Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul 2011 ġew ingaġġati 14 impjegat ġdid mad-dipartimenti li.jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi wara sejħa pubblika permezz tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dan in-numru ma jinkludix locally engaged personnel li huma ħaddiema ingaġġati mill-Ambaxxati u Uffiċċji Rappreżentativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29833, ninsab infurmat illi fl-2011 kien hemm żieda ta' 7 impjegati oħra ġodda li kienu s-segwenti:-
Segretarjat Permanenti: ICT contracts & Service Officer f'Diċembru tal-2011 li l-ingaġġ kien sar b'sejħa pubblika.
Dipartiment tar-Reġistru Publiku u tal-Artijiet 6 skrivani, 3 fit-28 ta' Novembru, 2 fil-5 ta' Diċembru u 1 fis-19 ta' Diċembru tal-2011
li l-ingaġġ kien sar b'sejħa pubblika.
Ministeru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba ghas-sena 2011 hija s-segwenti;
- Kumissjoni fuq vjolenza domestika: nil
- Ufficju tal-Arbitru: nil
- Kummisarju ghat-Tfal: nil
- KNPD: giet impjegata persuna wahda wara interview
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: giet ingaggata persuna wahda wara sejha ghall-applikazzjoni
- Awtorita’ tad-Djar: gew impjegati 10 fuq kuntratt indefinit (persuna minnhom irrizenjat, filwaqt li 3 ohra qalbu ghal kuntratt indefinit wara erba’ snin fuq kuntratt definit), 4 fuq kuntratt definit back to back u 5 ohra bhala Aprentisti
- Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji. Nil
- Awtorita’ Nazzjonali ghall-Impjiegi; nil
- Qrati tal-Gustizzja; 1 General Hand li gie re-instated fis-Servizz Pubbliku, 3 Avukati tat-Tfal fuq bazi part-time fuq kuntratt ta’ tliet snin wara sejha ghall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern, 21 skrivan li minnhom 1 irrizenja; 20 minnhom intghazlu mill-ezami pubbliku u 1 gie re-instated, apparti minn hekk 4 impjegati tal-IPSL, 10 Casual Subsitute Clerks li 4 minnhom spiccaw mill-kuntratt fl-2011, u 6 Casual Substitute Executive Officers li 2 minnhom spiccaw mill-kuntratt fl-2011
- Servizzi ghall-Harsien Socjali; 37 Support Workers, 17 Social Worker u 11 Executive III minn sejha ghal pubbliku, 6 skrivani mill-ETC, 1 Safer Internet Administrator EU u 1 Safer Internet Officer EU minn sejha ghal pubbliku, 2 nurses li gew 1 minn sejha ghal pubbliku u 1 mill-ETC, 1 Senior Manager mill-ETC u 1 EU Projects Executive mill-ETC
- Servizzi Socjali; 1 minn sejha pubblika ghal NCUDA, 2 ghall-ufficju tas-Segretarju Permanenti 1 minn sejha pubblika u 1 b’kuntratt, 1 minn sejha pubblika ghal Human Resources Management Directorate, u 2 minn sejha pubblika ghal Programme Implementation
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; 3 impjegati fuq bazi full-time fejn gew ingaggati mill-ETC 2 minn part 3 u 1 minn part 1 u 4 fuq bazi part-time fejn 3 minn sejha pubblika u 1 mill-ETC part 3c2.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-familja li tgħix fih qed ikollha inkonvenjent kontinwu b'ilma nieżel mill-proprjetà ta' fuqha ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità spezzjonat il-fond f’Novembru 2011. Dan il-blokk t’appartamenti huwa parti mill-iskema Il-Binja Tiegħi, id-Dar tiegħi għal din is-sena. L-awtorità qed tistenna illi jiġi ffurmat l-Assoċjazzjoni tar-Reżidenti sabiex jiġu allokati l-flus lill-kunsill lokali sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini Sedoxil, Amirol, Guastil u Atarax humiex mediċini li jistgħu jittieħdu bil-karta r-roża jew bis-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-Formularju tal-Gvern il-mediċini amitriptyline (Amirol®) u hydroxyzine (Atarax®) jistgħu jingħataw kemm fuq il-kartuna r-roża kif ukoll fuq is-safra. Il-mediċina sulpiride (Guastil®) tingħata fuq il-kartuna s-safra biss. Mexazolam (Sedoxil®) ma jinstabx fil-Formularju tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan il-Ministeru. Nitlob għalhekk sabiex tgħaddi ghand il-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-ħsara fil-balavostri u l-madum fil-parapetti komuni ta' proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilin qatt ma rreġistra lment mal-Awtorità tad-Djar. Huwa imħeġġeġ jikkuntattja l-Customer Care tal-Awtorità sabiex ikunu jistgħu jieħdu d-dettalji tal-każ u jżommuh infurmat bir-riżultanzi tal-ispezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-irranġar fi proprjetà tal-gvern li saret f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilina imsemmija qatt ma tefgħet applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar. Hija imħeġġa tikkuntattja l-Customer Care tal-awtorità sabiex ikunu jistgħu jispjegawlha kif tapplika għall-iskema li hija interessata tidħol fiha.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29182 fejn il-Ministru tat lista ta' peripatetic drama teachers, tista' l-Ministru tgħid xi kriterju ntuża sabiex waslu sal-għażla finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien biex persuna li tkun xi darba weħlet sentenza ta' prigunerija, u allura din tkun tidher fuq il-kondotta, din b'xi mod titneħħa jew tittaffa u dan sabiex persuni bħal dawn ma tibqax kważi impossibbli għalihom li jibdew ħajja ġdida u jkollhom impjieg? Jista' jikkonferma jew le jekk dan hux jiġri ma' persuni bħal dawn bil-kondotta mċappsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap 77) diġa' tipprovdi dwar kundanni, inkluż dawk ta’ priġunerija, li ma għandhomx jitniżżlu fiċ-ċertifikati tal-kondotta kif ukoll iż-żmien meħtieġ sabiex kundanna ma tiġix reġistrata.
Birgu — Triq Kottonera - xogħol ta' tarmak fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq Kottonera, il-Birgu issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' lima li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq.
Transport Malta ma rċeviet l-ebda lment dwar il-problema msemmjia mill-Onor. Interpellant, madankollu se jiġu spezzjonati l
-culverts
taż-żona biex tittaffa din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq tal-Labour Żabbar issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' ilma li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq. Dwar il-kwalità tax-xogħol jien infurmat li l-periti ta’ Transport Malta taw struzzjonijiet lill-kuntrattur biex jagħmel xogħol rimedjali a spejjeż tiegħu, liema xogħol hu mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq — time frames għax-xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-time frames għax-xogħlijiet fuq l-area tal-Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq hux jinżammu? Jekk ir-riposta hija fin-negattiv, u allura t-target date ta' meta kellu jitlesta x-xogħol mhux se tinżamm, jista' għall-anqas jagħti indikazzjoni meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi t-time frame oriġinali ma nżammx minħabba diversi nuqqasijiet tal-kuntrattur, sejbiet storiċi u appelli fuq tenders. Il-parti l-kbira tax-xogħol hu maħsub li jista' jitlesta sa April jew Mejju 2012.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni lill-anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qalulu li mhux intitolat għal għajnuna tal-mard? Tista' tingħata spjegazzjoni dettaljata lill-persuna konċernata dwar dan?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.