Legislature:
Category:
Reset
Active:

Grand Harbour Regeneration Consortium — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li jaqgħu direttament taħt ir-responsabilità tal-Grand Harbour Regeneration Consortium?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28476.

Bormla u Xatt ir-Risq — Kuntratturi tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt mogħti għax-xogħlijiet f'Bormla u Xatt ir-Risq, kienx hemm xi klawsola li titkellem dwar l-ammont ta' ħaddiema li għandu jkollu l-kuntrattur għal dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv kemm hu l-ammont ta' ħaddiema fuq dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Le.

Rotot tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara d-deċiżjoni li jinbidlu u/jew jieqfu numru ta' rotot tat-trasport pubbliku? Minn min ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-raġunijiet ivarjaw minn rotta għal rotta u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku. L-oġġettiv ta' bdil tar-rotot hu li jaqdi aħjar il-bżonnijiet tal-passiġġieri u jittieħdu minn Transport Malta b'konsultazzjoni mal-Ministeru.

post fejn iċ-ċiklisti jkunu bla periklu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet konkreti sabiex id-delettanti taċ-ċikliżmu xi darba jkollhom post fejn jipprattikaw l-isport tagħhom bla ebda periklu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal bini ta’ Velodrome ninfurmah li bħalissa ma hemmx pjan biex jinbena kumpless simili fil-futur immedjat.

Pixxina Nazzjonali — tiswija fuq it-timer

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jsir xi ħaġa dwar it-timer (arloġġ) li hemm fil-Pixxina Nazzjonali u dan peress li mhux jaħdem kif suppost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aquatic Sports Association (ASA) għaddejja b’diskussjonijiet sabiex jinxtara u jiġi installat scoreboard ġdid li jinkludi wkoll timer.

informazzjoni dwar playing fields

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn playing fields f'Malta? F'liema lokalità qagħdin? Tista' tgħid ukoll, għal kull każ min hu responsabbli għat-tmexxija tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

ETC — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders ta' 'l fuq minn €5,000 mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa tgħat dawn id-direct orders ta' 'l fuq minn €5,000 1. PBS – Spots fuq it-televizjoni rigward il-fiera tax-Xogħol ETC/EURES Job Fair li saret f’Jannar 2011 2. Mediterranean Conference Centre - kiri ta' swali, provizzjoni ta dawl u catering għal matul il-fiera tax-xogħol li saret f’Jannar 2011 3. Careers Passport Ltd – Software, Registration database system – huwa il-kontribuzzjoni tal-ETC bħala parteċipant fi proġett tal-AWAS Agency for the Welfare of Asylum Seekers.

ETC — work permits għal barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet ta' work permits mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ minn Jannar 2011 s'issa minn pajjżi tat-Tielet Dinja? Minn liema pajjiż ikunu? Kemm minn dawn ġew rifjutati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' Bormla — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li x-xogħlijiet fl-area taċ-Ċentru ta' Bormla mexjin bil-mod wisq? Jista' jgħid ukoll jekk jaħsibx li din il-parti tal-proġett tkunx lesta sal-festa tal-Immakulata fit-8 ta' Diċembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti l-kbira tax-xogħlijiet fiċ-Ċentru ta' Bormla għandhom ikunu lesti sat-8 ta' Diċembru 2011.

persuni li nqatgħalhom l-għajnuna tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li nqatgħalhom l-għajnuna tal-mard bejn Jannar 2011 u issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numri ta’persuni li nqatgħalhom l-għajnuna tal-mard mill-ewwel ta’ Jannar 2011 s’issa kien ta’ 786.

Ħal Kirkop — kumpless sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-kumpless sportiv ta' Ħal Kirkop? Tista' tgħid ukoll meta se jkun lest/miftuħ sabiex jintuża mill-atleti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ewwel ġebla tal-Kumpless Sportiv Kirkop tpoġġiet fit-30 t’April 2007. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni (ġebel u saqaf) tlesta f’Ġunju 2009. Minn dakinhar kien hemm numru ta’ appelli u protesti ġudizzjarji minn kuntratturi li ma rebħux il-kuntratti biex il-post jitlesta minn kollox li tefgħu x-xogħol lura minn kif programmat. Ix-xogħol tat-tlestija beda f’Ottubru 2010. Il-Kumpless mistenni li jilqa’ l-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ u logħob lejn il-bidu ta’ Novembru li ġej.

Pixxina Nazzjoali tal-Qroqq — għaqdiet li għandhom uffiċini

Question

Tista' l-Minsitru tgħid liema huma dawk l-għaqdiet li għandhom uffiċċju tagħhom fil-bini tal-Pixxina Nazzjoali tal-Qroqq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina Nazzjonali — pjanijiet biex jitjieb l-operat

Question

Tista' l-Minsitru tgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex l-operat tal-Pixxina Nazzjonali jitjieb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-titjib fl-operat tal-Kumpless Sportiv tal-Qroqq huwa proċess kontinwu u dejjem iħares biex joffri l-aħjar servizz possibbli lill-klijenti tiegħu. F’dawn l-aħħar ġranet kien hemm żieda ta’ u riorganizzazzjoni tal-ħaddiema biex jgħinu fl-operat u tisħiħ tar-rabtiet mal-ASA biex il-proċess ikompli jitjieb.

Wied il-Għajn — tmexxija tal-pixxina

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min qed titmexxa l-pixxina ta' Wied il-Għajn? Tista' tgħid kif ingħatat u b'liema kundizzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19344.

Pixxina Nazzjonali — tranġar tal-isquash courts

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-pjanijiet sabiex l-isquash courts li hemm fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali, isirilhom dak ix-xogħol kollu neċessarju sabiex ikunu fl-aħjar kundizzjonijet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wara studji li saru fuq is-sitwazzjoni tal-isquash courts se jinġiebu esperti minn kumpanija internazzjonali sabiex isir ix-xogħol neċessarju fl-isquash courts fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq.