Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dock 1 — timeframe għax-xogħlijiet

Question

Issa li x-xogħol fuq il-proġett tad-dawra ta' Dock 1 beda, jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum biex jitlesta dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk hemmx xi timeframes għal dawn ix-xogħlijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu proġettat li jitlestew partijiet minn dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq in-naħa ta' Xatt ir-Risq għandu jitlesta sal-aħħar tal-2011, filwaqt li Dock 1 għandu jitlesta sa Ġunju tal-2012, dejjem jekk ma jinqala' xejn imprevist.

Xogħol biex il-parti t'isfel tal-Belt tingħaqad mal-Barraka ta' Fuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu miexi x-xogħol sabiex il-parti t'isfel tal-Belt, ħdejn id-Dwana l-antika, tingħaqad permezz ta' lift mal-parti ta' fuq, jiġifieri l-Barraka ta' fuq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet preliminari fuq il-proġett tal-lift tal-Barrakka huma mistennijin li jibdew ftit wara li jiġi ffirmat l-kuntratt fil-ġimgħat li ġejjin.

Riforma tat-trasport pubbliku — trasport bil-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issa bir-riforma fit-trasport pubbliku, hemmx il-ħsieb li tibda titħaddem skeda ta' trasport bil-baħar bejn il-Kottonera, Tas-Sliema u l-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda fil-proċess li toħroġ sejħa, fix-xhur li ġejjin, għal offerti għal konċessjoni dwar ġarr ta' passiġġieri bil-baħar.
Leg 11 PQ #26011 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pjanti approvati għall-proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq

Question

Jista' l-Prim Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kama kopja tal-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-proġett li qed issir bħalissa minn Dock 1 sa Xatt ir-Risq? Jista' jagħti ukoll schedule of works ta' kif inhu ppjanat ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Baċir Numru 1 — schedule of works

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux schedule of works (programm ta' xogħlijiet b'time frames) għal dak li qed isir fuq il-proġett marbut mal-Baċir Nru 1? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess programm tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Libreriji pubbliċi — donazzjoni ta' kotba

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm xiri u/jew donazzjoni ta' kotba ġodda lil-libreriji pubbliċi matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ kotba li nxtraw mill-Bibljoteka Nazzjonali bejn April 2010 sa April 2011 ammonta għal 331. Kien hemm 65 ktieb li ngħataw bħala donazzjoni. In-numru ta’ kotba li nxtraw għall-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Libreriji Reġjonali u Fergħat bejn April 2010 sa April 2011 ammonta għal 12,327. Kien hemm 18,376 ktieb li ngħataw bħala donazzjoni.

Policy dwar irranġar tal-partijiet komuni fi blokki ta' appartamenti tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-gvern għall-irranġar tal-partijiet komuni fi blokki ta' appartamenti tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Awtorità tad-Djar nediet programm ta’ sitt (6) snin għall-manutenzjoni tal-binjiet residenzjali tal-Gvern bl-involviment attiv tal-Kunsilli Lokali. Tnejn u ħamsin (52) Kunsill urew l-interess li jipparteċipaw f’dan il-programm. Il-Kunsilli Lokali identifikaw il-binjiet fejn hemm bżonn ta’ manutenzjoni, u ħejjew jew qed iħejju programm ta’ xogħlijiet għall-approvazzjoni tal-Awtorità tad-Djar. Il-programm jipprovdi fondi sa massimu ta’ €5,000 għal kull blokka, u qed jiġu mħeġġa li titwaqqaf Assoċjazzjoni tar-Residenti li jieħdu ħsieb il-partijiet komuni. F’każ ta’ tiswijiet strutturali, l-Awtorità tad-Djar tibqa’ terfa’ r-responsabbiltà li tieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet.

