Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena adventure park f’Bormla quddiem id-daħla ewlenija tad-De La Salle College, proġett li ssemma fil-Baġit għas-sena 2020?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5594 u 6943 dwar il-landing place għall-ferry f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid x’qed iżomm milli jibda jintuża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit hu lest imma waqt it-trial run intalbu xi modifiċi mill-operatur. Bħalissa qed tinħadem tender addizzjonali skont it-talba tal-operatur biex b’hekk meta jibda jintuża s-sit ma jkun hemm l-ebda riskju għall-passiġġieri.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3270 dwar l-istallazzjoni ta’ lift fi blokka appartamenti f’Bormla, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar l-istallazzjoni ta’ dan il-lift?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għax-xogħlijiet strutturali meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi installat lift fil-komun tal-blokk imsemmi qiegħed fl-istadju finali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5141 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ talbiet li hemm fuq il-waiting list għal berth fil-marinas tagħna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandha u ma topera l-ebda Marina imma timmaniġġja numru ta’ mollijiet u puntuni fejn id-dgħajjes jorbtu poppa l-art, kif ukoll allokati mazzri mifruxin f’żoni allokati u assenjati mifruxin f’lokalitajiet differenti. Bħalissa għal Malta hemm total ta’ 3819 applikazzjoni għal mazzri u total ta’ 282 applikazzjoni għall-irbit ma’ puntuni u mollijiet poppa l-art. Għal Għawdex hemm 14-il applikazzjoni għall-mazzri u 454 applikazzjoni għall-irbit ma’ puntuni u mollijiet poppa l-art.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet biex Ġnien Kottoner, f’Bormla, li hu fost l-akbar żoni mħaddra fin-naħa t’isfel ta’ Malta, ikun jista’ jiġi rijabilitat bħala parti mill-pjan li għandu dan il-Ministeru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nbeda proċess biex jiġi riġenerat Ġnien Kottoner f’Bormla. Minħabba l-kobor tal-ġnien, dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni se jkun maqsum f’diversi fażijiet. Inħareġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex il-post isir aktar sigur filwaqt li bħalissa qed jiġi finalizzat id-disinn ħolistiku tiegħu.
Barra minn hekk, għaddejjin ukoll diskussjonijiet ma’ stakeholders differenti, inkluż il-Kunsill Lokali u NGOs, biex ikunu jistgħu jiġu involuti fl-operat ta’ dan il-ġnien.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena adventure park f’Bormla quddiem id-daħla ewlenija tad-De La Salle College, proġett li ssemma fil-Baġit għas-sena 2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża kommess biex ikompli jgħin fit-twettiq ta’ proġetti favur spazji miftuħa. Huwa għalhekk li, wara li l-Aġenzija Project Green ġiet avviċinata minn Sports Malta dwar dan l-adventure park f’Bormla, immedjatament bdew diskussjonijiet biex isir ftehim bejn iż-żewġ entitajiet. B’hekk, b’kollaborazzjoni bejniethom dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq u r-residenti ta’ Bormla jkollhom spazju rikreattiv ftit passi bogħod minn djarhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq ta’ ħdejn il-Fortini, fil-Birgu, hux se tiġi rranġata peress li parti minnha sfrondat u qed tkun ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali ta’ Infrastructure Malta u din it-triq se tkun inkluża fil-programm ta’ manutenzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet sabiex il-Bajja tar-Rinella tingħata l-attenzjoni qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1279, ninfurmah li t-tindif min-naħa tad-Dipartiment tat-Tindif u Manutenzjoni jsir matul is-sena kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-upkeep tal-bankini madwar il-marina tal-Cottonera, għaliex hemm żoni li qed ikunu ta’ periklu u inkonvenjent għal ħafna persuni li jżuru dawn in-naħat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li hemm aktar minn Marina waħda fil-Kottonera, nitolbu biex jindika għal liema żona qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex il-Casino di Venezia, li ilu magħluq madwar għaxar snin, jerġa’ jingħata l-ħajja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu fl-istadju li jikkunsidra l-aħjar mod ta’ kif jiddisponi minn dawn il-propjetajiet fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi tal-barklora li daħlet fis-seħħ fl-1933 għadhiex fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm inġabru f’dan il-fond matul l-aħħar għaxar snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nikkonferma lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori, Kap. 73 tal-Liġijiet ta’ Malta, għadu fis-seħħ.
F’dawn l-aħħar għaxar snin ma tħallsu jew inġabru l-ebda ħlasijiet f’dan il fond mid-Dwana, u mill-aġenti tal-vapuri.
Infurmat ukoll illi d-Dwana kkonfermat li fl-aħħar 16-il sena, il-vapuri fil-port dejjem użaw il-passarella għall-iżbark tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jiġu assenjati ħaddiema mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) sabiex ix-xtut tal-Cottonera jinżammu fi stat aħjar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) qiegħda f’taħditiet mal-istakeholders ikkonċernati biex jaraw liema xogħlijiet jistgħu jsiru sabiex tissebbaħ iż-żona msemmija.
Jista’ l-Ministru jara jistax isir intervent fit-triq ħdejn il-Fortini, Birgu int u sejjer lejn il-Kalkara, li niżlet sew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol infrastrutturali fit-toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun lest il-Club tar-Regatta tal-Birgu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-binja tal-Club tar-Regatta tal-Birgu huwa lest, filwaqt li s-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ finishes u x-xogħol mekkaniku u elettriku għalqet fil-25 ta’ Jannar 2023. Wara li ssir l-evalwazzjoni tal-offerti, issir ir-rakkomandazzjoni, jgħaddi l-perjodu tal-Appell u wara li jiġi ffirmat il-kuntratt, il-kuntrattur għandu erba’ u għoxrin ġimgħa biex ilesti x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li ż-żona li tmiss mal-Iskola Primarja ta’ Bormla li twaqqgħet (naħseb mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi) xi snin ilu sabiex isir żvilupp biex jitgawda mir-residenti, xi darba ssir u mhux tibqa’ f’din it-telqa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett imsemmi ma sarx mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u b’hekk nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Kottonera – Kumpless Sportiv — Proġett għall-bini ta’ park ta’ avventura għall-familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress sabiex il-proġett imsemmi fil-Baġit għas-sena 2020, li jinbena park ta’ avventura għall-familja kollha fil-Kottonera fiż-żona tal-Kumpless Sportiv, ikun jista’ jibda x-xogħol għalih?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.