Jista' l-Ministru jgħid jekk jinħtieġx permess sabiex sid ta' caravan ikun jista' iqatta' sajf fl-area riservata fl-Armier ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif jista' jinkiseb dan il-permess?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tkun mogħtija wiċċ diċenti Triq Patri M.Sultana il-Kalkara, fejn minkejja li l-appartamenti ġodda huma kollha okkupati, t-triq tinstab fi stat disastruż fejn lanqas dawl tat-triq m'hemm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi peress li dik il-parti ta' Triq Patri Mattew Sultana għadha qatt ma saret, din għandha taqa' fir-responsabbiltà ta' Trasport Malta. Minkejja dan, il-Kunsill Lokali kellu diversi laqgħat mal-perit inkarigat mix-xogħol ta' din it-triq u ninsab infurmat li x-xogħol għandu jibda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-għajnuna tal-mard? X'inhu d-dħul massimu li wieħed jista' ikollu biex jibbenefika?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna tkun intitolata għall-Għajnuna tal-Mard jekk tikkwalifika minn test tal-Kapital u test tal-Mezzi u trid tikkwalifika ukoll minn eżami mediku.
Il-Kapital ma jridx jeċċedi €14,000 f’każ ta’ persuna waħedha u €23,300 f’każ ta’ persuna miżżewwġa.
Id-Dħul fil-ġimgħa (inkluż minn pensjoni/pensjonijiet) irid ikun ta’ anqas min €134.91 għal persuna waħedha u ta’ €161.33 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa.
Meta wieħed ikun issodisfa t-testijiet tal-kapital u tal-mezzi jkun irid jidher quddiem bord mediku sabiex jiġi kkonfermat mit-tobba tal-bord li il-pazjent ikun qed isofri minn marda li taqa’ taħt Taqsima 1, tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318).
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm bidla biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separataemnt, tibda tirċievi pensjoni minflok għajnuna soċjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-bejt ta' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ma ġietx midjura, tiġi midjura sabiex il-bejt ikun komplut?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi x-xogħlijiet fuq dik il-parti tal-bejt ma jistgħux isiru ghalissa minħabba li wieħed mill-inkwilini qiegħed jokkupa illegalment l-istess bejt u qiegħed jostakola lill-Awtorità milli tagħmel dawk l-interventi li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara' x'inhi r-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatment, qed jintalab iħallas over payment ta' 'l fuq minn €2500 u dan meta fl-appell instab li hu kellu jiġi mitlub iħallas għal xahar biss?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiġi rilevat li saret tiffixija fl-atti tal-Qrati Ċivili u Tribunali fuq l-individwu u ma jirriżultax li nħareġ xi kont fil-konfront tieghu. Jekk l-Onor. Membru jista’ jagħti aktar dettalji speċifiċi fuq il-każ allura forsi tkun tista’ ssir riċerka aktar eżawrienti.
Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat għall-arretrati li qed jirċievu xi eks-ħaddiem tal-Malta Drydocks?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju fejn qed issir stima mill-ġdid tal-pensjonijiet ta’ dawk il-persuni li kienu ħaddiema fil-Malta Dry Docks, Malta Ship Building Ltd. u Malta Shipyards Limited kif jitlob l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Peress li dawn l-organiżżazzjonijiet issa ġew privatiżżati, ir-revizjoni tal-pensjoni f’dan il-każ trid issir billi l-karigi li kellhom dawn il-ħaddiema jitqabblu ma’ karigi fl-istruttura tal-impiegi tal-Gvern ta’ Malta kif ukoll fuq il-pagi jew salarji li l-aktar jikkorrispondu għal dawk ta’ l-ewwel karigi li kienu okkupati mill-pensjonant qabel irtira.
Dawn ir-revizjonijiet qed isiru bħalissa mid-Dipartiment u fejn qed jirriżulta li hemm żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali din qed titħallas mill-ewwel lil pensjonant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil f'min hu intitolat għall-kartuna s-safra u/jew ir-roża? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan it-tibdil?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tingħata spjegazzjoni lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament dwar kif waslu għall-ammont ta' pensjoni li qed jirċievi, u dan peress li hu qed jgħid li kollegi tax-xogħol tiegħu li spiċċaw bħalu, qed jirċievu pensjoni akbar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat quddiem il-blokka ta' appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan peress li l-art maqluha saret perikoluża ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi din l-art se tiġi irranġata permezz tal-iskema tat-tisbiħ tal-madwar tal-housing estates tal-Awtorità tad-Djar mill-Kunsill Lokali kkoncernat li diġà beda jagħmel il-preparamenti sabiex isiru ix-xogħlijiet. Il-finanzjament ta' dan ix-xogħol se jiġi provdut mill-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jara li jkun ivverifikat l-ammont ta' għajnuna tal-enerġija li qed tirċievi l-familja li d-dettalji taghhom qed jidhru separatament u dan għax il-familja tikkonsisti f'sitta minn nies?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ħax parir mill-Unjoni Ewropeja u/jew l-International Labour Organisation dwar il-ħruġ ta’ din id-direttiva li tiddiskrimina ma’ ħaddiema taċ-ċivil li huma involuti fil-politika lokali u ċċaħħadhom milli javvanżaw u jagħtu sehemhom lill-Gvern ta’ Malta f’numru kbir ta’ pożizzjonijiet kif imfisser fl-istess direttiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal liema partijiet tad-direttiva qed jirreferi għalihom bħala diskriminazzjoni.