Persuni b'diżabilità — impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda maħluqa matul dawn l-aħħar 12-il xahar li ġew meħudin minn persuni b'diżabilità? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx policy speċifika li ċertu impjiegi jridu jimtlew minn persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-informazzjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta` mpjiegi ta’ persuni b’diżabilità matul dawn l-aħħar 12-il xahar (mill- ewwel ta’ Marzu 2010 sal-aħħar ta’ Frar 2011) kien ta’ 367 impjieg. Minn dawn kien hemm 25 impjieg ta’ persuni li qatt ma kellhom impjieg qabel. Matul is-sena 2010, mija u seba’ (107) persuni li isimhom jidher fuq ir-reġistru tal-persuni b’diżabilità tal-ETC instabilhom ix-xogħol minn ħdan is-Supported Employment Section tal-ETC. Ma teżisti l-ebda policy fejn tispeċifika li ċerti impjiegi jimtlew minn persuni b’diżabilità.

Persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin — impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li kienu għadhom ħerġin wara li skontaw xi sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li sabu impjieg matul dawn l-aħħar xhur? X'inhi l-għajnuna li jingħataw persuni bħal dawn wara li jerġgħu jibdew biex jintegraw lura fis-soċjetà?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena 2010, sittax-il persuna li identifikaw ruħhom bħala ‘ex-inmates’ instabilhom impjieg bl-assistenza tal-ETC. Persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u li jiddentifikaw bħala ‘ ex-inmates ’ jingħataw assistenza minn żewġ employment advisers fi ħdan is-Supported Employment Section tal-ETC. Huma jiġu ggwidati għal kull kors ta’ taħriġ li toffri l-ETC u anke jkunu eliġibbli li jipparteċipaw fl-iSkema ta’ work exposure magħrufa bħala Bridging the Gap Schem e . F’tali skema jistgħu jipparteċipaw ukoll ħabsin li jkunu qorbu tmiem is-sentenza ta’ priġunerija u li jkunu eleġibbli għall- prison leave . L-ETC torganizza ukoll korsijiet ta’ taħriġ f’diversi suġġetti u li jsiru fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-persuni msemmija jistgħu jikkwalifikaw għal Għajnuna għal Disimpieg jekk ikunu qed jirregistraw għax-xogħol jew Għajnuna Soċjali f’każ li l-kundizzjoni ta’ saħħithom ma tippermettix li jaħdmu f’impjieg. Jiena nfurmata li dawn il-każijiet jingħataw attenzjoni speċjali ħalli fejn jikkwalifikaw il-benefiċċju joħroġ mill-aktar fis possibbli.

Kunsill Malti għall-Isport — għajnuna lill-għaqdiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-għaqdiet u liema kienu li matul dawn l-aħħar ħames snin ibbenefikaw minn għajnuna mill-Kunsill Malti għall-Isport sabiex bnew/irranġaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Malti għall-Isport — budget

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien il-budget tal-Kunsill Malti għall-Isport sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li talbu exemption

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-istudenti li talbu exemption biex ma jattendux skola, għax sabu impjieg, matul dawn l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Junior College — studenti li ma komplewx

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li bdew l-ewwel sena fil-Junior College u mbagħad ideċidew/ġew imġiegħla ma jkomplux it-tieni sena matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Sports Grounds — pjanijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-Marsa Sports Grounds? Tista' tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-pjan fil-każ ta’ faċilitajiet sportivi tal-Marsa hu li l-gvern jidħol fi sħubija mas-settur privat, biex ikun f’pożizzjoni li jipprovdi faċilitajiet sportivi ta’ kwalita u ta’ livell internazzjonali għall-isportivi minn dixxiplini diversi u l-assoċjazzjonijiet sportivi li jirrapreżentawhom. Matul l-aħħar 12-il xahar sar proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa mill-MEPA biex eventwalment saru l-emendi meħtieġa fil-Pjan Lokali biex ikun jista’ jiġi akkommodat dan il-proġett. L-emendi fil-Pjan Lokali kienu approvati u pubblikati f’Marzu li għadda. F’dawn l-aħħar xhur sar ukoll proċess ta’ konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-għaqdiet sportivi konċernati biex nistabbilixxu t-tip u l-i standard ta’ facilitajiet li ser jiġu żviluppati f’dan il-proġett u l-ħinijiet li l-għaqdiet lokali se jkun qed itellgħu l-attivitajiet tagħhom fihom.

