Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31935 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — flus f'konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Tista' tgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31924 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Tista' tgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31925 Sitting 449 2012-02-22 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipatimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2011 sar pagament mill-Head Office, Malta ta' €11,646 lil Konsulent Legali li qed fuq kuntratt fuq bażi ta' sena biex jagħti konsulenza legali u wkoll ħlas mill-Ambaxxata u l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell ta' €33,086 għal konsulenzi legali meta dawn is-servizzi kienu meħtieġa (as required). Ninforma li l-Konsulent Legali f'Malta hu Prof David Attard u fi Brussell hu Uffiċċju ta' Konsulenza Legali Lorenz

Miniteru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija s-segwenti:-

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — flus f'konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jghid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma l-konsulenzi li ngħataw ‘l fuq minn €10,000; - KNPD; €20, 166.20 wara ħruġ ta’ tender għal rapporti dwar applikazzjonijiet tal-MEPA, site visits u konsulenza dwar l-aċċess fiziku mill-Perit Joseph Spiteri; u €15, 698.30 wara ħruġ ta’ tender għal eżaminazzjoni medika ta’ applikazzjonijiet għall-ID Specjali u Blur Badge minn Dr Joe M Pace - Kummisarju ghat-Tfal; nil - Kummissarju ghal Vjolenza Domestika; nil - Ufficju tal-Arbitru; nil - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali; nil - Awtorità tad-Djar; nil - Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji; nil - Servizzi ghal Harsien Socjali; nil - Awtorità Nazzjonali ghall-Impjiegi; nil - Qrati tal-Gustizzja; nil - Servizzi Soċjali; €47,027.55 għal servizz ta’ konsultazzjoni għal bidla fil-pensjonijiet, liġi tal-kera u MPVI (Market Property Value Index) lis-Sur David Spiteri Gingell - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; nil

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità ġew impjegati 324 ħaddiema ġodda. Dawn ġew ingaġġati jew permezz ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa fil-Gazzetta tal-Gvern jew permezz ta’ proċeduri ta’ re-employment u re-instatement ta’ Uffiċjali Pubbliċi skont id-dispożizzjonijiet tal-Public Service Management Code. Ġew ingaġġati 28 persuna mal-Foundation for Medical Services, u dawn daħlu permezz tal-proċess normali ta’ ingaġġ għas-Settur Pubbliku, jiġifieri dak li jiġu ingaġġati permezz tal-E.T.C. u f’każ li l-post jibqa’ vakanti tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet, jew ġew deployed jew detailed mis-Servizz Publiku jew minn entitajiet oħra fis-Settur Pubbliku. Ma ġew ingaġġati l-ebda ħaddiema ġodda fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29832 fejn ingħatat l-informazzjoni sa l-aħħar ta’ Ottubru, u għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31684 fejn ingħatat l-informazzjoni minn-Novembru 2011 u l-aħħar ta’ Jannar 2012.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29831.
Leg 11 PQ #31923 Sitting 448 2012-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Tista' tgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

DNA meħud f'każijiet ta' paternità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31701 li saret lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-ħsieb li ssir il-bidla fil-liġi sabiex it-test tad-DNA jsir obbligatorju fejn ikun hemm każi ta' paternità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “ATT biex jemeda il-Kodiċi Ċivili u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ jew li huma anċillari għalihom” qiegħed fi stadju tat-Tieni Qari fil-Kamra tar-Rapprezentanti.
Leg 11 PQ #31913 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.