Legislature:
Category:
Reset
Active:

KMS — ċaqliq ta' ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni wara ċ-ċaqliq ta' xi impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport dan l-aħħar? Tista' tgħid kemm kien hemm trasferimenti, minn fejn u għal fejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċaqlieq ta’ xi impjegati li sar dan l-aħħar fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport kien dovut biex ikun riorganizzat aħjar ix-xogħol relatat mas-sigurta u l-manutenzjoni tal-kumplessi sportivi. Iċ-ċaqlieq sar kif ġej: · Manager mill-Kumpless Sportiv tal-Qroqq għall-Kumpless Sportiv tal-Marsa; · Erba’ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal unit tekniku li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-kumplessi sportivi kollha amministrati mill-KMS; · Erba’ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għall-Kumpless Sportiv Kottonera; · Ħames ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal mal-korsa taż-żwiemel fil-konfini tal-istess kumpless; · Żewġ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal mal-iSport Promotion Unit li bħalissa topera mill-Kumpless Sportiv Marsa stess; · Żewġ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għall-Kumpless Sportiv tal-Qroqq;

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi xogħlijiet preparati għall-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur li ġejjin hemm pjan biex ikomplu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni regolari fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq. Barra minn hekk hemm skedat ukoll xogħol relatat mal-Fitness Centre u l-isquash courts.
Leg 11 PQ #15510 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ħruġ ta' tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lokal b'lokal kemm inħarġu tenders mill-kunsilli lokali matul is-sena 2009? Fiex kienet tikkonsisti, min kienu l-applikanti, lil min ġiet mogħtija u għal kemm ammont?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #15986 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli li taw offerti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kunsilli li taw offerti, tenders by direct order mill-2006 sal-lum? Liema huma dawn il-kunsilli? Min kienu l-kuntratturi eċċ., li ħadu dawn il-kuntratti u x'kien l-ammont ta' kull kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #20023 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birgu — Casino di Venezia - lukanda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' kemm-il sular/kamra se tkun il-lukanda li qed tinbena biswiet il-Casino di Venezia, Birgu? Jista' jgħid meta jaħseb li se tkun tista' tinfetaħ? Min huma l-proprjetarji ta' din il-lukanda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-pjanti approvati ghal-lukanda li qed tinbena biswit il-Casino di Venezia jindikaw bini ta' sitt (6) sulari, ħamsa (5) u wieħed irtirat mix-xatt tal-Birgu u tlieta (3) mit-Triq San Lawrenz. Din il-lukanda tikkonsisti minn 102 kamra u sitt (6) apartamenti. Skont il-formala li tifforma parti mill-applikazzjoni il-propertarju hu indikat bħala Port Cottonera Hotel Development Company Ltd. Il-MEPA ma tkunx mgħarfa bid-data intiża għall-ftuħ.
Leg 11 PQ #21041 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — għoti ta' sponsorships

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra l-proċedura stabbilita fit-termini tar-regolamenti finanzjarji, il-proċedura dwar l-għoti ta' sponsorships lill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-gvern, inkluż il-kunsilli lokali: a) jekk kienx hemm entitajiet pubbliċi li għalihom qed issir referenza u kunsilli lokali matul il-perjodu 2006 sal-lum, ingħataw sponsors ta' kull xorta, inkluż dawk finanzjarji; b) jekk fl-affermattiv, liema kienu x-xorta ta' sponsor u l-ammont f'termini finanzjarji, entità b'entità u kunsill b'kunsill; ċ) jekk il-proċedura stabbilita kif spjegata ġietx segwita, jekk le, min kienu dawk li ma segwewx din il-proċedura u jekk ittieħdux passi neċessarji; d) jgħid ukoll l-iskop tal-sponsorship mogħti u jekk dawn stante li ħadd ma jagħti xejn għal xejn humiex marbuta ma' xi skop partikulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21045 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — twinning agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kienx hemm kunsilli li daħlu fi twinning agreement matul is-snin 2008 - 2010; a) min kienu l-kunsilli; b) ma' min sar it-twinning agreement; ċ) x'kien l-ammont globali involut kompriżi dawk soċjali bħal drinks, ikliet, riċevimenti, kiri ta' lukandi eċċ. d) jekk id-dipartiment kienx ġie infurmat b'dawn it-twinning agreements u fil-każ meta kien infurmat; e) kienx hemm kunsilli li eċċedew il-limitu stabbilit bil-Legal Notice Nru. 144/2009 - Local Councils (Twinning) Regulations 2009; f) liema huma dawn il-kunsilli; u g) x'passi ttieħdu, jekk ittieħdu, u jekk ma ttieħdux għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant mir-records tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirriżulta li l-Kunsill Lokali tar-Rabat (Ghawdex) eċċeda l-limitu stabilit bil-liġi.Dwar dan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali kiteb lill-kunsill lokali sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #24130 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tal-kuntratti kollha għas-sena 2010 ta' servizz ta' sigurtà u servizz ta' tindif mogħtija lill-kumpaniji u kuntratturi privati minn dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż il-prezz li ngħata bih dan il-kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #25420 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — patching

