Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #29806 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Persuna maħtura bħala konsulenti — remunerazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29220, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni maħtura bħala konsulenti fid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u tgħid ukoll x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi l-persuna maħtura bħala konsulent huwa Mr. Vincent Tonna li qed jagħti s-servizz tiegħu fis-Sezzjoni Child and Family Welfare fid-Direttorat tal-Customer Services. Ir-remunerazzjoni tiegħu hija €2,236.8 (Vat inkluż) - Kuntratt kurrenti mill-15.06.2011 sal-31.12.2011.

Transport Malta — toroq li jridu jsiru

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jsiru sas-sitt xhur li gejjin minn Transport Malta? Jista' jgħid ukoll wara kemm żmien jiġi verifikat jekk ix-xogħol hux aċċettabbli? Jista' jgħid ukoll x'isir meta jinstab li x-xogħol ma sarx skont ma titlob is-sengħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 24717. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninsab infurmat li ċ-ċertifikazzjoni tat-triq issir wara li jiġu eżaminati t-testijiet neċessarji u l-ħlas isir wara li-l-kuntrattur jagħmel garanzija bankarja ma’ Transport Malta. Jekk jinstab li x-xogħol ma jkunx sar skont is-sengħa, dan ix-xogħol jerġa' jsir għas-spejjes tal-kuntrattur.
Leg 11 PQ #29808 Sitting 406 2011-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni akkużati bl-użura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa persuni l-Qorti matul is-sena 2011, akkuzati b'użura? Jista' jgħid ukoll jekk matul l-istess sena, inqatgħux każijiet fuq użura, u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu s-sentenzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s’issa kien hemm 4 persuni li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ użura, filwaqt li matul l-istess perjodu ġie deċiż każ wieħed li kien fih żewġ akkużati, fejn dawn kienu liberati.

każ fejn benefiċċju tal-mard inqata'

Question

Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-benefiċċju tal-mard inqata' lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-benefiċċju tal-mard tal-persuna konċernata inqata’ peress li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sar jaf li l-persuna kienet tat informazzjoni mhux korretta meta għamlet id-dikjarazzjoni dwar proprjetà.
Leg 11 PQ #29714 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li jaħdmu fiċ-ċentru magħluq — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx vakanzi għall-persuni li jaħdmu fiċ-ċentru magħluq għall-immigranti irregolari? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi gradi hemm?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent m'hemmx vakanzi għall-persuni li jaħdmu fiċ-Ċentru Magħluq.

għajnuna tal-mard mhux approvata

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma ġietx approvata l-għajnuna tal-mard tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bir-raġuni il-għala ma tikkwalifikax għall-għajnuna medika.