Impjegati taċ-ċivil — avvazz permezz ta' seniority
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-impjegati taċ-ċivil, li għal bosta snin ġew imwaħħla f’pożizzjonijiet ta’ anqas minn skala 8 jerġgħu jibdew javvanzaw abbazi ta’ seniority, esperjenza u kwalifiki?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li l-gvern hu dejjem dispost li jiddiskuti titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tisħiħ tad-drittijiet mar-rappreżentanti tal-impjegati tiegħu, ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku jeżistu diversi opportunitajiet t’avvanz fil-karriera, permezz ta’ ħatriet wara l-ħruġ ta’ sejħiet għall-applikazzjonijiet, miftuħin għall-impjegati abbażi ta’ kwalifiki u/jew esperjenza.
Ta’ min ifakkar ukoll li fis-Servizz jeżistu numru kbir t’inizjattivi x’jittieħdu bil-għan li uffiċjali pubbliċi jkunu jistgħu jiksbu kwalifiċi akkademiċi. Dawn jinkludu boroż ta’ studju,
sponsorships
, kif ukoll
leave
għall-skop ta’ studju, li huma pprovduti permezz taċ-Ċentru għall-Iżvilupp, ir-Riċerka u t-Taħriġ, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb u meta ħaddiema tal-gvern li kienu jaħdmu ma’ ex-dipartimenti tal-gvern ipprivatizzati u li irritornaw maċ-ċivil se jkunu integrati bid-drittijiet kollha ta’ ħaddiema taċ-ċivil kif inhuma l-oħrajn li m’għaddewx minn din it-trawma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li uffiċjali li ntbagħtu jaħdmu ma’ entitajiet pubbliċi b’riżultat tat-trasferiment tal-funzjonijiet tad-dipartimenti li kienu jaħdmu magħhom, u li sussegwentement irritornaw lura fis-Servizz Pubbliku minħabba l-privatizazzjoni tal-istess entitajiet pubbliċi, inġiebu lura fis-Servizz Pubbliku abbaż tal-kundizzjonijiet miftiehma mal-Unions konċernati, u skont il-policies li kienu fis-seħħ. Id-drittijiet kollha tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi ġew invarjabilment rispettati u rikonoxxuti.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu sepatarament, kellha tnaqqis kemm fl-SKA kif ukoll fl-għajnuna socjali SA?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-ilment li resqet il-persuna li d-dettalji dwarha li jintbagħtu separatament rigward ħsarat fir-residenza tagħha u l-parti komuni mal-Awtorità tad-Djar xi ġimgħat ilu, jiġi mistħarreġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ilment li resqet il- persuna insemmija gie mistharreg diga' meta saret spezzjoni minn ufficjal ta’ L-Awtorita’ tad-Djar fil 9 ta’ Jannar 2012 rigward id-dhul ta’ l- ilma mil-bejt u fil-14 ta’ Frar, 2012 rigward il- bieb tal- bejt li qieghed fil-parti komuni tal- blokk.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mistħarrġa l-ammont ta' kera li qed ikollu jħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan peress li jgħix bil-benefiċċji soċjali biex jieħu ħsieb uliedu żgħar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni tħallas kera ta’ €419 fis-sena jiġifieri €35 fix-xahar. Il-kera kummerċjali tal-fond fejn joqgħod hija ta’ €465.87 fis-sena. Id-dħul totali tal-applikant huwa ta’ €14, 664 u għaldaqstant jaqa’ taħt kategorija E u għandu sussidju ta’ 10 fil-mija. Il-persuna in kwestjoni jmissha r-revizzjoni tal-kera f’Ġunju li ġej.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fil-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan minħabba li hemm ħsarat konsiderevoli?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorita’ tad-Djar ma tghamilx dan it-tip ta’ spezzjonijiet. Pero’ l-inkwilin jista’ japplika taht skema SM jew skemi ohra applikabbli li minnhom jista’ jibbenefika. Ghalhekk l-inkwilini huma mhegga javvicinaw l-Awtorita’ sabiex ikunu jistghu japplikaw.