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'patching matul is-sena 2010 mill-kunsilli lokali kollha f'Malta u f'Għawdex, kunsill kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #26205 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet uffiċjali tal-kumitat konġjunt

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħlasijiet li jieħdu l-uffiċjali awtorizzati kollha elenkati skont ir-reġjun jew kumitat konġunt fi ħdan is-sistema ta' infurzar lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ħlas ta’ dawn l-uffiċjali hu regolat minn kuntratti wara sejħiet pubbliċi.Peress li n-natura tal-Mistoqsija titratta materja ta’ natura kummerċjali u ċioe kuntratti li daħlu għalihom il-Kumitati Konġuti tal-Kunsilli, din il-Mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Kumitati Konġuti konċernati.
Leg 11 PQ #26209 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Valuri tat-tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ħareġ tender għal servizz klerikali fit 2010 mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ntrebaħ mill-kumpanija G4S għall-valur ta’ 31,484 ewros.

Yacht Marinas — berths

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn yacht marinas f'pajjiżna? Jista' jgħid kemm-il berthhemm f'kull waħda minnhom? Jista' jgħid ukoll minn min hija mmexxi kull yacht marina?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn 9 yacht marinas. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni l-oħra mitluba.

Ricasoli — Tank Cleaning Farm

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min qed jitmexxa t-Tank Cleaning Farm ta' Ricasoli? Kemm-il darba ntuża minn Jannar 2011 s'issa u liema kienu l-bastimenti li għamlu użu minn din il-faċilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — bċejjeċ irreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irreġistrati ma' Transport Malta bċejjeċ tal-baħar maqsuma bejn dak sa' 5 metri, dawk minn 5 metri sa 7 metri, minn 7 metri sa 12-il metru, u dawk akbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Karozzi second hand importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand bejn Jannar 2011 u llum maqsuma skont minn liema pajjiż ġew importati, kif ukoll skont id-ditta u ċilindraġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-karozzi second hand li ġew impurtati bejn Jannar 2011 u l-aħħar ta' Settembru jammontaw għal 7992 vettura. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rappport bl-informazzjoni l-oħra mitluba. Irrid ngħid li l-għamla tal-vetturi mhix inkluża fir-rapport għar-raġuni li din hija informazzjoni kummerċjali sensittiva u b’hekk Transport Malta ma' tistax tgħaddi tali informazzjoni. Dan għaliex din l-informazzjoni tappartjeni primarjament lill-aġenti/ impurtaturi tal-karozzi nfushom.

Cruiseliners — passiġiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f'Malta bejn Jannar 2011 s'issa? Liema kienu l-cruiseliners u kemm niżżlu passiġiera?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-15 ta' Settembru 2011 ġew Malta 195 cruise liner li kellhom fuqhom total ta' 380,979 passiġġier. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-cruise liners u n-numru ta' passiġġieri li ġarrew.

Transport Malta — nies ġodda impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mat-Transport Malta minn Jannar 2011 s'issa? Jista' jgħid f'liema grad kienu? Jista' jgħid ukoll kif ġew impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta impjegat 40 persuna ġdida mill-1 ta' Jannar s'issa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni meħtieġa.

Grand Harbour Regeneration Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-Grand Harbour Regeneration Consortium, kif ukoll x'inhi l-posizzjoni tagħhom? Jista' jgħid x'inhu s-salarju u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi ma' għandu ebda enti bl-isem indikat.