, skavar u bini tat-triq mill-ġdid. Minħabba l-valur storiku tal-lokalita’, arkeologu qed jimmonitorja x-xogħlijiet filwaqt li qed issir komunikazzjoni kontinwa mal-awtorità rispettiva. Ix-xogħlijiet huma previsti li jitlestew sa sitt xhur oħra.

Bormla – rampa quddiem il-ġibjun ta’ Santa Liena

Question

Tista’ l-Ministru tikkonsidra li r-rampa li hemm quddiem il-ġibjun ta’ Santa Liena, Bormla ssir xi hanging garden sabiex ma jibqax jikber ħaxix selvaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-art indikata ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru, madanakollu ser isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit l-potenzjal u l-limitazzjonijiet ta’ dan is-sit.

Ġnien Kottonera — riabilitazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk għandhiex pjanijiet sabiex Ġnien Kottonera jiġi rijabilitat sabiex ikun jista’ jitgawda mill-familji? Jekk fl-affermattiv, meta taħseb li jista’ jibda dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru x- xogħlijiet preparatorji li kienu jinkludu tneħħija ta' bandli u strutturi mkissrin, qtugħ ta' ħaxix kif ukoll tneħħija ta' siġar u arbuxelli aljeni u invażivi. Dan ix-xogħol preparatorju tlesta sat-tielet kwart ta` sena 2022 u tkompla jkun mantenut. Peress li dan il-proġett se jkun imqassam f’diversi fażijiet, fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra ġiet sottomessa l-ewwel applikazzjoni lil Awtorità tal-Ippjanar biex jinħarġu l-permessi meħtieġa biex il-post isir aktar sigur. Sadanittant qiegħdin ukoll ikunu ppreparati l-abbozzi preliminari tas-sejħiet għall-offerti meħtieġa. Il-mira tagħna hija li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett jitlestew qabel l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Mini ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1022 fejn il-Ministru semma x-xogħlijiet li kellhom isiru fil-Mina ta’ Għajn Dwieli, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkomplew dawn ix-xogħlijiet u meta jaħseb li se jkun finalizzat dan ix-xogħol fuq id-daħla ewlenija għall-Kottonera ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bormla – Triq Wiġi Rosato — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1025, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ix-xogħol fuq Triq Wiġi Rosato, Bormla?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż dik ta’ Bormla, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

Kottonera – reserved parking għar-residenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1564 fejn jien staqsejt li jkun ikkonsidrat li jsir reserved parking għar-residenti tal-Kottonera, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi dwar din il-problema li qed tolqot lir-residenti tal-Kottonera?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew, il-Ministeru ħa konjizzjoni tat-talbiet li saru minn numru ta’ Kunsilli Lokali u ta' x’sistemi il-pajjiż addotta fis-snin li għaddew. Fil-preżent, fin-nuqqas ta’ sistema Nazzjonali ċara, flimkien mal-esperti, qed inħarsu lejn x’sistema pajjiżna għandu jaddotta biex b’hekk sa tmiem l-2023 il-pajjiż ikollu direzzjoni ċara waħda għal kulħadd.

Bormla – tender għall-multi level car park

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1278 dwar il-pjan li kien hemm sabiex jinbena multi-level car park fiż-Żona ta’ Santa Margerita, Bormla u jgħid jekk kienx hemm żviluppi konkreti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Distrett nru. 2 – xogħlijiet fit-tororq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett li se jsirilhom wiċċ ġdid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż fit-Tieni Distrett, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

Bormla – HE ta’ Verdala u St. Nicholas Married Quarters — “Skema Sir Sid Darek”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk residenti li joqogħdu fil-HE ta’ Verdala kif ukoll fis-St. Nicholas Married Quarters Bormla jistgħux jixtru u jsiru sidien ta’ djarhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet imsemmija hawn fuq mhux qed jiġu offruti għal bejgħ permezz tal-iskema Sir Sid Darek minħabba li huma meqjusin bħala ‘National Heritage’.

Bormla — Mitħna fiż-Żona ta' Sta. Margerita - restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1567 fejn il-Ministru rrisponda li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr, jista’ jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex pjanijiet li tagħmel xi manutenzjoni u/jew tiswija tal-Mitħna fiż-żona ta' Santa Margerita, Bormla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bormla – Mitħna ta’ San Ġwann — restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1566 fejn il-Ministru rrisponda li l-Awtorità tal-Artijiet tieħu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswija imma mhux ir-restawr, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex pjanijiet li tagħmel xi manutenzjoni u/jew it-tiswija tal-Mitħna ta’ San Ġwann, Bormla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kottonera – reserved parking għar-residenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1564 fejn il-Ministru rrisponda li l-awtoritajiet se jkomplu jiddiskutu mal-kunsilli lokali rispettivi biex ikomplu jsibu s-soluzzjonijiet plawsibbli, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żviluppi sabiex isir reserved parking għar-residenti tal-Kottonera, b'mod partikolari d-dawra ta' fejn hemm l-irmiġġi u dan għax ħafna mill-parking spaces qed jittieħdu għal ġranet sħaħ kemm minn min juża l-ferry għax-xogħol jew mis-sidien tad-dgħajjes?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.