Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċju tal-Qgħad

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma dawk il-persuni li jistgħu jieħdu xi benefiċċju tal-qgħad meta jgħixu mal-ġenituri anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna li tkun ħallset ammont adegwat ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali bħala impjegata fl-aħħar sentejn tikkwalifika għal benefiċċju tal-qgħad irrispettivament jekk tkunx tgħix mal-ġenituri jew le. Tajjeb jiġi ċċarat li kull Għajnuna Soċjali inkluż Għajnuna għal Qgħad (Unemployment Assistance) jew Benefiċċju Speċjali għal Disimpieg (Special Unemployment Benefit) tingħata fuq bażi ta’ test tal-mezzi tal-familja. Kemm-il darba fid-dar mal-ġenituri ikun hemm joqogħdu single parents jew persuni separati/divorzjati, dawn jitqiesu bħala familja oħra f’dik id-dar u għalhekk it-test tal-mezzi tinħadem fuq id-dħul biss ta’ dawn il-persuni u t-tfal tagħhom (u jiġi eskluz mit-test tal-mezzi d-dħul tal-ġenituri). Fil-każ ta’ persuna waħedha (xebba jew ġuvni) dawn jitqiesu bħala parti mill-familja tal-ġenituri u għalhekk ikun irid jiġi kkunsidrat id-dħul kollu ta’ dawn flimkien mad-dħul tal-ġenituri u b’hekk x’aktarx ma jikkwalifikawx għall-Għajnuna jew Benefiċċju Speċjali msemmi.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29220 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29226 Sitting 400 2011-11-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — vetturi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu tlieta u ħamsin (53) vettura. Dan l-ammont jinkludi wkoll il-vetturi fi tletin (30) Ambaxxati, Konsulati u Uffiċċji Representativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta. L-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma li dan il-Ministeru għandu konsulent wieħed (1). L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #29217 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’jrid jgħid bil-kelma “konsulenti”.

Ħal Far — investiment għall-korsa l-ġdida

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm beħsiebu jinvesti l-Gvern fil-korsa tal-karting il-ġdida ġewwa Ħal Far?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern kien diġà għadda art lil Island Karting Club biex fuqha tinbena korsa tal-karting. Din l-art għandha valur ta’ €384,000. Mis-sena 2002 sal-lum il-gvern issusidja l-kera fuq din l-art b’valur ta’ €184,313. Il-Gvern għadu attivament jikkonsidra kif jgħin lil motorsport billi jipprovdi aċċess għal faċilità adekawata għad-dilettanti kollha tal-karting mingħajr ma jagħti esklussivita lil xi klabb u mingħajr ma jeskludi l-ebda klabb tal-karting.

Traffic Impact Assessment fuq il-Proġett tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-traffic impact assessment marbut mal-Proġett tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-traffic impact assessment marbut mal-Proġett tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq ma sarx għax ma kienx mitlub biex jinħareg il-permess tax-xogħlijiet.

Grand Harbour Regeneration Consortium — benefiċċji tal-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-Grand Harbour Regeneration Consortium? Jista' jgħid ukoll x'inhuma s-salarji u l-benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.28476.

Environment Impact Assessment mal-Proġett tal-Baċir Nru 1. u Xatt ir-Risq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-environment impact assessment marbut mal-Proġett tal-Baċir Nru 1 u Xatt ir-Risq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.26517.

Tender għad-disinn tal-bini ta' Baċir Nru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu t-tenders għad-disinn tal-bini li hemm f'Baċir Nru 1? Jista' jgħid ukoll jekk dan it-tender għalaqx? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li rebħu t-tender?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema bini qed jirreferi.
Leg 11 PQ #29212 Sitting 398 2011-10-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — remunerazzjoni tal-konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Ministeru għadu qed jiġbor din l-informazzjoni u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.

Ħal Far — fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fabbrika hemm f'Ħal Far li għandhom il-bieb prinċipali jagħti għal dik it-triq li sa ftit ilu kienu jsiru t-tlielaq tal-Karting?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 29184, 29186 u 29187.