Bormla — karozzi li jipparkjaw ħdejn l-għassa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozzi u l-muturi jipparkjaw fil-bays eżistenti fl-area ta' maġenb l-Għassa ta' Bormla għaliex ħafna residenti qed jilmentaw li qed ikun hemm ipparkjar bl-addoċċ? Jista' jara ukoll li l-karozzi jipparkjaw bis-silencer 'il barra u mhux lejn il-proprjetà tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ż-żamma tal-ordni tal-parkeġġ fit-triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.
Leg 11 PQ #29717 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xatt ta' Sant' Anġlu — informazzjoni dwar il-lukanda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sular se jkun fiha l-lukanda fix-Xatt ta' Sant' Anġlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti approvati għall-bini ta' lukanda biswit il-Casino di Venezia jindikaw bini ta sitt (6) sulari mill-livell tax-xatt tal-Birgu (ħamsa u wieħed irtirat). Mit-Triq San Lawrenz dan il-bini jogħla tliet (3) sulari.
Leg 11 PQ #29718 Sitting 405 2011-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett tal-Kottonera — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema applikazzjonijiet marbuta mal-proġett tal-Kottonera (ċioe, il-Marina, Dock 1 u l-madwar) għadhom pendenti? Fiex jikkonsistu? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm applikazzjonijiet mill-istess proġett li ġew rifjutati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet pendenti li l-MEPA għandha quddiemha li huma marbutin mall-proġett tal-Kottonera (kif indikata fid-Development Brief) jinkludu:- PA 8201/2006 - applikazzjoni 'outline' għal rijabilitazzjoni u żvilupp ta' l-area tad-Dock no. 1 li jinkludi residenzi u diversi użi oħrajn, tiżbieh tax-xatt u l-pjazez tal-madwar u restawr tal-bini storiku u mollijiet għad-dgħajjes. PA 4767/2000 - bdil tal-Maċina f'attrazzjoni kulturali u turistika, bi stabbilimenti ta' l-ikel relatati mal-użu. PA 4989/2000 - binja fuq tlett sulari fuq il-moll barra l-Fortizza Sant’ Anġlu (jħares lejn l-Isla) li jinkludi appartamenti u b'parking għal karozzi taħt. PA 1238/2007 - bdil ta' pjanti minn dawk approvati u sanzjonar ta' xogħol li sar mingħajr permess fuq it-'Thalasso Therapy Centre' li jnsab fuq in-naħa tat-tramuntana tal-Fortizza Sant’ Anġlu (jħares lejn Rikażoli). PA 997/2011 - tisbieh tax-xatt ta' l-Isla. PA 2431/2010, PA 2700/2010, PA 2967/2010 - konsolidazzjoni u konservazzjoni tal-Fortizza Sant’ Anġlu bl-użu prinċipali bħala muzew (fazi 1 sa 3). Il-MEPA irrifjutat :- PA 4986/2000 - bini ta 'marina clubhouse' li tinkludi stabbiliment ta' l-ikel, bar u ħwienet oħra. PA 4988/2000 - bini ta' pompa tal-fuel u stabbiliment ta' l-ikel fuq ix-Xatt ta' l-Isla. PA 4996/2000 - konservazzjoni ta' batterija u bdil ta' użu għal stabbiliment ta' l-ikel minħabba l-impatt viżwali negattiv fuq is-sit skedat bħala 'Area of High Landscape Value', l-impatt negattiv fuq l-istruttura tal-batterija u kif ukoll in-nuqqas ta' aċċess għall-kosta.

Benefiċċji tal-mard u għajnuna supplimentari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont li persuna jista' jkollha bħala dħul sabiex tibbenefika minn: a) għajnuna tal-mard; b) għajnuna supplimentari; u ċ) benefiċċju tal-enerġija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Grand Harbour Regeneration Corporation — informazzjoni dwar il-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'inhu s-salarju ta' kull wieħed minnhom skont il-grad u jekk għandhomx xi benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-Diretturi, l-informazzjoni hija din:

roti armati b'makna ta' mutur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk roti armati b'makna ta' mutur jinħteġux liċenzja jew permess? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx restrizzjonjiet ta' età sabiex wieħed isuq rota b'makna ta' mutur?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23460.

talba għall-benefiċċju tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex it-talba għall-benefiċċju tal-mard għall-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ntlaqgħatx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bir-raġuni l-għala ma tikkwalifikax għall-għajnuna medika.

reviżjoni fuq il-pensjoni tas-servizzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma rċeviet xi arretrati meta saret ir-reviżjoni fuq il-pensjoni tas-servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

talba biex anzjana tidħol f'dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex tkun tista' tidħol f'dar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fl-14 t’April 2011 u fil-11 t’Awwissu 2011. Din l-applikazzjoni ma ġietx milqugħa mill-bord minnħabba li din il-persuna għadha kapaċi tgħix indipendenti fid-dar privata tagħha.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. *Vide PL 8384 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru 2011 f'Seduta 404
Leg 11 PQ #29231 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 509 vettura kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- Infurmat ukoll li dawn huma jintużaw skont il-ħtiġijiet operazzjonali ta' kull dipartiment minn uffiċjali awtorizzati skont il-proċeduri stabbiliti f'kull każ.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29234 Sitting 402 2011-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — vetturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.