Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università — waiting list għall-ingaġġ ta' beadle

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess ta' ingaġġ fl-impjieg ta' dawk li kienu fuq il-waiting list għall-beadle fl-Università? Kemm bdew l-impjieg s'issa? Minn liema lokalità ġejjin dawk li ġew impjegati? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati aktar f'dan il-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess tal-ingaġġ fl-impjieg ta’ dawk li kienu fuq il- waiting list għall- beadle fl-Università beda. S’issa ġew impjegati tmienja. L-impjegati ġejjin minn - Balzan - 1 , G’Mangia - 1, San Ġwann – 2 , Lija -1, Pietà - 1, Attard – 1, Birkirkara – 1. Kwalunkwe impjieg ieħor f’dan il-grad li jista’ jkun hemm aktar tard jiddependi fuq il-bżonnijiet tal-Università.

Skejjel primarji — studenti assenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-gvern li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel sekondarji — studenti assenti għal aktar minn tlett ijiem

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti ta' bini ta' djar ġodda tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti ta' bini ta' djar ġodda tal-gvern li hemm għaddejjin bħalissa f'Malta u Għawdex? Fiex jikkonsisti kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 25632 ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22420

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema mhux Maltin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #25441 Sitting 345 2011-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema mhux Maltin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma ġewx impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mal-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Pixxina Nazzjonali — lanes tat-training

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ilmenti dwar ħsarat fuq il-lanes tat-training tal-Pixxina Nazzjonali? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jinbidlu, jekk jinstab li għandhom xi ħsarat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ittieħdet azzjoni immedjata hekk kif kien rappurtat li kien hemm lanes tat- training fil-Pixxina Nazzjonali li kellhom xi ħsara. Dawn il-ħsarat mistennija li jkunu rranġati fil-jiem li ġejjin wara li jasal il-materjal li kien ordnat għalihom. Minkejja dan, l-attivita fil-Pixxina Nazzjonali baqgħet għaddejja b’mod normali.

Pixxina Nazzjonali — arloġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-arloġġ li hemm fil-Pixxina Nazzjonali hux qed jaħdem fit-totalità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Pixxina Nazzjonali m'hemm ebda arloġġ li mhux qiegħed jaħdem.

Pixxina Nazzjonali — bibien

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta bdew jinbidlu l-bibien tal-Pixxina Nazzjonali sabiex issa qed jaħdmu bl-elettriku? Kemm-il bieb inbidel s'issa? Kemm għad jonqos biex jinbidlu? Kemm kienet l-ispiża għal kull bieb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qed tiġi nstallata sistema ġdida lil tagħti kontroll elettroniku fuq l-aċċess fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq u d-diversi faċilitajiet li jinkorpora fih, fosthom il-Pixxina, l-isquash courts u l-fitness centre. Din is-sistema għandha toffri aktar sigurta’ fuq il-post filwaqt li toffri sistemi ta’ immaniġġjar aħjar fil-kumpless. Biex din is-sistema tkun tista’ topera bl-aħjar mod kien hemm il-ħtieġa li jiġu nstallati numru ta’ bibien ġodda kif ukoll jinbidlu oħrajn li kien hemm. B’kollox kien hemm ħames bibien li ġew installati, fosthom wieħed kbir biex ikun jista’ joffri aċċess dirett għall-Pixxina lill-persuni b’diżabilita. L-ispiża totali biex saru dawn il-bibien u l-installazzjoni tagħhom mistennija tlaħħaq €8,190.04.
Leg 11 PQ #25433 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġewx impjegati ħaddiema mhux Maltin f'dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'Malta.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2010 fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew impjegati żewġ ħaddiema mhux Maltin. Dawn kienu t-tnejn mir-Renju Unit u wieħed ġie mpjegat bħala Senior Manager u l-oħra bħala Flight Operation Inspector.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 l-ħaddiema li ġew impjegati iżda mhumiex Maltin, kienu erba’. Dawn kienu kollha ta’ nazzjonalità Taljana li ġew impjegati bħala veterinarji. Ma kienx rappurtat li fil-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi u fil-WasteServ Malta Ltd kienu ngaġġati ħaddiema barranin matul din l-istess sena.
Leg 11 PQ #25438 Sitting 344 2011-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema mhux Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-16 ta' Awwissu tal-2010 sal-5 ta' Jannar tal-2011 ġiet impjegata persuna ta' nazzjonalità Latvjana mal-Aġenzija għal Ħarsien ta' Persuni li qed ifittxu l-Asil (AWAS), wara li saret talba għal-post ta' care worker lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23523. Jien infurmat li fir-rigward tal-MGTIL, il-grad tal-impjegat li ġie ngaġġat huwa dak ta' konsulent u mhux ta' quantity surveyor kif muri fit-tabella tal-istess mistoqsija. Dan il-konsulent kien ingaġġat f'Settembru 2010 mhux f'Diċembru kif erranjament indikat fir-risposta msemmija.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #25429 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23526.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23,527.