Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-snin 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Proprjetà tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, ikkuntrattat kumpanija għal servizzi klerikali fl-2010 u l-2011. Dettalji relatati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta’ dipartimenti u entitajiet oħrajn fil-Ministeri l-oħra tal-gvern, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministri rispettivi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet tal-kiri mill-Awtorità tad-Djar bejn Jannar 2011 u llum? F'liema lokalità jinsabu u mnejn kienu l-persuni li bbenefikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar allokat
65
post mill-ewwel ta’ Jannar, 2011 s’issa. Il-lista tal-lokalitajiet li applikaw minnhom il-benefiċjarji u fejn ġew allokati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-prinċipali tal-kulleġġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Prinċipali tal-Kulleġġi huma:
Sur Stephen Cachia - Kulleġġ Santa Margerita
Sinjorina Marilyn Sciortino - Kulleġġ San Benedittu
Sur James Camilleri - Kulleġġ San Ġorġ Preca
Sur Horace Caruana - Kulleġġ Sant’Injazju
Sinjorina Maria Ciappara - Kulleġġ Santa Klara
Sur Mario Testa - Kulleġġ Maria Reġina
Sur Anthony Sammut - Kulleġġ San Nikola
Dr Frank Fabri - Kulleġġ Santa Tereża
Sinjorina Josephine Mifsud - Kulleġġ San Tumas More
Chev. Frank Gatt - Kulleġġ ta’ Għawdex
Tista' l-Ministru tgħid jekk taħsibx li wasal iż-żmien li ssir bidla neċessarja fil-liġi sabiex ġuvintur/tfajliet ta' ċertu età li jgħixu mal-ġeneturi, u jkunu tilfu l-impjieg intortament jibdew igawdu minn xi benefiċċju finanzjarju? Il-Ministru hija konxja li hemm ammont ta' persuni f'din il-kategorija li wara ħafna snin bil-għaqal, jitilfu l-impjieg u ma jistgħu jieħdu ebda benefiċċju u allura wasal iż-żmien li jsir xi ħaġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor Interpellant li persuna tista’ l-ewwel tikkwalifika għal Benefiċċju Kontributorju għad-Disimpieg. Dan il-benefiċċju jitħallas kemm il-darba l-persuna tissodisfa t-test tal-kontribuzzjonijiet u l-perjodu massimu tal-benefiċċju huwa ta’ 156 jum.
Meta id-dritt tal-benefiċċju jintemm jew jekk il-persuna ma tkunx tikkwalifika għal Benefiċċju Kontributorju għad-Disimpieg, tista’ ssir talba għal Għajnuna għad-Diżimpieg. Id-dritt għal din l-Għajnuna pero’ jiddependi minn test tal-meżżi li jsir fuq id-dħul tal-familja (household) kollha. F’ħafna każijiet ta’ persuni li jgħixu mal-familjari, dawn ma jikkwalifikawx għal din l-għajnuna minħabba li d-dħul tal-familja jeċċedi dak stipulat bil-liġi biex persuna tikkwalifika.
Jiena infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali diġa kkunsidra u identifika din is-sitwazzjoni fi studju preliminari li sar fuq is-sistema ta’ l-Għajnuna Soċjali. Jiena nfurmata wkoll li fil-preżent qed isiru riċerki u studji oħra biex jitressqu proposti ta’ kif is-sistema ta’ l-Għajnuna Soċjali tista’ tiġi aġġornata għal ħtigijiet tal-persuni vulnerabbli fis-soċjeta’ bl-iskop ewlieni li jiġi xprunat il-parteċipazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u tikber l-inkluzjoni soċjali kif jippermettu ir-rizorsi ta’ pajjiżna.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura meta kuntrattur għal xi raġuni jonqos milli jonora l-kuntratt billi ma jikkompletax il-kuntratt li jkun ħa mingħand Kunsill Lokali? Kien hemm każijiet ta’ din ix-xorta tul is-sena 2009 sa April 2010? Min huma l-kuntratturi nvoluti? Meta waqfu mix-xogħol? Liema hu l-kunsill lokali li mingħandu ħadu l-kuntratt? X'kienet l-ispiża komplessiva tal-kuntratt? Ittieħdu passi u fil-każ x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-Kunsilli Lokali li bejn Jannar 2008 u April 2010 kellhom każi fejn kuntratturi naqsu milli jonoraw l-kuntratti mgħotija lilhom.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-artikli 32 u 33 tal-Proċeduri tal-1996 dwar Kunsilli Lokali (Offerti) (K.L.P. 3/96) dwar il-proċedura rilevanti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju ta' segretarju eżekuttiv tal-kunsilli lokali? X'kundizzjonijiet u fringe benefits oħra għandu jkollhom bħala parti mill-kuntratt? X'inhi l-kwalifika minima li għandu jkollha persuna għal dan il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-remunerazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi full-time tal-Kunsilli Lokali hija determinata mir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani). Hemm tlett (3) kategoriji ta’ remunerazzjoni. Dawn huma:
(i) Segretarji Eżekuttivi ta’ Kunsilli Lokali komposti minn bejn disa’ (9) u tlettax (13)-il membru – mhux aktar mill-massimu ta’ Skala Ħamsa (5);
(ii) Segretarji Eżekuttivi ta’ Kunsilli Lokali komposti minn seba’ (7) membri – mhux aktar mill-massimu ta’ Skala Sitta (6); u
(iii) Segretarji Eżekuttivi ta’ Kunsilli Lokali komposti minn ħames (5) membri – mhux aktar mill-massimu ta’ Skala Sebgħa (7).
Is-Segretarji Eżekuttivi jistgħu jingħataw ukoll
performance bonus
ta’ mhux anqas minn ħamsa fil-mija (5%) u mhux iżjed minn għaxra fil-mija (10%) tal-aħħar salarju li jkunu qed jirċievu.
