Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux schedule of works (programm ta' xogħlijiet b'time frames) għal dak li qed isir fuq il-proġett marbut mal-Baċir Nru 1? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess programm tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
Pharmacy of Your Choice
Matul is-sena 2010 id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (
POYC
) m’għamilx użu minn servizzi klerikali mill-kuntrattur.
Fit-2011, il-
POYC
ħareġ
Tender
għal servizzi klerikali għal perijodu ta’ sitt xhur, għall-valur ta’ € 6,000 [VAT eskluż]. Il-kuntratt ingħata lil
Khiron Security.
Government Pharmaceutical Services (GHPS)
Il-Kumpanija
Secreterial Services Limited
ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi servizzi klerikali lil GHPS.
Il-valur tas-servizzi pprovduti matul is-sena 2010 ammontaw għal € 67,069, filwaqt li għall-perjodu Jannar sa Marzu 2011, il-valur kien ta’ € 16,754.
Il-fattura għas-servizzi li ngħataw f’April 2011 għadha ma waslitx, madankollu, għandha tammonta għal madwar € 5,500.
Primary Health Care Department
Il-Kumpanija
Support Services Limited
ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi servizzi klerikali lil
Primary Health Care.
Il-valur tas-servizzi pprovduti matul is-sena 2010 ammontaw għal €65,089, filwaqt li għall-perjodu Jannar sa Marzu 2011, il-valur kien ta’ € 16,547.
Il-fattura għas-servizzi li ngħataw f’April 2011 għadha ma waslitx, madankollu, għandha tammonta għal madwar € 5,600.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Valuri tat-tenders
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Tista' f'kull każ tgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST ħareġ tender għal servizzi klerikali fl-2011. It-tender ingħata lil kumpanija JF Security and Consulting Services Ltd għall-valur ta’ €7.96, VAT inkluża, għal kull siegħa ta’ kull servizz klerikali provdut.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Tista' f'kull każ tgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ngħataw ebda tenders matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-Gvern, mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u l-Entitajiet kollha li jaqaw taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma ħareġ l-ebda tender għal servizzi klerikali matul is-snin 2010 u 2011.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi ħdan id-dekasteru tiegħi, bejn l-2010 u l-2011 ma' kienx hemm tenders ta' servizzi klerikali.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma ngħatawx tenders ta' servizzi klerikali mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isport? X'inhuma r-responsabbilitajiet tagħhom fi ħdan dan il-Bord? U jekk jeżistu xi ħlasijiet għal dan ix-xogħol, tista' tgħid x'inhuma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pixxina Nazzjonali — mezz alternattiv ta' kif jissaħħan l-ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-nefqa matul is-sena 2010 sabiex jissaħħan l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali? Tista' tgħid jekk hux qed tkun ikkunsidrata xi alternattiva ta' kif jissaħħan dan l-istess ilma u tonqos l-ispiża mingħajr ma jbatu l-għawwiema li jużaw il-pixxina?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2010, in-nefqa totali sabiex ikun operat il-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali kienet ta’ € 1,269,393.67. Fl-2009, il-Kunsill Malti għall-iSport ikkummissjona studji dwar kif il-Pixxina Nazzjonali tista’ tissaħħan b’użu ta’ enerġija alternattiva. Sal-lum jirriżulta li l-ispiża kapitali u rikorrenti li jridu jsiru ma jiġġustifikax finanzjarjament dak li jista’ jkun gwadanjat permezz ta’ din is-sistema.
Issa li l-bini fi Triq San Ġwann f'Bormla ilu lest numru ta' snin, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx data meta se jsir ix-xogħol fuq il-ġnien żgħir li hemm quddiem il-club tal-Cospicua Rangers? Ma taħsibx li għadda ħafna żmien biżżejjed sabiex dan il-proġett isir u jerġa' jibda jilqa' fih ir-residenti tal-akkwati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa l-Awtorità tad-Djar għadha ma rċevietx talba min-naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla sabiex isir ix-xogħol ta’ tisbieħ fuq il-ġnien żgħir quddiem il-club tal-Cospicua Rangers li għalih diġà hemm permess ta’ żvilupp fl-iskema l-ġdida tal-istess awtorità għal-landscaping tal-binjiet residenzjali tal-gvern.