White Rocks — Villaġġ Sportiv - progress

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi progress fuq il-proġett tal-Villaġġ Sportiv fil-White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati dwar il-proġett tal-White Rocks Sports and Leisure Village għadhom ma ġewx konklużi.

Libreriji pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn libreriji pubbliċi mferrxa mal-gżejjer tagħna? Tista' tgħid f'kull każ, minn min huma mmexxija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ Libreriji pubbliċi f’Malta u Għawdex minbarra l-Librerija Pubblika Ċentrali f’Malta u l-Gozo Lending Library f’Għawdex huwa ta’ : 7 Libreriji Reġjonali iġifieri dawk f’Birkirkara, Birgu, Ħal-Luqa, Mosta, Paola, Ħal-Qormi (San Bastjan) u r-Rabat (Malta); 36 Librerija Fergħa fil-lokalitajiet ta’: Attard, Birżebbuġa, Bormla, Dingli, Fgura, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kirkop, Lija, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mqabba, Msida, Naxxar, Qormi (San Ġorġ), Qrendi, Safi, Pembroke, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, San Ġwann, Siġġiewi, Sliema, Tarxien, Valletta, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq; 11 il-Librerija Fergħa f’Għawdex li huma mwaqqfa fil-lokalitajiet ta’ Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Xagħra, Xewkija u Żebbuġ. Qed isiru kuntatti wkoll biex il-Libreriji Fergħa tal-Marsa u Sta. Venera jerġgħu jibdew jiffunzjonaw meta jkollhom il-post minn fejn joperaw. Dawn il-liberiji msemmija hawn fuq bl-eċċezzjoni ta’ 4 f’Malta li magħhom qed isir kuntatt wkoll u li huma dawk ta’ Birzebbuga, Marsa, San Ġiljan u Valletta qed jitmexxew bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u l-kunsill lokali rispettiv fejn qegħda l-Librerija permezz ta’ ftehim ta’ ko-operazzjoni. Dan il-ftehim huwa wieħed li qed joħloq impenn bejn Dipartiment tal-Liberiji u kunsilli lokali u qed ikun strumentali f’dak li huwa attrezzar tal-Libreriji (kotba, xkaffar u forniment ieħor), konnettività u akkontabilità. Il-Libreriji f’Malta bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Marsa u Sta. Venera huma kollha issa kkompjuterizzati. Kif dawn iż-żewġ libreriji ikollhom il-post minn fejn joperaw jiġu dikment ikkompjuterizzati wkoll. L-10 libreriji f’Għawdex (għax tan-Nadur diġà hija kkompjuterizzata) diġà beda x-xogħol fuqhom sewwa u se jiġu kkompjuterizzati din is-sena.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Pixxina Nazzjonali — cameras tas-sigurtà

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta bdew jeħlu l-cameras tas-sigurtà fuq ġewwa tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm-il camera twaħħlet? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaħħlu aktar? Kemm kienet l-ispiża s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’kollox fuq ġewwa tal-Pixxina Nazzjonali twaħħlu 21 camera bi spiża totali ta’ €11,055.03. Hu stmat li baqa’ jeħlu sitt cameras oħra fuq in-naħa tal-Fitness Centre. Dan il-proċess ilu li beda sa mill-2009.

Pixxina Nazzjonali — ilmenti fuq il-madum ta' madwar il-pixxina

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ilmenti kontinwi dwar ħsarat fil-madum fid-dawra tal-pixxina? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li fejn qed jinqala' l-madum, jinbidel b'madum ieħor u mhux b'kisja siment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed jikkonsidra l-bdil ta’ madum li nqala minn mad- deck tad-dawra tal-pixxina fil-programm ta’ xogħlijiet li jitwettaq b’mod kontinwu u skont il-prijoritajiet tal-Pixxina Nazzjonali. Il-kisi ta’ siment huwa xogħol temporanju li jassigura li l-Pixxina Nazzjonali toffri ambjent sportiv b’rispett sħiħ lejn is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw dan il-kumpless.