Skont l-emendi fl-Att dwar Kunsilli Lokali, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2009, biex persuna tikkwalifika għal Segretarju Eżekuttiv trid tkun Uffiċjal Pubbliku u trid tkun magħżula minn
pool
apposta ta’ persuni għal dan il-għan.
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-Segretarji Eżekuttivi huma regolati bir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) (Avviż Legali 127 tal-1998 – Regolamenti 9 sa 13A).
MEPA — pjanti approvati għall-proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq
Question
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kama kopja tal-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-proġett li qed isir bħalissa minn Dock 1 sa Xatt ir-Risq? Jista' jagħti ukoll schedule of works ta' kif inhu ppjanat ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fuq Xatt ir-Risq huma koperti bil-permess PA 2287/2009 li nħareġ fil-5 ta' Frar 2010.
Il-pjanti approvati u li l-kopja tagħhom qegħda tiġi mehmuza huma PA 2287/2009/1C/60A-60W/75A/101A/83B/101.
Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fuq Dock 1 huma koperti bil-permess PA 2002/2009 li nħareġ fl-10 ta' Awissu 2010.
Il-pjanti approvati u li l-kopja tagħhom qegħda tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra huma:
PA2002/2009/6A/46/70A/70N/88A/91/95/95A/99/109/110/111/112/112A/112B/113/113A/115/116/117/118/119/120/120A/121/122/123/124/125/126/149B/149G/149H/149I/149J/149K/149L/149M/149N.
L-iskeda tax-xogħolijiet għandha tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-faċilitajiet sportivi li hemm fl-MCAST ta' Kordin? Jekk dawn il-pjanijiet jeżistu, tista' tgħid meta se jibdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa wieħed mill-gyms eżistenti f’Kordin qed jiġi renovat u attrezzat. Dan mistenni li jitlesta sa tmiem din is-sena.
Fl-istess waqt il-
masterplan
tal-MCAST jinkludi pjanijiet biex parti minn Gaddafi Gardens jiġu żviluppati biex fihom jiġu inkorporati faċilitajiet sportivi. Dawn jinkludu
indoor sports/hall/gym
u
outdoor games courts
.
Università ta' Malta — pjanijiet għall-faċilitajiet sportivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-faċilitajiet sportivi li hemm fl-Università ta' Malta? Jekk dawn il-pjanijiet jeżistu, tista tgħid meta se jibdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħsieb tal-Università huwa illi l-faċilitajiet sportivi kif ukoll l-grounds u l-artijiet ta’ madwar jiġu żviluppati b’mod ħolistiku. B’dan il-għan qegħdin fil-proċess illi tinġabar informazzjoni biex ikun jista’ jsir design brief qabel ma jiġu ppreparati l-pjanijiet relattivi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk l-għaqdiet u clubs sportivi li matul is-sena 2010 ibbenefikaw minn xi għotja finanzjarja? Tista' tgħid min kienu, kemm kienet is-somma għal kull każ, u għal liema raġuni ingħatat kull għotja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2010 kien hemm 197-il għaqda sportiva li rċevew assistenza mingħand il-Kunsill Malti għall-iSport li kienet tlaħħaq is-somma ta’ €3,805,749. Din l-assistenza ma tinkludix, assistenzi oħra li l-għaqdiet sportivi jirċievu minn entitajiet oħra fosthom, il-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, il-Good Causes Fund, l-Air Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn skemi oħra bħal pagi ta’ sportivi li jingħataw sports leave bi ħlas, pagi ta’ persuni sekondati ma għaqdiet sportivi u l-pagi tal-atleti li jibbenefikaw mill-iskema ta’ taħriġ 20/20. Il-Kumplament tal-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-Federazzjonijiet u Għaqdiet Sportivi li matul is-sena 2010 ġabu lejn pajjiżna sportivi barranin u allura bbenefikaw mill-għotja għall-isports tourisim? Kemm kien l-ammont għal kull waħda minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat il-pixxina nazzjonali bħala għotja mill-gvern f'din is-sena finanzjarja? Tista' telenka kif intnefqet din is-somma s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għotja tal-Gvern għall-Kumpless Sportiv tal-Qroqq tlaħħaq il-€1,159,453. Hu stmat li bejn Jannar u nofs Ġunju ta’ din is-sena ħarġu pagamenti b’total ta’ €410,512.06. Dan l-ammont ma jinkludix xogħlijiet li diġa’ twettqu imma li għalihom il-KMS għadu ma rċevix kontijiet. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba mil-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-working force, kemm dik part-time kif ukoll dik full-time mal-Pixxina Nazzjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-workforce fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq hi ta’ 20 persuna li kollha huma full time. Dawn jinqasmu f’16-il persuna li jaħdmu direttament fil-pixxina waqt li 4 oħra jaħdmu fil-Fitness Centre. Ma hemm ebda persuna fuq bażi part-time.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għadux jiltaqa' l-Gozo Sports Board? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm-il darba ltaqa' matul l-aħħar sena? Minn min hu ffurmat dan il-Bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu flus minn ċitazzjonijiet mogħtija minn wardens għall-ksur tar-regolamenti tat-traffiku fis-sena 2010 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Is-sistema kollha hija mħaddma mill-kunsilli lokali u għalhekk l-ispejjeż jitħallsu mill-kunsilli u kull dħul jinżamm ukoll mill-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet permezz tal-ispeed cameras tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv matul is-sena 2010? Jista' jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet minn kull camera tat-traffiku fl-istess żmien? Jista' jgħid ukoll kemm inġabru flus minn dawn iċ-ċitazzjonijiet u kemm għad hemm pendenti għall-istess perjodu?