Kundizzjonijiet ta' ħaddiema kuntratturi tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jindika x'sar mill-unit li kellu jitwaqqaf skont id-diskors tal-Budget għas-sena 2011, liema unit kellu jieħu ħsieb iħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi tal-gvern u li allura xorta qed jitħallsu minn flus il-poplu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-diskors tal-baġit ntqal hekk:
“Il-Gvern se jwaqqaf Unit li se jiċċekkja li l-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern, bħal
cleaners, carers
u
security
, jirċievu l-paga u l-benefiċċji kollha dovuti lilhom.”
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, bil-għajnuna ta’ uffiċjali minn dipartimenti u entitajiet oħra tal-gvern għamel u għadu jagħmel skrutinju fuq il-kuntratti mogħtija mill-gvern u l-entitajiet tiegħu sabiex jassigura li dak li ntqal fid-diskors tal-baġit, iseħħ.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet li jieħdu l-uffiċjali awtorizzati kollha elenkati skont ir-reġjun jew kumitat konġunt fi ħdan is-sistema ta' infurzar lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din l-informazzjoni trid tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti u għalhekk, hekk kif id-dipartiment jirċievi din l-informazzjoni jippreżenta’ f’ dan il-Parlament.
Jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra b'liema mod inħatru l-uffiċjali awtorizzati fi ħdan is-sistema tal-infurzar lokali u għal liema perjodu saret il-ħatra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Uffiċjali Awtorizzati jinħatru permezz ta’ sejħiet pubbliċi għall-offerti. Dawn jinħatru b’kuntratt għall-perjodu ta’ ħames snin li jista’ jiġġedded għal perjodu ieħor ta’ sena jew kif ikun miftiehem.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex għadira kbira li hemm f'Dock 1 Bormla titneħħa peress li qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti li qed iħabbtu wiċċhom ma' intejjen u ħafna nemus?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal parti tat-tarf tal-Baċir fejn qed isiru xogħlijiet biex il-Baċir jerġa’ jieħu l-forma oriġinali tiegħu. Qed isiru wkoll xogħlijiet ta’ taħt l-ilma. Jien infurmat li l-kuntrattur diġà ha l-miżuri neċessarji biex l-ilma ġol-baċir jiġi ċċirkulat permezz ta’ pompi li ġew poġġuti għal tal-apposta.
Peress li għaddej xogħol f'Bormla u fost ix-xogħol qed jinqala s-saqaf tal-Club tar-Regatta ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-saqaf hux se jinbidel totalment u dan peress li s-Soċjetà Regatta Bormla li lilha hu mikri l-istess club, trid tħabbat wiċċha ma' ilma li jidħol kull meta tagħmel ix-xita u dan qed jagħmel ħsara lis-saqaf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Dock 1 qatt ma kien jinkludi t-tibdil tas-saqaf eżistenti tal-Club tar-Regatta ta’Bormla. Huwa ppjanat li jiġi kostruwit saqaf ieħor li jitpoġġa fuq is-saqaf eżistenti ta’ dan il-Club tar-Regatta u dan is-saqaf se jiġi waterproofed esternament. Il-Kumitat ta’ dan il-Club ġie infurmat b’dawn l-arrangamenti.
Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jibdew jaħdmu t-traffiċ lights li hemm fi Triq Santa Tereża, Bormla u dan peress li jidher li ġratilhom il-ħsara b'konsegwenza tax-xogħlijiet li hemm għaddejjin f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa biex tinstab il-ħsara u tisewwa.
Tieni Distrett Elettorali — Manutenzjoni ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett Elettorali li se jinbnew mill-ġdid jew se jingħataw manutenzjoni matul din is-sena li ġejja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq arterjali u distributorji kollha li hemm fit-tieni distrett jingħataw manutenzjoni matul is-sena kollha skont il-bżonnijiet li jinqalgħu. Hemm ippjanat ukoll li jinbnew toroq li se jagħtu għal Smart City.
Se jinbnew ukoll toroq residenzjali li kienu ġew identifikati fit-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 24717.