Ministeru tal-Edukazjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23528.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23529.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar matul is-sena 2010 mill-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex, kunsill kunsill? X'kienet ir-raġuni wara kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet differenti fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn min huma ffurmati? Kif ġew maħtura kull wieħed u waħda minnhom? X'inhu s-salarju u benefiċċji oħra ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda matul is-sena 2010 fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kif saru dawn l-ingaġġi u x'kienu l-gradi għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat f’ Mistoqsija Parlamentari 23521.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 23522.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23524.
Unit li jħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24127 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tindika x'sar mill-unit li kellu jitwaqqaf skont id-diskors tiegħu tal-Budget 2011, liema unit kellu jieħu ħsieb iħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi tal-Gvern u li allura qed jitħallsu minn flus il-poplu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kuntratturi tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 24129 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tispjega x'passi qed jittieħdu mill-gvern sabiex ma jkunx hemm abbuż ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema ta' kuntratturi tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar se jitħawwlu fit-toroq tax-Xatt ta' Bormla fix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa? Min ħa t-tender sabiex jipprovdi dawn is-siġar u l-pjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħsieb huwa li s-siġar li se jitħawlu fit-toroq tax-Xatt ta’ Bormla jkunu tat-tip “Tipuana Tipo” u “Brachychitom”. Il-Marinelli Costruzioni Spa, li huma l-kuntratturi, se jissupplixxu dawn is-siġar bħala parti mill-kuntratt ewlieni għax-xogħlijiet fiż-żona tal-Baċir numru wieħed..
Jista' l-Ministru jgħid hux qed issir reġistrazzjoni u kontroll fuq trobbija ta' klieb ta' kull razza? Jista' jgħid jekk hemmx xi razza jew razez ta' klieb li t-trobbija tagħhom hija projbita f'Malta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reġistrazzjoni u kontroll fuq it-trobbija ta’ klieb huwa rregolat bl-Att Dwar il-Klieb (Kap. 312) u bir-Regolamenti dwar l-Importazzjoni ta’ Klieb u Qtates (L.S.36.42).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'patching matul is-sena 2010 mill-kunsilli lokali kollha f'Malta u f'Għawdex, kunsill kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 32/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mil-Good Causes Fund, sena b'sena mis-sena 2000 sas-sena 2010? Jista' jgħid ukoll kif tqassmu u allura liema kienu dawk l-għaqdiet li gawdew minn dan il-fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fond għal-Kawżi Ġusti twaqqaf fl-2005 u l-għotjiet bdew jitqassmu mill-2006. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-rapporti li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kull sena, rispettivament.
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet quddiem il-Good Causes Fund li ġew rifjutati bejn is-sena 2000 u s-sena 2010, sena b'sena u lil min kienu jirrigwadaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-National Lotteries Good Causes Fund beda jopera mill-2006, wara li dan inħoloq fl-2005. Biex organizzazzjoni jew individwu jingħata kontribuzzjoni minn dan il-fond, il-proġett propost irid jissodisfa numru ta’ kriterji li huma stabbiliti fil-kundizzjonijiet biex wieħed ikun jista’ japplika, u li jinsabu fuq is-sit tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika għal kull sena l-applikazzjonijiet approvati u dawk rifjutati mill-bord li jamministra dan il-fond. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2006 sal-2010, il-Fond għall-Kawżi Ġusti kkontribwixxa €5.7 miljuni lil 737 organizzazzjoni u individwi fl-oqsma sportivi, edukattivi, soċjali u kulturali.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jsir xogħol fi Triq il-Misqa, Żabbar, liema triq tinsab fi stat diżastruż u qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux possibbli li ngħati data preċiża peress li dan jiddependi mid-disponibilità tal-kuntratturi iżda l-għan ġenerali hu li l-202 triq residenzjali jilestew sa Ġunju 2012.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-kategoriji tas-soċjetà li huma intitolati għall-vouchers tal-enerġija? Xi jrid ikun id-dħul sabiex wieħed jibbenefika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-benefiċċju għall-Enerġija jingħata awtomatikament lil kap ta’ familja li jirċievi xi tip ta’ għajnuna soċjali, Pensjoni tal-Età mhux kontributorja u Pensjoni għall-Wens, lil kap ta’ familja li jkun qiegħed jirċievi l-allowance tat-Tfal jew l-Għajnuna Supplimentari jew Pensjoni għal Diżabilità kemm-il darba d-dħul totali ma jeċċedix € 8,158.81 fis-sena, kif ukoll lil kap ta’ familja li jikkwalifika fuq bażi umanitarja kemm-il darba d-dħul totali ma jeċċedix €30,911 fis-sena.
Tista' l-Ministru tgħid kemm irid ikun id-dħul sabiex wieħed jibbenefika mill-għajnuna supplimentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul totali annwali sabiex persuna miżżewwġa li qegħda tmantni lill-konjuġi tagħha jew ġenitur waħdu jikkwalifikaw għall-Għajnuna Supplimentari ma jridx jeċċedi €10,330 filwaqt li d-dħul totali annwali ta’ persuna waħedha ma jridx jeċċedi €8,162.