Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ ta' children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jara għal liema raġuni l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha sitt xhur ma tirċievi ċ-children's allowance?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Marsa — Triq l-Għassara tal-Għeneb - kumpens lin-negozjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozju u l-ħwienet fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa li ilhom bit-triq ta' quddiemhom magħluqa għal ħafna xhur, ingħatawx xi kumpens tan-negozju li tilfu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-negozji u ħwienet li hemm f'Xatt l-Għassara tal-Għeneb ġew ikkonsultati qabel ma beda ix-xogħol dwar il-fażijiet differenti tal-proġett u kif se jiġu affettwati. Saru l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex dawn in-negozji u ħwienet xorta setgħu jibqgħu joperaw waqt ix-xogħlijiet. Wieħed jifhem li kull meta jkun qed isir proġett ta' kostruzzjoni ta' triq jinħoloq ċertu nkonvenjent, madankollu ir-riżultat finali jkun ta' titjib fl-infrastruttura għall-istess negozji. Għaldaqstant m’hemmx lok għal kumpens għan-negozji msemmija.

Marsa — Triq l-Għassara tal-Għeneb - kumpens lin-negozjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozju u l-ħwienet fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa li ilhom bit-triq ta' quddiemhom magħluqa għal ħafna xhur, ingħatawx xi kumpens tan-negozju li tilfu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 462 (written).

Marsa — Triq l-Għassara tal-Għeneb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozju u l-ħwienet fi Triq l-Għassara tal-Għeneb, il-Marsa li ilhom bit-triq ta' quddiemhom magħluqa għal ħafna xhur, ingħatawx xi kumpens tan-negozju li tilfu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni li hu responsabbli mill-proġett li qed isir fit-triq imsemmija.
Leg 11 PQ #15988 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tenders maħruġin mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-kunsilli li taw tenders li ma kenitx l-inqas offerta mill-2006 sal-lum? X'inhuma r-raġunijiet għaliex ma tawx t-tender lill-orħos offerta, tender b'tender? X'kien it-total tal-ammont tat-tender li ngħata? X'kienet id-differenza bejn l-orħos offerta u dik mogħtija u min kien il-kuntrattur li ngħata t-tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21042 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kienx hemm kunsilli lokali li f'dawn l-aħħar tliet snin mill-2006 sal-lum, approvaw ħlasijiet żejda għal xogħol żejjed (extra work eċċ.) minbarra dawk li kienu indikati fil-kuntratt jew li kienu jagħmlu parti mill-istess kuntratt, eċċ.: a) liema huma dawk il-kunsilli; b) kemm kien il-ħlas dovut; ċ) lil min tħallsu; u d) ingħataw b'xi kwotazzjoni jew tender jew inkella b'direct order, f'kull każ x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinvolvi ħafna xogħol u hija vasta, li probabilment tinkludi informazzjoni li mhux neċessarjament hija dik li jrid l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika rigward liema entità partikolari jixtieq l-informazzjoni u għal-liema perjodu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema ditta huma? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar id-dipartimenti għandha tkun riferuta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 23477, filwaqt li dik dwar l-entitajiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29833 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interperlant.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Tista' tgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29835 Sitting 411 2011-11-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Tista' tgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #29827 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onerovoli Interpellant illi matul l-2011 ġew impjegati għaxar (10) impjegati ġodda fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-kategorija ta' dawn il-ħaddiema hija kif murija fit-tabella t'hawn taħt: Numru Ammont Kategorija Taqsimiet 1 1 Fil-qasam Diplomatiku European General Affaris and Economic Cooperation 2 1 Fil-qasam Diplomatiku External Relations and Mediterranean 3 1 Administrative and General Service DG Political 4 2 Administrative and General Service Citizenship and Expatriates 5 4 Fil-qasam Diplomatiku Office of the Permanent Secretary 6 1 Administrative and General Service Office of the Permanent Secretary Dawn is-sejħiet ġew maħruġa wara li ġew approvati mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma settur settur? Jista' jgħid ukoll il-gradi tas-salarji u benefiċċji oħra ta' kull kategorija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.